Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
16 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Simone l-ġinnasta Ara tgħidu x'tgħidu, Simone forsi m'għandux pedigree ta' xi statista, iżda għall-ġinnastika f 'Malta ma jirbaħlu ħadd. U Alla jbierek għandu l-istamina ta'… għax kuntrumbajsa waħda wara l-oħra mingħajr ma jaqta' nifsu. Barra l-isem kbir lil dan il-pajjiż għax qed iħalli lil kulħadd 'on edge' kif jgħidu l-Ingliżi jew ma tafx fuq liema naħa se jqum minn ġurnata għall-oħra kif jgħidu l-Maltin. Dwar l-investiment/bejgħ ċittadinanza (taqrax fejn ma japplikax) kien ċert li meta jkun Prim Ministru hu (hemm min jgħid li fl-annu mai) kien se jirtiraha… qam fuq in-naħa tal-lemin xi ġimgħat ilu u qal li jrid ikun hemm daqs kemm kellu appostli Kristu, emendi fil- liġi biex jaqbel magħha… dil-ġimgħa reġa' qam fuq in- naħa tax-xellug tas-sodda u qal li la l-Ewropa aċċettat hu se jaċċettaha. Boqq! U oħra ta' Marie Louise tisimgħu b'rabja kbira li hu ma ġiex konsultat… reġa' qam fuq in-naħa ħażina tas-sodda u qal li se jivvota favur, lanqas ħaqq it-tixriba li ħa meta l-umbrella tal-pastaż tiegħu ma nfetħitx (araw ir-ritratt). Issa bdejna fuq il-gass fejn bagħat lil pastaża tiegħu tugża lil Malta lill- Ewropa biex ma tħalliniex nitfgħu l-gass Marsaxlokk fejn hemm eluf kbar ta' Nazzjonalisti mwerwrin mill-bombi nukleari… min jaf forsi l-ġimgħa d-dieħla jqum fuq in-naħa t-tajba tas- sodda u jitlob li dawn il-50 bomba nukleari jitpoġġew tas-Sliema fil-fortizza Laburista… Donnu li DR NO qed jinbidel għal DR DON'T KNOW Karta ħamra għas-Sinjura Fenech U dik Anna Bonnici li saret mara ta' suċċess kemm ilha li bidlet kunjomha Fenech, donnha ħadet fejn ħalliet Grace Borg dik tad-dwiefer kbar. Bid-differenza li s-Sinjura Fenech tagħti bil- minkeb… u mhux tigirfek… u bid-differenza li din ħadd ma jgħajjara ħamalla għax din tal-pepe u magħha jaħdem iben Wenzinu. Suppost tingħata karta ħamra talli tat bil-minkeb… iżda forsi tilgħab mal-Juve u dawk jagħmlu li jridu! U ħa ngħiduha kif inhi nnutajt li komodina u s-sinjura Fenech vera jifhmu fil-gass ta… jien għalhekk qatt ma ħsibt li noqgħod viċin tagħhom u dejjem noqgħod 'il bogħod minnhom… għax marru għal gass!! Ġimgħa Għawdxija fl- Università Mela n-Nimrod tar fuq l-Università dil-ġimgħa, għax Ryan l-Għawdxi organizza ġimgħa Għawdxija hemm. U n-Nimrod tiegħi bħal dak tal-Malasja ta… ma jaqbdu ħadd… u niżżilni hemm fejn tidħol u lmaħt tfajla f 'ħoġor wieħed titbewwes… jidher li kellha l-Masters fil-bews ta… staqsejt fejn qiegħda l-wirja Għawdxija u baqgħu mbellhin… qas biss semgħu biha, oħra kienet qed taqra ktieb u wkoll baqgħet ċassa… imbagħad iltqajt m'oħra qaltli fejn il-kanteen hemm xi tined… tajba din... mela kont ninsab id-deżert jew bit-tined? Imxejt u lmaħt ħamest iħrief tas-sagrifiċċju jiddiskutu x'se jġibulna mill-Ewropa. Ġabuli siġġu u lestejt ruħi nikteb xi pataflun fuq Għawdex… bdejna bl-ewwel mistoqsija u kienet fuq l-LGBT… boqq… oħra u kienet fuq Ewropa Federali… u bqajt bin-notebook vojt… fl-aħħar qam Għawdxi u staqsa xi ħaġa dwar Għawdex… u oħroġ il-għaġeb kemm ħareġ għerf fuq Għawdex mill- ħamest iħrief… bħas-soltu pontijiet, mini, fast ferry, eżodu tal-imħuħ u Għawdex reġjun u fondi… insomma l-Għawdxin moħħhom mistrieħ minn dawn il- ħamsa… futur fis-sod hemm lest għalihom!!!! Fost il-ħrief kien hemm Kazzola jitmasħan u jgħid xi ċuċata minn tiegħu li skantani li kif temm dak li kellu jgħid instema' applaws minn wieħed li lanqas jaf x'ħabat miegħu… ix-xejn In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL Gvern li Jisma'... lill-poplu rieqed Plumpton bis-sarima