Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 19 Id-dnub jinħafer... iżda ma jorqodx! Tista' tgħidlu li kien hemm mumenti fejn żbalja u ma ddejjaqx jammetti l-iżball. Tista' tgħidlu li ma għandux kwiet f 'ġismu għaliex mimli enerġija, kultant żejda. Tista' tgħidlu ħafna affarijiet barra ħaġa waħda: li jaħdem lin- nies. Bir-raġun jakkużaw li dan il-Gvern jaħdem lin-nies għaliex fl-aħħar mill-aħħar kulħadd ikejjel b'xibru! Kien hemm mumenti fl- aħħar sena fejn ċertu żbalji setgħu jkunu evitati. Ngħidu aħna l-ewwel verżjoni ta' investiment b'ċittadinanza. Huwa minnu li din l-iskema nbidlet għal darba, tnejn, tlieta. Huwa minnu wkoll li l-kritika kienet li kellu jisma' u jibdel. Iżda f 'din il-kritika stess hemm xi ħaġa pożittiva li tiddistingwi lil din l-Amministrazzjoni minn dik ta'qabel: li parir jittieħed. Qabel dan ma kienx isir. Qabel kien jingħad li parir mingħand l-Oppożizzjoni ma jitteħidx. Darba kien hemm ħames deputati aktar u l-Gvern seta' jaqbad u jiddedieċi għaliex b'ħames deputati aktar kien ovvju li fil-Parlament kollox jgħaddi. Din l-Amministrazzjoni għandha disa' deputati aktar u dan ir-raġunament mhux biss ma għamlitux, talli semgħet b'umlità. Li wara li tisma', taġixxi u tiddeċiedi, anke jekk l-Oppożizzjoni tibqa' ma taqbilx, mhix arroganza iżda obbligu tal-Gvern li jiddeċiedi. L-Oppożizzjoni trid tifhem li ma għadhiex fil-Gvern. Waqt il-konferenza stampa ta' Simon Busuttil kien hemm żewġ mumenti fejn tfixkel jew aħjar ma pronunzjax sewwa l-kliem. Kien hemm żewġ kelmiet partikulari. Waħda kienet "whistleblower", insejt kif għaffiġha. L-oħra kienet il-kelma "konsultazzjoni". Wieħed dejjem jista' jerġa' jara din il-konferenza u jara għalih innifsu jekk hux veru dak li qiegħed ngħid. Ma nafx jekk kinitx xi tumbata lingwistika jew inkella waħda Freudjana. Iżda huwa sinifikanti li kellu jiżbalja f 'dawn iż- żewġ kelmiet. Qiegħed ngħid hekk għaliex jekk kien hemm żewġ affarijiet li l-Amministrazzjoni ta' qabel żgur ma eċċellatx jew ma spikkatx fihom, kienu l-korruzzjoni rampanti li kien hawn u n-nuqqas ta' konsultazzjoni, mhux biss fuq livell popolari iżda anke internament fil- gruppi Parlamentari b'mod partikulari. Il-problemi li ħallew warajhom Simon u Lawrence f 'dawn iż-żewġ irqajja tal-amministrazzjoni pubblika jeħdulek enerġija li tista' tiddedika għall- affarijiet oħra ta' benefiċċju. F'din l-aħħar sena mhux biss sar, iżda bdew ukoll ħerġin il-każijiet kollha tal-korruzzjoni li kienu moħbija. Aktar ma niskopru abbużi f 'postijiet strateġiċi bħalma huma l-qasam tal- enerġija u tas-saħħa aktar nifhmu għaliex ma ridux li jintroduċu l-"whistleblower act" jew titneħħa l-preskrizzjoni kontra min jabbuża. Aktar nifhmu għaliex għamlu snin jgħaddu biż-żmien lil Franco Debono sakemm qalftuh 'il barra. Il-kelma "konsultazzjoni" ma kinitx fost l-aktar favorita tal-Amministrazzjoni li kien hemm qabel. Meta kont tgħid li hemm alternattiva għall-użu tal-Heavy Fuel Oil kienu jsabbtu saqajhom u jirridikolawk. Min ma jiftakarx lil Alice In Wonderland? Meta kont tgħid li l-proġett ta' Bieb il-Belt kulħadd huwa kontra tiegħu, flok saret konsultazzjoni, baqgħu għaddejjin bil-pjanijiet tagħhom. Meta ddeċidew li jidħlu fil-kċejjen tan- nies, biex nuża frażi li kien uża Lawrence Gonzi, kien tard wisq. Sabu l-"fridge elettorali" vojta. Għalhekk nifhem għaliex Simon tfixkel fil-kelma. Il-memorji tal- iżbalji għadhom friski u ħajjin. Qabel ma norqod nagħmel talba. Biex dnubiethom jinħafrulhom u li aħna ma nidinbux bħalhom! jum minnhom ħadt karozza tal-linja għal port ta' Lattakia fejn wieħed jista' jammira s-sbuħija tal-kosta Mediterannja tas-Sirja. Fit-triq, waqafna f 'ristorant żgħir imdawwar bis-siġar taż-żebbuġ li tana ikel tassew bnin bi ftit mill-aqwa żejt, żebbuġ u ħumus li qatt doqt f 'ħajti. Wara qattajna jum Damasku fejn fost l-oħrajn stajna nammiraw il-kobor u s-sbuħija tal-Moskea l-Kbira ta' Ummayad li nbniet fuq is-sit ta' tempju Ruman u bażilika Biżantina u fejn hemm ras San Ġwann il-Battista. Rajna wkoll il-knisja ż-żgħira fejn San Pawl fil-kwartier l-antik ta' Damasku fejn skont il- leġġenda kien qagħad wara li kkonverta għal Kristjaneżmu. L-avventura Sirjana spiċċat ħażin. Meta konna sejrin l-ajruport, it-taxi twaqqfet f 'road block u tlifna ħafna ħin. Wasalna l-ajruport u kellna noqogħdu fil-kju sakemm nidħlu fit-terminal u ngħaddu mill-ewwel kontroll tas-sigurtà. Xħin irnexxielna naslu sabiex nagħmlu ċ-check-in, it-titjira kienet għalqet u għalxejn ipprotestajna. Sieħbi mar lura Aleppo u jiena kelli noqgħod nistenna xi sittax-il siegħa sakemm ħadt titjira għal Istanbul. Kont iddardart kull fejn indawwar rasi ma narax ħlief ritratti ta' Ħafeż Al-Assad u ibnu l-mejjet Baseel Al-Assad li kellu jkun is-suċċessur tiegħu. Kont ser niġġennen u tassew irringrazzjajt il-Bambin meta rnexxieli nitla' fuq l-ajruplan u nitlaq minn Damasku. It-tieni darba li mort is- Sirja kien f 'Settembru 2010, ftit xhur qabel ma faqqgħet il-gwerra ċivili. Wasalna Aleppo f 'xi nofsilejl u bqajna mbellhin naraw kulħadd barra fit-toroq. Il-bejjiegħa tal-monti kienu fit-triq u l-barbiera kienu miftuħin jaqtgħu xagħar in-nies. Kien ir-Ramadan u n-nies kienu spiss jorqdu matul il-jum filwaqt li jwettqu bosta mill-attivitajiet normali tagħhom matul il-lejl. Tassew surreali tara dik l-attività kollha matul il-lejl mentri l-belt taqa' f 'ħemda kbira kif jisbaħ. Konna f 'lukanda fejn it- tfajliet fir-reception kienu Armeni. Meta kellna bżonn taxi, qabdulna xufier Armen li sirna nafu li kien qassis. Wara ħadna nieklu fil- kwartier Armen ta' Aleppo. Spiss niftakar f 'dawn it-talin u nixtieq inkun naf x'sar minnhom issa li Aleppo spiċċat maqsuma bejn il- forzi governattivi u dawk ribelli b'ċarċir ta' demm bla qies. Ħaġa li ma kontx innutajt fl-ewwel mawra tiegħi kien in-numru ta' nisa li bdew jgħattu rashom. Anke l-ilbies sar aktar konservattiv għalkemm imkien ma rajt daqshekk ħwienet ta' lingerie pjuttost awdaċi. Għalkemm bosta mill-partijiet tal-belt kienu għadhom b'infrastruttura tassew primordjali bid- drenaġġ jiżbroffa fit- triq, ma naqsux iċ-ċentri kummerċjali li fihom kienu jiffullaw l-Aleppini ta' kull denominazzjoni. Kont tara l-Musulmana mgeżwra bil- hijab u ħdejha n-nisranija skullata sew imma b'salib daqs dinja fuq sidirha. Aleppo kienet tassew mużajk ta' kulturi u reliġjonijiet li l-gwerra ċivili rvinat, forsi għal dejjem. Peress li kienet il-festa ta' Għid al-Fitr, it-tmiem tar-Ramadan, il-Misilmin ħadu btala ta' tliet ijiem u l-ħwienet kollha kienu magħluqin. Konna mexjin ħdejn iċ-ċittadella u dħalna fi struttura antika fejn kien hemm ħanut wieħed biss miftuħ. Kien nisrani li miegħu bdejt nitkellem. Qalli li f 'dan il-post fejn kien isir ħafna kummerċ għal sekli sħaħ. Qabel ħafna mill-posti kienu ta' nsara imma llum hu l-aħħar nisrani. Stqarr li uliedu ma jridux jibqgħu jgħixu s-Sirja u jridu jmorru l-Ewropa u qalli li wisq jibża' li jekk jaqa' l-gvern ta' Bashar Al-Assad, l-insara jitilfu l-ħajt tal-kenn li għandhom. Il-biżgħat ta' dan is-sinjur huma waħda mir-raġunijiet li l-komunitajiet insara huma bi ħġarhom wara r-reġim iddominat mill-alawiti ta' Bashar al-Assad. L-alawiti huma setta Xijita tal-Iżlam. Ix-xijiiti huma minoranza fid-dinja Iżlamika ħlief f 'xi ftit stati bħall-Iran, il-Bahrain u l-Azerbaijan fejn huma l-maġġoranza. Ix-Xijiti huma s-segwaċi ta' Ali (għalhekk alawiti) li kien ħaten u kuġin ta' Mawmettu u li kellu jkun is-suċċessur tiegħu. Il-qasma bejn il-maġġoranza Sunna u l-minoranza Xijita hija ferm kbira fid-dinja Musulmana u bosta Sunni jemmnu li x-Xijiti lanqas m'huma musulmana. Mill-1963, is-Sirja kienet immexxija mill-partit Baath li huwa ta' ispirazzjoni nazzjonalista, pan-Għarbija, soċjalista u anti-imperjalista. Baath tfisser qawmien u twaqqaf fl-1948 minn Grieg Ortodoss u Sunni imma fl-1970, it- tmexxija tal-partit Baath waqqgħet f 'idejn kurunell alawita, Ħafeż Al-Assad u minn dakinhar 'l hawn, l-alawiti baqgħu jiddominaw it-tmexxija tas-Sirja għalkemm bosta Sunni u nsara wkoll għandhom pożizzjonijiet importanti. Il-gwerra ċivili Sirjana kellha effetti katastrofiċi fuq il-pajjiż. Skond stima tal-osservatorju Sirjan tad-Drittijiet tal-Bniedem li għandu 200 monitor fil- pajjiż, in-numri ta' vittmi issa laħaq 206,065. Il-Ġnus Magħquda tikkalkula li mal-erba' miljuni u nofs kellhom jaħarbu minn darhom minħabba l-ġlied filwaqt li hemm tliet miljun rifuġjat f 'pajjiżi oħra, l-aktar il-Ġurdan, it-Turkija u l-Libanu. Dan f 'pajjiż b'popolazzjoni ta' tnejn u għoxrin miljun u nofs. Il-forzi ta' Assad ġew akkużati li wettqu atroċitajiet kbar u li użaw l-armi kimiċi f 'bosta okkażjonijiet. F'attakk li sar fil-21 t'Awwissu li għadda, mietu 635 ruħ u wara li l-Amerika u l-alleati tagħha heddet azzjoni militari, il-gvern Sirjan aċċetta li jirrinunzja għal dawn l-armi kimiċi, proċess li għadu għaddej minkejja li suppost ilu li spiċċa. L-armata Sirjana ġiet akkużata wkoll minn Amnesty International li tuża l-ġuħ bħala arma bl-aktar każijiet magħrufa huma l-assedju ta' Ħama u tal-kwartier ta' Yarmouk li kien kamp ta' rifuġjati Palestinjani fejn 20,000 ruħ huma maqbuda bla dawl u ikel minn April 2013. Madankollu, anke r-ribelli wettqu bosta atroċitajiet u r-ribelli affiljati ma' Al Qaeda barra li imponew ix-Xarija fuq il-populazzjoni lokali anke qatlu ribelli oħra. Il-preżenza ta' Al Qaeda żammet il-pajjiżi tal-Punent milli jgħinu lir-ribelli aktar attivament u Assad jista' jippreżenta ruħu bħala bastjun kontra l-estremiżmu Iżlamiku u t-terroriżmu. Il-konflitt Sirjan mistenni jkompli bla ebda naħa ma jirnexxielha tasserixxi ruħha fuq in-naħa l-oħra għal bosta żmien. Eventwalment, meta l-partijiet ikunu għejjew, forsi jintlaħaq ftehim tat- tip ta' Dayton fejn x-Xijiiti, is-Sunni, l-Insara u l-Kurdi jgħixu f 'żoni awtonomi jew alternattivament xi forma ta' qsim tal-poter bħalma jeżisti fil-Libanu jew taħtlita taż-żewġ formoli. Madankollu, it-taħdidiet twal li saru f 'Ġinevra fi Frar li għadda ma taw l-ebda riżultat u ċ-ċarċir ta' demm u l-martirju tal-poplu Sirjan għadu għaddej bla heda. Anniversarju mdemmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014