Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt I l-Kummissarju tal-Pulizija għandu fid-dover li jieħu azzjoni fuq dawk il-każijiet li huma bla risposta u li ċertament li jeħtieġ ikollhom azzjoni immedjata minflok investigazzjonijiet fit-tul. Dan l-editorjal mhux se joqgħod idur mal-lewża. Hemm każijiet speċifiċi: L-ewwel waħda hija l-evidenza li ħareġ quddiem il-kumitat tal- kontijiet pubbliċi. Evidenza li titfa' dawl ġdid dwar persunaġġi ġodda fl-iskandlu taż-żejt. U li jkompli juri xi żball kien li George Farrugia ngħata l-proklama. Inkredibbli li l-Kummissarju għadu ma ħax azzjoni fuq dak li ntqal. Fuq kollox fid-dikjarazzjonijiet quddiem il-kumitat ħarġu ħafna fatti ġodda li Alla jbierek taħt il-bravu Kummissarju John Rizzo ma ħarġux, jew jekk ħarġu ma ġara xejn dwarhom. Hemm imbagħad is-sentenza tal- Maġistrat (dalwaqt imħallef) tal- brava Edwina Grima fil-każ tal- Pulizija kontra Sandro Chetcuti. U erġajna, f 'dan il-każ hemm referenzi ċari għall-indħil fil- ġustizzja minn personalitajiet magħrufa. Li l-Kummissarju Pietru Pawl Zammit ma jiħux azzjoni hija stramba u sorprendenti. U nerġgħu nistaqsu wara li naraw b'liema ħeġġa l-pulizija, dakinhar taħt it-tmexxija ta' John Rizzo aġixxew, nistaqsu kif jista' jkun li jkollok xi ħadd li jakkuża l-pulizija tal-lum li l-pulizija huma pupazz ta' Muscat? Każ ieħor ċelebri huwa l-każ tal- Ispettur Elton Taliana, persuna li għandu mhux waħda imma ħafna raġunijiet għala għandu jkun sospiż mill-korp. Din il-gazzetta ma baqgħetx lura tikkritika l-pulizija meta għażlu li jtellgħu kummentaturi li kkummentaw fuq il-blogg tat- Times. U anki meta għażlu li ma jtellgħux in-nies li serqu d-dawl. Imma jibqa' l-fatt li aħna qed naraw il-Kummissarju tal-Pulizija kemxejn differenti mill-Kap tal- Oppożizzjoni li ħareġ qatta' bla ħabel kontra l-Kummissarju. Anzi qed narawh bħala persuna kawt u mhux impulsiv, persuna li ma jiħux azzjoni mingħajr ma jaħseb u jiżen. Ferm differenti mill-akkużi ta' pupazz minn Simon Busuttil. Xorta waħda nemmnu li l-Kummissarju għandu biex jaġixxi fuq it-tliet każijiet mingħajr ebda dewmien, fl- interess tal-ġustizzja. Il-Kummissarju jeħtieġ jaġixxi