Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
24 illum | Ħadd 16 ta' Marzu 2014 Kummercjali L-avventuri ta' Ray – GasanMamo tiċċelebra l-istadji differenti tal-ħajja LAVVENTURI ta' Ray hi logħba interattiva ġdida u divertenti li tigwida l-plejers minn numru ta' stadji importanti fil-ħajja, li kollha jirrikjedu l-assigurazzjoni. Il-logħba mhux biss għandha l-għan li tkun divertenti iżda hi wkoll vjaġġ matul il-ħajja li jirrifletti r-realtà. Il-logħba, maħluqa minn GasanMamo flimkien ma' Anchovy Studios issegwi lil Ray, il-karattru prinċipali fuq il-vjaġġ ta' ħajtu fejn jixtri l-ewwel karozza tiegħu, imur fuq l-ewwel vaganza ma' sħabu, jixtri l-ewwel dar, ikollu familja u jgawdi aktar il-ħajja meta jikber. L-avventura ta' Ray turi l-ħtieġa tal-ippjanar u l-assigurazzjoni b'mod divertenti iżda effettiv. Tista' tintlagħab fuq Facebook jew fuq website dedikata għaliha. Il-plejers iridu jiġbru l-muniti biex b'hekk jimxu għal-livell li jmiss. Hemm premji mill- isbaħ x'jintrebħu għal min jiġi l-ewwel, it-tieni u t-tielet fl- aħħar ta' perjodu partikolari. Mark Mamo, Maniġer ta' GasanMamo tkellem dwar l-għan tal-logħba, "Aħna nħossu li hu indispensabbli li nkunu familjari mal- assigurazzjoni u l-prodotti disponibbli biex inkunu nistgħu ngħinu u noffru lill- klijenti tagħna serħan il-moħħ waqt l-istadji varji ta' matul il-ħajja. L-avventura ta' Ray hi mod divertenti kif nitkellmu mal-komunità u nwasslu l-messaġġ tagħna." Benji Borg, Direttur Kreattiv ta' Anchovy Studios qal," L-avventura ta' Ray kienet żviluppata grazzi għall-appoġġ tal-Malta Enterprise, u b'hekk nixtieq nirringrazzjahom tal-għajnuna fuq dan il- proġett. L-iżvilupp tal-logħba kienet sfida, iżda esperjenza pjaċevoli ħafna. Id-disinni kienu ispirati mill-pajsaġġi Maltin iżda Ray imur postijiet oħra matul l-avventura tiegħu. Nisperaw li kulħadd jieħu gost jilgħabha!" L-avventura ta' Ray tista' tintlagħab fuq Facebook, billi tagħmlu 'Like' fuq il-paġna ta' GasanMamo jew fuq www. raysadventure.com. Mc it Happen – Opportunitajiet ġodda ta' xogħol BI preparazzjoni għat- tkabbir taċ-chain lokali tagħha, McDonald's Malta se torganizza ġranet apposta fejn fihom se timpjega madwar 225 ħaddiem ġdid. Dawn il-ġranet tar-reklutaġġ se jsiru fid-29 ta' Marzu fil-Lukanda Intercontinental, u fil-5 t'April, fl-uffiċċju tal-ETC f 'Għawdex, u se jżidu n-numru ta' impjegati ma' McDonald's Malta għal 775. McDonald's hu magħruf madwar id-dinja għall- attenzjoni u l-valuri li jagħti lill-ħaddiema tiegħu, valuri li jibqgħu magħhom tul ħajjithom kollha. Permezz ta' inizjattivi bħal Employment Drives, McDonald's timmira li żżid kuxjenza fuq l-opportunitajiet li qed toffri billi tiddedika ġurnata sħiħa għal dawk li huma interessati li jingħaqdu magħha. Ir-reklutaġġ ta' din is-sena għandu t-tema 'Mc it Happen', li għandu l-għan li jinkoraġixxi liż-żgħażagħ lokali biex jagħmlu differenza waqt li jilħqu l-għanijiet personali u professjonali tagħhom. Din l-attitudni tirrifletti l-missjoni li kollox hu possibbli, missjoni li hi promossa f 'kull livell ta' impjieg f 'din il-kumpanija. "Wasal iż-żmien li nagħmlu differenza," qal is-Sur Shaun Vella, il-Manager tar-Riżorsi Umani f 'McDonald's Malta. "Nemmnu li billi noffru lill-impjegati tagħna ħinijiet flessibbli u billi nagħtuhom aktar responsabbiltà biex jikkontrollaw sitwazzjonijiet, aħna nistgħu noffru lill- impjegati karrieri sodisfaċenti." Il-ġurnata tal-impjiegi ta' din is-sena qed tfittex individwi minn 16-il sena 'l fuq li qed ifittxu xogħol fejn fl-istess ħin ikunu qed jieħdu gost, u fejn ikunu qed iservu ikel ta' kwalità għolja f 'ambjent ta' ħeffa. Il-kandidati magħżula jibbenifikaw mit-taħriġ ta' klassi mondjali ta' McDonald's, attivitajiet soċjali regolari, ħinijiet ta' xogħol flessibbli, kumpens kompetittiv u kif ukoll l-opportunità li jibbenifikaw minn programm ta' inċentivi u ta' premjazzjoni. Barra minn hekk, il-ħaddiema se jakkwistaw ħiliet li jservuhom ħajjithom kollha, bħall-puntwalità, kunfidenza personali, teamwork, u servizz għall- konsumatur. Applikanti interessati huma mistednin li jattendu għall- intervisti mar-rappreżentant tar-restaurant tal-għażla tagħhom li se jsiru fil-lukanda Intercontinental fid-29 ta' Marzu bejn id-9am u l-4.30pm u fl-uffiċċju tal-ETC ta' Għawdex fil-5 ta' April bejn id- 9am u s-1pm. Klijenti tal-Banif jirbħu mawra għal Old Trafford BĦALA parti minn sensiela ta' inizjattivi marbuta mal-kard ta' kreditu ta' Manchester United, Banif Bank offra opportunità lil dawk li għandom il-kard li jirbħu pakkett esklussiv ta' ospitalità mingħand il- Manchester United Football Club. Dan jinkludi titjira lejn Manchester u biljetti għal-logħba għalihom u għal mistieden tagħhom flimkien ma' trattament VIP. B'riżultat ta' dan, żewġ rebbieħa xxurtjati – Noel Cassar u Yan Pirotta – se jmorru Old Trafford biex jaraw il-logħba kontra l-Liverpool nhar il-Ħadd 16 ta' Marzu. Dawk li applikaw għall- Manchester United Credit Card minn Banif Bank sat-28 ta' Frar ħadu sehem b'mod awtomatiku f 'lotterija. Żewġ ismijiet ittellgħu bi programm tal-kompjuter u l-parteċipanti kellhom jirrispondu mistoqsija sempliċi. "Żewġ klijenti oħra qed igawdu mill-benefiċċji esklussivi li toffri l-kard ta' kreditu tal-Manchester United," qal Nuno Martins, Kap tal- Operat ta' Banif Bank (Malta) plc. "Kull min hu partitarju akkanit tal-Manchester United għandu jmur Old Trafford mill-anqas darba! L-esperjenza hi waħda memorabbli! Hekk kif it-tim jiffaċċjaw lir-rivali eterni Liverpool, m'hemmx mod aħjar li turi l-appoġġ tiegħek mill-grawnd. U din hi l-opportunità li l-Banif qed jagħti lil dawn iż-żewġ rebbieħa! Se jħossuhom parti mill-istorja leġġendarja tal-United billi jesperjenzaw b'mod dirett l-adrenalina li ġġib magħha!" Banif Bank qed joffri dawn l-opportunitajiet fantastiċi permezz tal-ftehim li l-Bank għandu mal-Manchester United Football Club. Il-kard toffri lill-klijenti aċċess għal benefiċċji esklussivi li jinkludu skontijiet fuq l-isħubija tal- klabb, mingħand ir-Red Café u mill-United Direct. Magħha hemm ukoll assigurazzjoni fuq is-safar b'xejn, assigurazzjoni fuq ix-xiri b'xejn, skontijiet fuq l-assigurazzjoni u skemi tas-saħħa, servizz ta' assistenza Visa Global Customer, u 20% skont meta żżur il-Mużew tal- Manchester United u tibbukkja t-tour tal-kumpless minn ġurnata qabel. Aktar tagħrif dwar il- Manchester United Credit Card mingħand Banif Bank jista' jinkiseb billi wieħed iċempel Customer Care fuq 2260 1000 jew jibgħat imejl lil customercare@banif.com. mt. Wieħed jista' wkoll iżur wieħed mill-għaxar fergħat ta' Banif Bank madwar Malta u Għawdex. Il-paġna Facebook tal-kard hi Manchester United Red Arena – Malta. Logħba divertenti iżda li wkoll tirrietti vjaġġ matul il-ħajja li jirrietti r-realtà Il-ġurnata tar-reklutaġġ se ssir -Intercontinental d-29 ta' Marzu