Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 SPORTSillum SPORTSillum Qormi......................5 Vittoriosa ................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT QORMI umiljaw lil Vittoriosa Stars meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. Huma sabu x-xibka wara biss seba' minuti logħob meta Alfred Effiong approfitta minn żball difensiv ta' Luke Vella Critien li naqas milli jikklerja l-ballun minn kross ta' Leighton Grech u l-attakkant prolifiku Niġerjan avvanza fil-kaxxa qabel għeleb lil Mario Muscat. Il-Qriema splodew fit-tieni taqsima u tliet minuti minn xħin bdiet Jorginho tefa' fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha wara li rċieva l-ballun b'daqqa ta' ras ta' Vella. Fit-63 minuta Qormi komplew ikabbru l-marġni tal- iskor meta Jorginho aprofitta minn żball difensiv ieħor ta' Ousmane Sidibe li waqqa' lil Jorginho fil-kaxxa wara li dan kien irċieva minn through pass ta' Simone Quintieri. Kawża ta' dan Sidibe tkeċċa u b'hekk il-Ġirbin spiċċaw jilagħbu b'10 plejers, xi ħaġa li ħalliet effett ferm negattiv fuq il-kumplament tal-logħba għall-iStars. Mill-11-il metru Jorginho ra t-tentattiv tiegħu salvat parzjalment minn Muscat iżda mir-rebound l-istess attakkant Brażiljan tefa' ġewwa. Fit-72 minuta Grech ġera tajjeb mal-linja leminija, bidel il-ballun ma' Quintieri qabel l-istess Leighton Grech ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jegħleb lil Muscat. U jidher li l-Qriema ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif bilkemm kienet għaddiet minuta li huma m'għamluhomx ħamsa meta Leighton Grech avvanza tajjeb, qabeż lil Mario Muscat li ħareġ biex jinterċetta l-ballun u tefa' ġewwa biex kompla jitfa' lill-partitarji Qriema preżenti fil-Victor Tedesco Stadium f 'dellirju ta' ferħ. Vittoriosa Stars skorjaw gowl ta' konsolazzjoni fis-76 minuta meta wara ġirja tajba fuq il- lemin, Gilbert Martin għadda through ball lejn Marcelo Pereira li mill-viċin tefa' ġewwa. Qormi - Farrugia, Bondin, Vella, Gianola, Pisani, Caruana, Quintieri (Bajada 75'), Da Silva, Grech, Effiong (Pirotta 82'), Pereira da Silva Vittoriosa S. - Muscat, Brincat, Torri (Arab 46'), Buttigieg, Vella Critien, Martin, Santaguida (Arriagada Mella 64'), Sidibe, Pereira, Aguiar, Camilleri (Spiteri 46') Referee - Andre Arciola Ritratt: Ray Attard LEIGHTON GRECH Twieled fl-20 ta' Marzu 1990 Skorja doppjetta f'temp ta' ftit sekondi f'din ir-rebħa kbira Qormija Barra ma' Qormi, fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Birkirkara, Vittoriosa Stars, Hibernians, kif ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena Qormi jumiljaw lil Vittoriosa Ġlieda għall-ballun l-konfront bejn Qormi u Vittoriosa Stars

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014