Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194
6 illum | Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 L-għomja jinsistu għal Braille fl-iskejjel JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LGĦAQDA ta' persuni mingħajr dawl aktar kmieni din il-ġimgħa talbet lil Ministru għall- Edukazzjoni Evarist Bartolo biex jikkunsidra serjament il-possibbiltà li jibda jiġi mgħallem il-Braille għall- istudenti mingħajr dawl. L-għaqda spjegat lil Ministru li kif dan l-istudent jibda jieħu interess fil-kotba, għandu jkollu aċċess għat- tagħlim tal-Braille. Din il-gazzetta tinsab infurmata li minn naħa tal-Ministeru, dawn talbu lill- għaqda biex tifformola din il- proposta u tippreżentaha għal konsultazzjoni li għaddejja bħalissa fuq l-istrateġija nazzjonali għall-edukazzjoni, li ġiet imħabbra ftit ilu. "Għalkemm illum il-ġurnata ssib kotba forma ta' awdjo biex tismagħhom, tfal u żgħażagħ xorta għandhom bżonn ikunu familjari mal-Braille biex jiżviluppaw bażi soda ta' grammatika. Il-Braille għandu jkun pedament importanti għal litteriżmu ta' studenti neqsin mid-dawl, daqs kemm il-qari hu importanti għall-istudenti l-oħra," qalet kelliema għall-għaqda. Hi ssuktat tgħid li l-Braille jgħin lit-tfal ikunu aktar kunfidenti biex jiżviluppaw it- talenti u l-għarfien neċessarju biex jirnexxu f 'ħajjithom. Waqt li kienu qed jilqgħu lil Ministru tal-Edukazzjoni fl-uffiċini tagħhom f 'Santa Venera, membri tal-għaqda argumentaw li dawn l-istudenti għandhom sfidi differenti minn dawk ta' studenti oħra, u saħqu fuq il-bżonn li l-istudenti jkunu megħjuna permezz ta' Learning Support Assistant (LSA). "LSAs jistgħu jgħinu lil studenti neqsin mid-dawl b'tali mod li jneħħu xkiel żejjed li jista' jżomm lura lill-istudent. Għandhom irwol vitali biex jiżguraw li l-istudenti qed isegwu l-kurrikulu nazzjonali flimkien ma' studenti oħra fl- istess klassi." Huma qalu li dawn l-LSAs għandhom ikunu mħarrġa biex jagħtu għajnuna speċifika li tgħin l-istudent nieqes mid- dawl biex jagħmel l-aħjar użu mis-sensi tal-ġisem għall- informazzjoni li għandhom quddiemhom. "Jekk jingħataw l-għajnuna meħtieġa, studenti neqsin mid-dawl jista' jirnexxu daqs kwalunkwe tfal oħra," temmet tgħid il-kelliema. It-tranżizzjoni għall-ġurnaliżmu diġitali Il-gazzetti għadhom relevanti, minkejja ż-żieda fil-popolarità tas-siti elettroniċi JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt FACEBOOK, Twitter, Tumblr u għadd ta' online portals u siti soċjali oħra saru mezz ġdid ta' kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu. Kull ma jmur qed jiżdied l-użu tal-internet: min biex jixtri, min biex jara logħba futbol jew l-aħbarijiet u min biex jagħmel ħbieb ġodda jew biex potenzjalment jaqsam il-ħsibijiet tiegħu ma' miljuni ta' nies. F'dinja daqshekk mgħaġġla ddominata mit- teknoloġija, il-qasam tal- ġurnaliżmu wkoll qed iħabbat wiċċu ma' sfidi ġodda: it- tranżizzjoni għall-ġurnaliżmu diġitali li qed isir b'rata kemxejn mgħaġġla. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil xi individwi midħla fil-qasam tal-ġurnaliżmu u l-blogging, jekk fid-dinja moderna tal-lum fejn daħħlu sew l-online portals, għadx għandhom post il-gazzetti (stampati) tradizzjonali. Il-blogger Alison Bezzina, li llum taħdem bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni mal-Inspire, qalet li meta kienet għadha l-università, kważi għoxrin sena ilu, diġà kienu qed jiddiskutu l-possibbiltà li l-gazzetti tradizzjonali (stampati) ma jibqgħux jeżistu. "Minkejja li l-media online kienet għadha ma qabditx bħal- lum, kellna diġà stampa ċara ta' dak li kien se jiġri fil-futur. Dak iż-żmien ikkonkludejna li kien għad hemm post għall-istampa tradizzjonali u li baqa' imqar ħamsin sena qabel mal-gazzetti stampati jiġu eradikati." Ċertament, il-mezzi tax- xandir online qed inaqqru mill- popolarità tal-mezzi tax-xandir stampata, sostniet Bezzina. Dan anke minħabba li fin-natura tagħha hija iżjed aċċessibbli u immedjata, però għadna 'l bogħod ħafna mill-mument fejn ma nibqgħux nistampaw gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra, kompliet tgħid Bezzina. "It-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum (hekk imsejħin digital natives) forsi jarawha stramba li jien u nies ikbar minni nibqgħu nfittxu l-karta stampata, u forsi meta d-digital natives ikunu fil- maġġoranza u f 'pożizzjonijiet li jiddeċiedu, il-pubblikazzjonijiet stampati jibdew jonqsu ferm iżjed malajr. Imma għalissa naħseb li baqagħlna mal- għaxar jew ħmistax il-sena oħra ngawduhom sew." "L-għomja jistgħu jirnexxu daqs kwalunkwe studenti oħra"

