Illum previous editions

illum 16 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/278194

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Marzu 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil "Il-pont jew mina mhux is-soluzzjoni għal Għawdex" – Arnold Cassola ARNOLD Cassola ċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika kellu diskors imqanqal waqt dibattitu li sar fil-kampus tal-Università l-Imsida bejn ħames kandidati għal Parlament Ewropew, organizzat mill-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) għat-tielet sena konsekuttiva waqt Gozo Week li sar matul din il- ġimgħa. Fid-dibattitu ħadu sehem Kevin Plumpton u Stefano Mallia min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, Cyrus Engerer u Miriam Dalli min-naħa tal-Partit Laburista u Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika. Il-ħames kandidati wieġbu mistoqsijiet dwar LGBT, Ewroxettiċiżmu, Ewropa Federali u diversi aspetti oħra dwar dak li jixtiequ ż-żgħażagħ għall-Ewropa, fejn il-ħames kandidati taw il-veduti tagħhom skont il-linja tal- partit li qed jirrappreżentaw. Laqatni l-mod kif iddeskriva l-Ewropa għan-Nazzjonalisti u għal Laburisti Arnold Cassola fejn qal li dak kollu li joħroġ mill-Ewropa u ma jgħoġobnix inwaħħlu fi Brussell u dak li jgħoġobna jieħu l-mertu l-partit li jkun fil-gvern. Iżda min-naħa tiegħi kien jinteressani l-aktar dak li kellhom xi jgħidu l-kandidati dwar Għawdex. Beda Cyrus Engerer li qal li l-gvern qed jaħdem biex għall- ewwel darba Għawdex ikun reġjun u b'hekk jiggwadanja aktar fondi mill-Ewropa. Cassola qal li l-partiti l-kbar qed jidħku bin-nies meta jsemmu l-mina u l-pont bħala s-soluzzjoni għal kull problema f 'Għawdex. "Biex isiru dawn iridu jgħaddu 40 sena. L-Għawdxin iridu deċiżjoni immedjata b'katamaran li jieħdok minn Għawdex għal Belt u b'hekk il-ħaddiem u ż-żagħżugħ Għawdxi jiffranka sagħtejn kuljum fl-ivjaġġar." Cassola semma wkoll li jrid isir immedjatament il-fibre optic cable tal-internet biex isservi bħala spare għal dik li hemm, "jekk Għawdex irid ikollu investiment akbar ta' kumpaniji ta' software u iGaming." Miriam Dalli qalet li l-aktar żewġ affarijiet li hemm bżonn għal Għawdex immedjatament huma l-uffiċċju tal-Istatistika f 'Għawdex ħalli jkun hemm statistiċi reali dwar Għawdex u x'hemm bżonn isir u uffiċċju għal Għawdex fi Brussell ħalli jgawdi minn iżjed fondi. Stefano Mallia qal li din tal- eżodu tal-imħuħ (brain drain) fiż-żgħażagħ Għawdxin ma teżistix biss f 'Għawdex għax illum hemm ħafna żgħażagħ Maltin li jagħżlu li jmorru jaħdmu barra mill-pajjiż u din hu jaraha bħala opportunità ta' esperjenza kbira li ż-żagħżugħ jikseb meta jitlaq minn pajjiżu u mhux bħala eżodu tal-imħuħ. "Il-problema ta' Għawdex hi li jrid ikun hemm pjan ta' xogħol u l-Għawdxin iridu jistudjaw u jippreparaw għax-xogħol li jkun se jinħoloq f 'Għawdex. "Fejn qal li din il-gżira tista' ssir ċentru għat-turiżmu tas-Saħħa u ċentru Finanzjarju u b'hekk iż-żgħażagħ Għawdxin li jridu jibqgħu Għawdex ikunu jafu liema studji għandhom bżonn biex jibqgħu jaħdmu Għawdex. Kevin Plumpton qal, "Ma rridux nagħtu x'jifhem li jekk jinfetaħ uffiċċju fi Brussell se jiġu ħafna fondi. Hemm bżonn politika fit-tul għal Għawdex." Hu qal li l-Eco Gozo jista' ma kienx suċċess kif mixtieq u "għalhekk għandu jkun hemm viżjoni sħiħa għal Għawdex u mhux patching." Kien dibattitu ta' interess u jidher li din il-ġimgħa Għawdxija fl-Università kienet ta' suċċess għat-tielet sena konsekuttiva. Kien hemm avvenimenti li wrew diversi aspetti mit-talent u kultura Għawdxija u s-soċjetà Għawdxija nnifisha. Il-kampus kien imdawwar b'tined li fihom kien hemm wirjiet li juru l-kultura tradizzjonali, l-arti u l-gastronomija Għawdxija b'kollaborazzjoni ma' diversi ditti Għawdxin. Kien hemm żjajjar mill-Kap tal-Oppożizzjoni u anke minn xi ministri tal-gvern. Il-ħames protagonisti, Cyrus Engerer, Arnold Cassola, Miriam Dalli, Kevin Plumpton u Stefano Mallia Jinħatar il-Bord għall- Isport għal Għawdex GĦALLEWWEL darba f 'Għawdex id-dixxiplini sportivi kollha qed ikunu taħt kappell wieħed. Dan wara li ġie maħtur Bord għall-Isport għal din il- gżira. Dan se jkun immexxi miċ-ċermen Ġorġ Fenech, is-segretarju Joe Bajada u s-CEO Alvin Grech u għaxar membri oħra li jirrappreżentaw lid- dixxiplini sportivi kollha li hemm Għawdex. Dan il-Bord jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex iżda l-KMS hu r-regolatur tiegħu. Kien ilu jinħass vojt f 'Għawdex fl-isport Għawdxi fejn l-uniku dixxiplina sportiva li kienet tingħata għajnuna kienet il-futbol. Xogħol dan il-Bord issa hu li joħloq turiżmu sportiv lejn Għawdex, jitmexxa 'l quddiem il-proġett sportiv f 'Ta Xħajma u li jgħolli l-livell ta' parteċipazzjoni f 'attività fiżika minn nies ta' kull età. Hu mistenni li tfal iżgħar minn 9 snin jingħataw taħriġ li bih jiżviluppaw il-fiżika tagħhom permezz ta' taħriġ f 'kull sport bażiku. Il-membri l-oħra tal- Bord huma, Mario Galea tat-tiġrijiet taż-żwiemel, Emily Saliba tal-ġinnastika, Richard Attard tal-isparar, Loretu Scicluna tas-softball, Emanuel Cini tal-futbol, Mario Saliba tal-arti marzjali, Paul Camilleri tal-atletika, Joseph Scicluna tal-baseball, Enzo Dimech tal-waterpolo u Clifford Debattista tar-rugby.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 March 2014