Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 SPORTSillum SPORTSillum Balzan ....................2 Mosta .....................4 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT MOSTA ttrasformaw ruħhom fit-tieni taqsima tal-konfont tagħhom kontra Balzan u dawru telfa f 'rebħa ta' 4-2. Balzan fetħu l-iskor fl-40 minuta meta minn kross ta' Justin Grioli, Ryan Darmanin xellef il-ballun bi ftit u tefa' wara Omar Borg. Sitt minuti mill-ftuħ tat- tieni taqsima Ryan Darmanin irdoppja l-iskor għal Balzan permezz ta' xutt angulat mil-lemin li għeleb lill- goalkeeper ta' Mosta. Mosta naqsu l-marġni tal-iskor fis-67 minuta meta minn kross ta' James Brincat, Diego Periera indirizza l-ballun fid- direzzjoni ta' Bojan Kaljevic li minn quddiem Manuel Bartolo tefa' ġewwa. Ħames minuti biss wara Diego Pereira kien sfortunat li laqat il-wieqfa permezz ta' xutt mill-viċin wara li kien irċieva minn kross mix- xellug. Madankollu minn kross ieħor mix-xellug, tentattiv ta' Mano Micallef laqat il-mimduda u mir- rebound, Pereira tefa' fix- xibka. Il-Blues skorjaw it-tielet gowl li permezz tiegħu marru fil-vantaġġ għall- ewwel darba fil-logħba fit-78 minuta grazzi għal xutt mill-isbaħ mil-lemin ta' Cristian Martins Fernandes li ma ta l-ebda ċans lil Manuel Bartolo. Żewġ minuti fil-ħin miżjud, Mosta ssiġġillaw ir- rebħa permezz tar-raba' gowl fil-logħba grazzi għal xutt b'saħħtu ta' Manolito Micallef minn barra l-kaxxa li għeleb lill-goalkeeper ta' Balzan. Balzan - Bartolo, Grioli, Bezzina, Scicluna, Dos Santos, Vignaroli, Darmanin, Bilbao Zarate, Calcado, Micallef, Armario Negrin (Sciberras 69') Mosta - Borg, M. Brincat, Grech, Zammit (J. Brincat 55), Micallef, Kaljevic, Ekani, Zammit, Carrozza, Martins (Frendo 88'), Faria Referee - Tim Marshall (NIR) Ritratt: Ray Attard RYAN DARMANIN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba Skorja doppjetta personali għalkemm Balzan ħarġu telliefa Qabel ingħaqad ma' Balzan lagħab ukoll ma' Marsaxlokk u Floriana Huwa magħruf għall-fatt li ħafna drabi daħal jilgħab bħala sostitut u rnexxielu jsib ix-xibka għall-ġid tat- tim tiegħu Mosta ttrasformati t-tieni taqsima Ediosn David Bilbao Zarate bil-pussess tal-ballun b'Antonio Carrozza u Justin Grioli isegwu l-azzjoni -isfond

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014