Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 27 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Hibernians ferm superjuri għal Sliema Ryan Camilleri jiddefendi l-ballun minn fuq Mark Scerri Hibernians. .............3 Sliema W .................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT F'LOGĦBA valida miċ- Chamionship Pool, Hibs kienu ferm superjuri għal Sliema Wanderers u ma tantx tħabtu biex għelbuhom bl-iskor ta' 3-1 biex issa fetħu vantaġġ ta' 6 punti fuq l-istess Wanderers u Mosta. Iż-żewġ timijiet ma setgħux jutilizzaw l-aħjar formazzjoni possibbli minħabba n-nuqqas ta' Bjorn Kristensen għal Hibernians u Alex Muscat u Admir Vladavic għal Sliema Wanderers, it-tlieta li huma minħabba sospensjoni. Hibs fetħu l-iskor wara biss 9 minuti logħob meta wara li rċieva minn kross mil-lemin, Jean Paul Farrugia għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' wara Henry Bonello. Man-nofsiegħa logħob, Obinna Obiefule rdoppja l-iskor għall-Pawlisti permezz ta' xutt tajjeb minn ġol-kaxxa. Hibs komplew juru l-aħjar logħob fil-grawnd u ħolqu l-iktar okkażjonijiet perikolużi fil-logħba iżda tmien minuti minn tmiem id-90 minuta, Sliema Wanderers resqu viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Stanley Ohawuchi li stampa mal-mimduda. Madankollu minuta mit- tmiem tal-logħba, Hibs skorjaw it-tielet gowl fil- logħba meta xutt tas-sostitut Andrew Cohen laqat sieq il-wieqfa u mir-rebound Edison Luis dos Santos tefa' ġewwa. Żewġ minuti fil-ħin miżjud il-Blues skorjaw gowl ta' konsolozzjoni grazzi għal Stanley Ohawuchi li skorja penalty wara li Ryan Camilleri kien miss il-ballun b'idu fil- kaxxa. Hibernians - Balzan, Tabone Desira, Pearson, Chircop (Levnaic 4'), Radusinovic, Camilleri, Lima, Failla, Obiefule, Dos Santos (Degabriele 90'), Farrugia (Cohen 68') Sliema W. - Bonello, Borg, Farrugia (Xuereb 60'), Mintoff, Scerri (Muscat 46'), Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods, Barbetti, Muchardi, Bianciardi Referee - Mario Apap OBINNA OBIEFULE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-7 ta' Jannar 1988 fin-Niġerja Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Barra Hibernians, f'Malta lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans, Marsaxlokk u Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014