Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 Gladjaturi tal-Ħajja minn John Busuttil ILTQAJT ma' Ryan fl-uffiċċju tal-Għaqda tal-istudenti Għawdxin fl-Università Għawdxija, li fil-fatt hi d-dar ta' Ryan għal dawn l-aħħar tmien snin li ilu jistudja fl-Università ta' Malta u Għawdex. Għax barra li ggradwa fl-Arti u l-Ġeografija Umana, akkwista l-Masters Degree fil-'Business and Entrepreneurship', 'Tourism' u 'Diplomacy'. Filwaqt li għandu diplomi fil-'Management', 'Travel Agents Marketing' u 'Internet marketing'. Dan barra li għandu esperjenzi ta' xogħol fejn għamel sena assistent tal-produzzjoni mal- Where's Everybody u sentejn jgħallem l-Environmental Studies fis-Seminarju ta' Malta u ta' Għawdex. Ryan hu wkoll attiv ħafna fil-volontarjat taż-żgħażagħ, fl-Università u diversi kunsilli madwar Malta u Għawdex fejn jekk nikteb dak kollu li bagħatli fis-CV tiegħu rrid żewġ paġni oħra. Però Ryan li twieled fis-16 ta' Novembru tal-1988 ir-Rabat Għawdex qalli li kellu tfulija diffiċli li iżda ma xtaqx jitkellem dwarha għax hu ma jridx ipoġġi lilu nnifsu bħala l-vittma u l-miskin. Id-dettalji ta' tfulitu xtaq iżommhom għalih. Meta kien għadu żgħir kien jitla' Malta jilgħab it-table tennis u l-futbol man-nursery ta' Floriana biex ikun fejn il-plejer Għawdxi ieħor Shawn Bajada dak iż-żmien. "Kont mort Malta għax dejjem emmint li jekk trid tasal l-opportunitajiet jinsabu Malta u mhux Għawdex" beda biex qal Ryan. Semmieli wkoll li kien jilgħab il-futbol mal- Oratorju iżda waqaf mill-Isport għax intefa' fuq l-istudju. Ryan kien il-persuna wkoll li wara l-O' levels kien beda s-Summer School fl-oratorju għat-tfal ċkejknin li bdiet bi 80 student u għadha teżisti sal-lum fejn fil-preżent jattendu għaliha madwar 300 student. Meta tlabtu jekk kienx jaħseb fil-futur tiegħu u x'seta' kien meta kien ċkejken, qalli li hu kien biss attirat li jgħin lin-nies, fejn għamel żmien ħaseb li seta' jsir tabib biex jirnexxilu jagħmel dan. "L-għan ewlieni tiegħi kien u għadu li nixtieq nagħmel id-differenza." Ryan kien tfajjel li kien iħobb jaħseb waħdu, jaħseb fuq kollox u jaħseb fil-futur. "Inħobb nistudja l-passat tal-bniedem u għalhekk studjajt l-Istorja, għax mill-passat nitgħallem ma niżbaljax bħal ta' qabli għax hu fatt veritier li History does repeat itself." Mill-bidu nett tal-intervista Ryan mill-ewwel tani x'nifhem li quddiemi kelli persuna intelliġenti u li jaf eżatt x'irid jgħid u x'irid iwassal. Sadattant il-kapaċitajiet ta' mexxej u organizzatur issawru fih ta' età żgħira fejn meta kellu 15-il sena kien diġà jorganizza 'parties' (jew attivitajiet soċjali kif isejħilhom hu) flimkien ma' tlitt iħbieb oħra tamparu. Kien anke jagħmilha ta' DJ tal-mużika moderna fl-XS Club ir-Rabat. "Hawnhekk bdejt ninduna li meta tiddeċiedi tagħmel xi ħaġa int, kemm jirnexxilek tinfluwenza lil ħaddieħor u l-ħajja tan-nies. B'dawn il-parties li ddeċidejt li norganizza influwenzajt mijiet ta' żgħażagħ f 'dak li kienu jagħmlu u anke fuq xiex jitkellmu t-Tnejn filgħodu. Jien ikolli nammetti li għext żewġ universitajiet fil-ħajja tiegħi, dik tat-triq u dik akkademika u tgħallimt minnhom it-tnejn." Iżda minn hawn 'il quddiem bdiet il-ħajja ta' studju u attività fost Iż-żagħżugħ li jixtieq jagħmel id-differenza Ir-rotta tal- ġurnalist Jerome Caruana Cilia Diżastru fit-toroq Rabtin Dawn il-ħofor jinsabu fi Triq l-Iskultura fiż-żona magħrufa bħala tan-Nigret. Wieħed jinnota li ħofor huma fondi mhux ħażin. Din hija parti minn Triq Għobbejra. Għal xi raġuni l-partit t'isfel tat-triq kantuniera ma' Vjal il-Ħaddiem qiegħda fi stat ħażin immens. Vjal il-Ħaddiem hija waħda mit-toroq ewlenin tal-lokalità tar-Rabat. Residenti Rabtin ilmentaw ma' din il-gazzetta li din it-triq ilha f 'dan l-istat ħażin għal bosta xhur. Madankollu, wieħed jista' jinnota li xi xogħlijiet huma għaddejjin bħalissa f 'din it- triq li tant għandha bżonn ta' rinnovar. Din hi l-agħar triq li qatt rajt fir-rotot kollha li għamilt sa issa. L-istat ħażin ta' dawn ir- rotot jinsabu fit-triq ta' quddiem ix-Xara Lodge, Triq iċ-Ċawla u Old Żebbuġ Road. Ir- ritratti jitkellmu waħedhom. Jekk tixtieq li jkollok l-esperjenza bħal rikba fuq xi roller coaster, kull ma trid tagħmel huwa li tgħaddi minn Triq it-Tabija fir-Rabat. Jekk ma toqgħodx attent u tkun ġej b'veloċità kbira, tkun se tibża' li tinqaleb. Din hija parti minn Triq Għobbejra. Għal xi raġuni l-partit t'isfel tat-triq kantuniera ma' Vjal il-Ħaddiem qiegħda fi stat ħażin immens. Vjal il-Ħaddiem hija waħda mit-toroq Jekk tixtieq li jkollok l-esperjenza bħal rikba fuq xi roller coaster, kull ma trid tagħmel huwa li tgħaddi minn Triq it-Tabija fir-Rabat. Jekk ma toqgħodx attent u tkun ġej b'veloċità kbira, tkun se tibża' li tinqaleb. Entrepreneurship', 'Tourism' u 'Diplomacy'. Filwaqt li għandu diplomi fil-'Management', 'Travel Agents Marketing' u 'Internet marketing'. Dan barra li għandu esperjenzi ta' xogħol fejn għamel sena assistent tal-produzzjoni mal- Where's Everybody jgħallem l-Environmental Studies fis-Seminarju ta' Malta u ta' Għawdex. fil-volontarjat taż-żgħażagħ, fl-Università u diversi kunsilli L-Istorja tal-belt tar-Rabat tmur lura xi 2,000 sena meta kienet għadha tagħmel parti mill-Belt Rumana antika 'Melita'. Wara xi ftit taż-żmien il-Biżantini ċekknu l-Belt. Biċ-ċivilizzazzjoni Għarbija, il-belt sar jisimha Mdina u l-parti 'l barra mill-kanċelli tawha l-isem Rabat li tfisser is-subborg. Ir-Rabat illum huwa post residenzjali b'popolazzjoni ta' madwar 13,000. Il-lokalità tipprovdi kontribut siewi għall-ekonomija tal-pajjiż permezz tat-turiżmu u l-agrikoltura. Din il-ġimgħa l-ġurnalist żar il-lokalità tar-Rabat u baqa' impressjonat bl-istat ħażin li fih jinsabu t-toroq. Ta' 25 sena u l-ħolma ta' żagħżugħ hi li jrid jiġġieled kontra dak kollu li jwaqqaf il-progress fil-gżira ċkejkna li tant iħobb, Għawdex. Żagħżugħ li kontinwament jorganizza liż-żgħażagħ Għawdxin biex isemmgħu leħinhom u jkunu huma li jagħmlu d-differenza fi gżira li ż-żgħażagħ jintużaw għar-ritratti iżda ftit jew xejn jitwassal leħinhom fuq il-podju mixtieq. Iż-żagħżugħ li kellu tfulija diffiċli iżda li ġġieled bis-sħiħ biex ma jkunx il-miskin iżda jkun il-bniedem li jagħmel id-differenza. Iż-żagħżugħ hu Ryan Mercieca, il-president tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) u Viċi President tal-Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ ta' Malta li minn età ċkejkna ddeċieda li jkun il-gladjatur għall-istudenti u żgħażagħ Għawdxin biex jibdlu l-mentalità politika tagħhom jekk iridu li jagħmlu d-differenza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014