Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 18˚Ċ L-INQAS 12˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Nofsinhar għax-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4. Iktar tard mal-lejl, ir-riħ idur mill-Majjistral forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6. BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 16˚Ċ L-INQAS 11˚Ċ TEMP: Imsaħħab b'ċans ta' xi ftit xita li jsir ftit imsaħħab. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Majjistral forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 li jdur mill-Punent Majjistru. BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir qawwi. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 2 20 5 86 45 11 43 55 Kif ġraw l-episodji tal- qtil tal-qtates fil-Mosta KIEN ilu għaddej sentejn u nofs sa minn meta "il-qattiel Mosti tal-Qtates" beda bl- avventuri krudili tiegħu li jsallab l-annimali fil-Mosta, proprju ftit 'il bogħod mid- dar tiegħu, bl-aktar postijiet komuni għal dawn l-atti li kien jagħmel ikunu dawk reliġjużi. Il-Ħamis li għadda, wara li sallab xejn inqas minn 11-il qattus u tlett iklieb, dan inqabad mill-Pulizija u nżamm taħt arrest. Nicholas Grech, ta' 37 sena, u inġinier fl-Enemalta, tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta' diversi annimali u l-moħqrija tagħhom. Hu ġie akkużat ukoll li għamel dan kollu f 'żoni reliġjużi bħad-dawra tal-knisja tal-Mosta. Min-naħa tiegħu, Grech ilmenta li hu qatt ma qatel l-annimali. Hawn taħt, il- gazzetta Illum tagħti ħarsa lejn meta u kif ġraw l-episodji ta' dak li probabbilment kien sar l-għadu numru wieħed tal-poplu Malti u Għawdxi. 16 ta' Ottubru 2011 L-ewwel inċident kien jinvolvi it-tisliba makabra ta' kelb żgħir, li ssammar ma' salib tal-injam u tqiegħed rasu l-isfel ma' bieb ta' dar vojta, f 'Main Str, il-Mosta. Din ix-xena kien sabha quddiem għajnejh qassis lokali. It-teoriji inizzjali ta' din l-istorja kienu mdawrin ma' ċertu Franġisku Buhagiar ta' 81 sena, li hu sid id-dar fejn instab il-kelb, u li kien spara għal oħtu fl-istess dar fl-1999. Buhagiar, li kien intbagħat 10 snin ħabs għal dan il- qtil, kien ċaħad mill-ewwel l-involviment tiegħu ma' dan il-każ. 16 ta' Novembru 2011 It-tieni inċident ukoll kien jinvolvi t-tisliba rasu l-isfel ta' kelb ieħor, din id-darba tal- għamla Chihuahua. Is-sejba kienet saret f 'xis- 7.15am, viċin il-grada tal- Oratorju tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, fil-Mosta. Viċin dan il-kelb tħalliet ukoll nota li fuqha kiteb li f 'ħajtu kien ilu jsoffri aktar milli qiegħed isofri l-kelb bħalissa. Il-Pulizija baqgħet iżżomm il-fatt li ż-żewġ każi kienu t-tnejn li huma saru fil- ġurnata tas-16 tax-xahar. 16 ta' Jannar 2012 Dan l-episodju kien l-ewwel wieħed minn ħafna li fih ġie msallab qattus. Is-salib bil-qattus b'kollox tqiegħed ma' grada ta' kappella fi Triq San Anton Abbati fil-Mosta u nstab mill-Pulizija waqt ir- ronda f 'xil-3.45am. Iżda f 'dan il-każ, ma nstabet l-ebda nota viċin il-qattus. Il-qattiel tal-qtates kien qabeż ix-xahar ta' Diċembru iżda kienet qiegħda tkun ċara li kull att kien qiegħed isir kull 16 tax-xahar. 10 ta' Frar 2012 Dan il-każ kien l-ewwel wieħed li ma seħħx fis-16. Il-ġisem tal-qattus kien instab msallab ma' salib ieħor tal-injam ma' bieb fi Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta. L-inċident kien irrappurtat lill-Pulizija fis-6.50am. 16 ta' Diċembru 2012 Wara li għaddew aktar minn 10 xhur, kulħadd ħaseb li l-persuna responsabbli minn dan kollu kien waqaf jagħmel dawn l-atti. Iżda ma kienx il-każ. F'dan il-jum sar rapport lill-Pulizija fit-8am li kien hemm qattus ieħor imsallab rasu l-isfel quddiem l-istatwa ta' San Ġużepp f 'Main Street. Miegħu nstabet anki nota. 16 ta' Jannar 2013 Bdiet sena ġdida u fl-ewwel data tas-16, ikollna l-ewwel sejba tas-sena ta' qattus ieħor imsallab. Din id-darba mal-ħadid ta' barra tal-iskola primarja tal-Mosta. Il-Pulizija waqfet lit-tfal milli jersqu viċin ix-xena filwaqt li l-Malta Cat Club ħarġu offerta ta' rigal xieraq għal min isib lil dan il-qattiel. 23 ta' Frar 2013 F'din il-ġurnata nstabet xi ħaġa oħra differenti li forsi kienet l-ikbar moħqrija sal- ġurnata. F'xit-7.45am, denb ta' qattus u par saqajn ta' qattus instabu mdendlin ma' salib ieħor. Is-salib twaħħal mal-faċċata tal-ħajt tal-kappella San Anton Abbati. Il-kumplament tal-ġisem tal-annimal ma nstabx. 17 ta' April 2013 Qattus ieħor jinstab imsallab ma' salib ieħor tal-injam, li tqiegħed mal-ħadid li hemm imdawwar mal-istatwa tal- Madonna, viċin Tower Road, fil-Mosta. 16 ta' Settembru 2013 F'dan il-każ, tmien pali ta' saqajn u idejn instabu marbutin ma' salib, viċin l-istess statwa tal-Madonna, fil-Mosta. Il-Pulizija kkonfermaw ukoll li ftit sigħat wara nstabu biċċiet minn ġisem ta' qattus fi Pjazza Brittania. 16 ta' Ottubru 2013 F'Ottubru tas-sena l-oħra, żewġt iqtates oħra nstabu viċin il-bini ta' fejn kien il- Flower Power. Sa dak iż-żmien, il-Pulizija kienu qegħdin jgħidu li jemmnu li l-qattiel kien qiegħed jiffriża dawn il- biċċiet tal-ġisem qabel ma joħroġhom fil-pubbliku. 3 ta' Frar 2014 L-aħħar episodju, li kien l-aktar wieħed sinifikattiv, ġara fi Frar ta' din is-sena, xahar u nofs qabel ma Grech inqabad u tressaq il-Qorti. Qattus ieħor instab imsallab mal-istatwa ta' San Filippu quddiem il-knisja tal-Mosta, u viċin tiegħu nstab ukoll kelb. EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta THE Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbi- ra San Ġuzepp, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera ST. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara ST. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix-Xatt, Gżira SAN Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Frangisk, Balzan ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta VILLAGE Pharmacy, Main Street, Mellieħa SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla ST. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelli- ka, Żabbar BRITANNIA Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa PRESTIGE Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi CENTRAL Pharmacy, Triq Għajn Qajjet, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur Jinstab wara li laħaq qatel 11-il qattus u tlett iklieb Tkompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014