Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 13 IXXOGĦOL huwa wieħed mill-aktar suġġetti li l-aktar ikellmuni n-nies dwaru bħalissa. Il-ħolqien tal- impjiegi hija l-prijorità numru wieħed għalina f 'Malta u għas-soċjalisti fil-Parlament Ewropew. Fil-jiem li għaddew is-Soċjalisti Ewropej approvaw ir-roadmap tagħhom għal elezzjonijiet ta' Mejju li ġej u fuq nett tal-prijoritajiet poġġew il-ħolqien tal-impjiegi. Mhux inqas f 'pajjiżna. Bl-attitudni ta' Gvern pro business, f 'pajjiżna wkoll qed naħdmu biex tinħoloq klima biex inkattru l-impjiegi. Xogħolna fil-Parlament Ewropew irid jikkumplimenta dak tal-Gvern Malti biex niġbdu lejna aktar negozju u nkabbru l-ekonomija. F'pajjiżna r-rata ta' nies bla xogħol hija ferm anqas minn ta' pajjiżi oħra iżda dan ma jfissirx li l-problema tal-qgħad f 'pajjiżna hija megħluba għaliex il-ġlieda tagħna kontra l-qgħad tibqa' anke jekk ikun hawn biss persuna waħda tfittex ix-xogħol. Fl-ewwel 10 xhur ta' dan il-Gvern inħolqu 5,000 impjieg ġdid. Il-maġġoranza ta' dawn l-impjiegi ġodda huma full time. Fl-opinjoni tiegħi din iċ-ċifra tikkuntrasta bil-kbir mal-500 impjieg, medja ta' 8 impjiegi kuljum, li ħoloq Gvern Nazzjonalista fl-aħħar 3 xhur tiegħu mal-Gvern. Minn ċifri ppubblikati jirriżulta li din iż-żieda fl- impjiegi hija d-doppju ta' dik reġistrata fl-istess perjodu s-sena li għaddiet u mistennija tkompli tiżdied bis-36 investiment barrani ġdid, 31 proġett lokali ġdid u 50 espansjoni ta' investiment eżistenti li fuq medda ta' 3 snin ser joħolqu 2,600 impjieg ġdid. Ta' min jgħid li l-Malta Enterprise fl- ewwel 10 xhur ta' dan il-Gvern approvaw aktar proġetti ġodda milli ġew approvati f 'seba' snin. Dan kollu juri li fejn jidħol il-qasam tax-xogħol dan il- Gvern huwa impenjat li jagħmel minn Malta art tal-opportunità, ugwaljanza u innovazzjoni. Il-Gvern fl-ewwel sena tiegħu qed jindirizza wkoll lil dawk li bħalissa mhux qegħdin jaħdmu. Wieħed minn dawn il- programmi li qed jindirizza dan il-qasam huwa l-Employment Aid Programme b'valur ta' €1.9 miljun. L-Employment Aid Programme hija skema ta' fondi mill-Fond Soċjali Ewropew u li permezz tagħha mal-170 intrapriża Għawdxija ser iħaddmu 357 persuna, nofshom nisa. Dawn il-kumpaniji ser jiġu mogħtija għajnuna finanzjarja ekwivalenti għal nofs il-paga ta' dawn l-impjegati l-ġodda fl-ewwel sena. Skema oħra li introduċa dan il-Gvern hija l-garanzija taż- żgħażagħ li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien iddeskriva bħala mhux neċessarja. Permezz ta' din il-garanzija l-Gvern ser ikun qed jinvesti żewġ miljun ewro biex żgħażagħ inattivi jew qed ifittxu xogħol jidħlu fid- dinja tax-xogħol jew tal-istudju. Inizjattivi oħra li qed jieħu l-Gvern huma, l-iskema biex mir-reġistru tal-qgħad tidħol fid-dinja tax-xogħol, l-iskema tal-apprentistat, l-iskema biex nisa ta' 'l fuq minn 40 sena jidħlu jaħdmu, l-introduzzjoni taċ-ċentri għal ħarsien tat-tfal b'xejn, tnaqqis fit-taxxa għal min jaħdem part time u tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. Dan apparti l-ġlieda bla waqfien kontra l-prekarjat għaliex dan il-Gvern jemmen f 'impjiegi ta' kwalità. Ix-xogħol li qed jagħmel il-Gvern fil-qasam tal-impjiegi qed jiġi rikonoxxut lokalment u internazzjonalment. Fi żmien li pajjiżna, skont Simon Busuttil, suppost li kellu jieħu bail out, rapport li sar mill-Kummissjoni Ewropea kkonkluda li l-ekonomija tagħna hija pożittiva. L-istess winter forecast tal-KE kkonkludiet li pajjiżna huwa l-aktar pajjiż li qed joħloq xogħol, li għandna fost l-inqas rata ta' qgħad, li ninsabu fost l-aktar għaxar pajjiżi tal-UE li għandu l-akbar rata ta' tkabbir ekonomiku filwaqt li r-rata tad- defiċit tinsab taħt kontroll. Rapport ieħor li sar dwar pajjiżna huwa dak ta' Fitch li bidlu l-opinjoni tagħhom fuq pajjiżna fejn qalu li t-tkabbir ekonomiku f 'pajjiżna qabeż dak ta' pajjiżi oħra fiż-żona ewro u b'hekk aktar nies ser jidħlu fid- dinja tax-xogħol. Dan ir-rapport isegwi rapporti oħra li saru dwar pajjiżna tul din l-aħħar sena li lkoll taw ċertifikat pożittiv lil pajjiżna. L-istess rapporti jikkontradixxu l-kritika negattiva tal-Partit Nazzjonalista li fil-qasam tax-xogħol qed juri li la għandu kredibilità wisq anqas kredenzjali li jmexxi. Jekk kemm-il darba ningħata l-fiduċja mill-elettorat l-aspirazzjoni tiegħi hija li fil-Parlament Ewropew inkun ambaxxatur denju ta' pajjiżna biex regolamenti, direttivi u riżoluzzjonijiet li jgħaddu jimmasimizzaw il-benefiċċju li pajjiżna jista' jieħu mis-suq tax- xogħol biex b'hekk nipprovdu xogħol ta' kwalità għax b'hekk biss nassiguraw għixien ta' kwalità. Charlon Gouder huwa kandidat għall-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista Il-Punt Tagħlim minn lokalità jisimha Seveso ILLIĠI tal-Unjoni Ewropea, għall-kuntrarju ta' x'jippruvaw ibellgħulna ħafna nies, mhijiex biss burokrazija bla bżonn, jew tfassil tal-leġiżlazzjoni fil- vojt. L-abbozzar tad-Direttivi u r-Regolamenti Ewropej huwa mmotivat u għandu l-għeruq tiegħu fil-ħtieġa li ntejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej kollha kemm huma, fid-diversi setturi fejn l-UE għandha l-kompetenza. Ma hemmx eżempju aħjar mid-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti maġġuri, magħrufa aħjar bħala Seveso II. Ir-raġuni għaliex din id- Direttiva ngħatat dan l-isem partikolari, li ma tantx għandu bixra legalistika, hija waħda interessanti. Seveso hija lokalità fit-Tramuntana tal-Italja, li fl-1976 intlaqtet minn diżastru, wara li sploda impjant kimiku li kien jinsab qrib tagħha, u n-nies tal-lokalità sofrew konsegwenzi serji. Għalhekk meta ġiet abbozzata direttiva li tittratta l-prevenzjoni, il- prontezza u r-reazzjoni għal inċidenti kimiċi, mill-ewwel laqqmuha Seveso, għax kienet ippjanata li tħares proprju minn din it-tip ta' tbatija. Id-Direttiva tkopri azjendi fejn jintużaw jew jinħażnu kwantitajiet kbar ta' sustanzi perikolużi, inklużi dawk petrokimiċi. Il-Gvern ippropona li bastiment li jġorr il-gass u li jesa' iktar minn 140,000 metru kubu ta' gass naturali likwifikat se jkun ittrakkat fix-Xatt ta' Marsaxlokk. Dan għandu l-iskop li jservi bħala ħażna ta' provvista għall-impjant elettriku li jaħdem bil-gass likwifikat. Biex nifhmu aħjar il-kwantitajiet, il-140,000 metru kubu ta' gass isarrfu f 'aktar minn 3 miljun ċilindru tal-gass fuq bastiment ta' ħażna fuq il-baħar, f 'nofs ta' xatt attiv imdawwar bil-postijiet tax- xogħol, bl-iskejjel u bid-djar. Bilfors li r-residenti tal-inħawi ta' Marsaxlokk, Birżebbuġa u ż-Żejtun, kif ukoll tal-inħawi li jmissu magħhom, ikunu mħassbin dwar is-sigurtà tagħhom, u huma konxji mir- riskji li qed jitgħabbew fuq il-komunitajiet tagħhom b'mod irraġonevoli. Il-Gvern ma stabbilixxa l-ebda dispożizzjoni biex jagħti garanzija ta' distanza sigura miż-żoni residenzjali, u lanqas biex jaħseb għal żona ta' sigurtà madwar dan iċ-ċilindru ġgantesk tal-gass jgħum f 'wiċċ il-baħar. Għal kuntrarju ta' din l-imġiba, dawk responsabbli għal proġetti simili fi stati membri oħra tal-UE, bħal dawk qrib il-portijiet Taljani ta' Livorno u Ancona, taw prijorità għal kwistjonijiet ta' sigurtà, u indirizzaw it- tħassib leġittimu tar-residenti billi d-depow tqiegħed 'il bogħod biżżejjed minnhom, u madwar il-bastiment inħolqu żoni ta' sigurtà kif suppost. F'Marsaxlokk ma twettqet l-ebda stima tar- riskju marittimu u saret biss stima preliminari tar-Riskju Kwantitattiv. Dan huwa litteralment każ li qed tilgħab b'ħajjet in-nies. Id-diskors retoriku tas-soltu bbażat fuq attakki personali, u li ndoqqu l-istess diska skaduta ta' 'għax kontra l-Gvern' jew 'biex ibeżżgħuna bil-babaw' ma jreġix. In-nies huma nkwetati, u għandhom għalfejn jinkwetaw. Kollha kemm aħna xbajna naraw ċirkostanzi fejn dawk li kienu qed iwissu diżastri imminenti potenzjali jingħataw il-ġenb biex isir gwadan immedjat, u għall-interessi partikolari. Jekk xi ħaġa tmur ħażina, min jista' qatt jerfa' r-responsabbiltà ta' xi jkollha tħallas verament is- soċjetà tagħna? Għadni ma smajtx argument wieħed raġjonevoli biex nifhem x'fiha daqshekk bi kbir biex tressaq il-bastiment ta' ħażna 'l barra mix-xatt u tpoġġih f 'distanza sigura. Li tinjora r-riskju potenzjali; dik hi xi ħaġa bi kbira. Dan ma għandu x'jaqsam assolutament xejn mal-enerġija bil-gass u ma' arja aktar nadifa jew mal- kontijiet tal-elettriku orħos. Qed nitkellmu dwar il-ħajjiet, l-impjieg u s-saħħa tan-nies. Jien m'iniex lesta li niċħad dmiri li nipproteġi l-interessi veri tal-Maltin u l-Għawdxin, u li noqgħod inħares waqt li jittieħdu riskji bla bżonn biex niffrankaw farka minn kemm jiswa l-proġett, li xorta se jagħmel tajjeb għalih il-konsumatur, a spejjeż tas- serħan il-moħħ tan-nies. Abbażi ta' dan it-tħassib qed immexxi petizzjoni, iffirmata wkoll mill-kollegi tiegħi li ħerġin għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew mal-PN, kif ukoll minn uffiċjali u Membri Parlamentari mill- Partit. Din il-petizzjoni tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex fid-dawl tad-Direttiva Seveso II, tinvestiga r-riskji li qed ikun espost għalihom il-pubbliku meta jkollok din il-bomba potenzjali f 'wiċċ l-ilma f 'nofs ix-Xatt ta' Marsaxlokk. Bħala l-MEP Malti fuq il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal- Parlament Ewropew, ma stajtx nagħmel mod ieħor. Bħala ċittadini milquta, inħeġġiġkom li tagħmlu l-istess u tiffirmaw il-petizzjoni hawnhekk – http://www. ipetitions.com/petition/ Petition-on-Marsaxlokk-Gas- Storage-Unit. Ma nistgħux nieħdu r-riskju li nistennew li xi ħadd ixengel rasu u jammetti li l-affarijiet setgħu saru aħjar u li d-darba li jmiss se jagħti widen. F'dan ix-xenarju, it-tagħlima li l-futur jaf jagħtina, mhijiex għażla. Roberta Metsola hija kandidata għall-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista Xogħol. Xogħol. Xogħol. CHARLON GOUDER ROBERTA METSOLA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014