Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 15 kandidata sostniet li jekk hi esaġerat dwar il-ħażna tal-gass, allura esaġeraw l-esperti mqabbda mill- Enemalta u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għaliex dak li qalet hi qiegħed f 'dawn ir-rapporti. Comodini Cachia qalet li l-ebda wieħed minn dawn ir-rapporti ma jagħti garanzija ta' sigurtà lir-residenti u saħansitra lanqas garanzija ta' kontinwità ta' elettriku f 'każ ta' inċident. Dak li jgħidu, sostniet l-avukata, huwa li jipprovaw inaqqsu r-riskju ta' inċident. "Jien għixt f 'Birżebbuġa u l-insinwazzjoni li ma ħax ħsiebek ta' qabel allura issa oqgħod għal kollox ma tikkonvinċiniex. Jien nissielet għall-aħjar u mhux b'kemm kapaċi nraqqu l-pannu." Hi kompliet tgħid li kif saret taf li l-gvern kien biddel il-proġett sabiex jirdoppja l-ħażna tal-gass jitfa' din il-ħażna fuq tanker ankrat fil-bajja ta' Marsaxlokk, mal-ewwel xtarret ir- rapporti tal-esperti u tkellmet ma' xi residenti, sajjieda, sidien tal-ħwienet u sidien ta' proprjetà. Comodini Cachia qalet li fehmet lin-nies kienu mħassba u riedu risposti dwar pereżempju: għalfejn ir-riskju kien se jintefa' wara biebhom; għalfejn kien ġie skartat li l-ħażna tinżamm barra l-port ta' Marsaxlokk; għalfejn tbiddel il-proġett; jekk humiex se jiġu affettwati s-sajjieda u l-Port Ħieles. Hi sostniet li ma sabitx dawn ir- risposti fir-rapporti ppubblikati għaliex dawn il-mistoqsijiet ma ġewx studjati. Għalhekk sejħet konferenza stampa u tkellimt fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir u talbet li l-mistoqsijiet tar-residenti jingħataw risposta. "Minflok sibt proċess fejn l-informazzjoni ma kinitx qed tiġi ppubblikata, sibt gvern li m'huwiex lest jirrispondi dawn it-tħassib tan-nies. Kont naf li se jkolli minn jgħidli li ħafna mir-residenti ma vvutawx lill-PN, iżda fejn hemm tħassib sinċier, ma hemmx aħmar u blu, hemm persuni. Għaldaqstant, ħassejtni responsabbli li kemm jista' jkun nagħti leħen lir-residenti sabiex id-drittijiet tagħhom ma jitnaqqrux." Bħala persuna intiża fid-drittijiet umani, Comodini Cachia qalet li mill-qasam tad-drittijiet umani tgħallmet li aktar milli s-suġġett jew il-qasam li tkun qed taħdem fuqu, huwa ferm importanti li tfassal il- politika, leġislazzjoni jew miżura biss wara li tkun fhimt ir-realtà soċjali ta' dawk li l-ħidma tiegħek se taffettwa. "Huwa minnu li hemm oqsma li huma partikolarment għal qalbi, bħal ġustizzja, edukazzjoni, saħħa u żvilupp; hekk kif hemm kwistjonijiet li nixtieq nindirizza bħal il-qagħda ta' gruppi vulnerabbli fosthom tfal, anzjani u pazjenti." Kwistjonijiet oħra, kompliet Comodini Cachia, jinkludu l-immigrazzjoni u kif nassiguraw it- tkattir tax-xogħol. Però d-differenza bejn il-kandidati, skont il-kandidata tal-PN, mhuwiex daqstant il- kwistjonijiet iżda kif se jaħdmu. "Jien naħdem hekk kif dejjem għamilt: nisma' u nagħraf ir- realtà tan-nies, id-diffikultajiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom, infassal u nikkonvinċi lil MEPs oħra li dak li huwa ta' ġid għal dawk li jgħixu f 'Malta huwa ta' ġid ukoll għal dawk li jgħixu f 'pajjiżi Ewropej oħra." Dwar il-fatt li minkejja l-għajta tal- Partit Laburista li jkun l-aktar Gvern femminista fl-istorja ta' pajjiżna, għandna rata baxxa ta' nisa maħtura fuq bordijiet tal-Gvern, Comodini Cachia wieġbet hekk: "Kliem iva, fatti xejn." Staqsejtha jekk taqbilx mal- adozzjoni ta' tfal għall-koppji tal-istess sess u hi kienet pronta twieġeb: "Jien naqbel li kull tifel u tifla għandhom dritt li jittrabbew f 'għożża u mħabba u nistrieħ fuq il-kapaċità ta' dawk is-social workers u professjonisti oħra maħtura sabiex isegwu l-proċess ta' adozzjoni biex jiddeterminaw jekk huwiex fl-aħjar interess li tifel jew tifla titqiegħed f 'familja jew oħra." Madankollu, Comodini Cachia saħqet li għad trid tara dibattitu serju fuq it-tfal u d-drittijiet tagħhom. Hi għamlet referenza għas-sitwazzjoni ta' tfal li qegħdin f 'ċirkostanzi ta' abbuż, fejn jiġu mċaħħda minn edukazzjoni u mit-tfulija. Fuq il-meritokrazija tal-Gvern Laburista, Comodini Cachia wieġbet b'ton kemxejn ironiku u qalet li kellha tmur tfittex it-tifsira ta' meritokrazija fid-dizzjunarju biex tara jekk hux kif tafha hi jew kif jafha dan il-gvern. Il-Kandidata tal-PN ċaħdet li l-iskema ta' bejgħ taċ-ċittadinanza tista' tagħti spinta lill-ekonomija Maltija. "Ma nemminx li ħlas ta' darba sabiex takkwista ċ-ċittadinanza tissarraf fi spinta lill-ekonomija jew xi ġid għall-iżvilupp soċjali." Hi qalet li spinta lill-ekonomija tingħata meta barranin jagħżlu lil pajjiżna sabiex jiftħu fabbrika, negozju jew biex iwettqu proġett ta' riċerka u jħaddmu lill-Maltin, iħallsu t-taxxi hawn u jħallu l-flus fil-ħwienet Maltin u Għawdxin. Staqsejtha x'taħseb dwar il-kritika ta' wħud li Brussell huwa gravy train (fejn jiddaħħlu l-flus imma ma jsirx xi xogħol ta' barra minn hawn), hi mill-ewwel wieġbet: "għal min imur Brussell biss għat-titlu ta' MEP iva." Hi spjegat kif għaliha jekk tingħata r-responsabbiltà ta' MEP, din tkun titlob mingħandha ħidma qawwija li trid twettaqha b'enerġija, dedikazzjoni u sinċerità. Ħidma li tirrekjedi ħafna xogħol u attenzjoni. Comodini Cachia qalet li l-istil ta' ħidma tagħha dejjem kien li tkun man-nies sabiex tagħraf tinfluwenza l-ħidma ta' xi awtorità u sabiex iġġiegħel lil dik l-awtorità twieġeb għal għemilha. "Hekk se nibqa' fl-Ewropa. Nagħraf min se jintlaqat b'miżura tal-UE u ninfluwenza t-tfassil ta' dawk il-miżuri. Minn naħa l-oħra, nagħraf fejn l-Unjoni Ewropea tista' tgħin u nwassal il-kwistjoni għad- diskussjoni u azzjoni fl-UE." Comodini Cachia ma tarax l-immigrazzjoni bħala theddida iżda bħala sfida. Dak li jrid jiġi indirizzat hija l-irregolarità tagħha. Immigrant irregolari jiġi mhux biss mill-Afrika, mhux biss bid-dgħajsa u mhumiex biss dawk ta' ġilda skura jew ta' reliġjon ieħor. Hi sostniet li jridu jsiru miżuri kemm lokali, fuq livell Ewropew u anke internazzjonali. "Sakemm dawn it-tliet livelli jibqgħu maqtugħa minn xulxin u mhux f 'sinkronija allura se nibqgħu niffaċċjaw din l-isfida." Il-Kandidatat Nazzjonalista qalet li ħaġa tajba fil-Partit Laburista huwa li juża marketing skills tajbin biex iwassal il-messaġġ li jagħżel hu lin- nies. Dwar il-każ ta' John Dalli, Comodini Cachia qalet li mhuwiex id-dmir tagħha li tgħaddi ġudizzju fuq il-każ li qajmet il-Kummissjoni Ewropea kontrieh. Dak inħallih f 'idejn il-Kummissjoni, il- Kummissarju tal-Pulizija u l-qrati. Staqsejtha x'taħseb dwar is- sitwazzjoni tal-PBS bħalissa u hi enfasizzat li r-rwol tax-xandir nazzjonali u anke dak tal-awtorità tax-xandir għandu jiġi rivedut, hekk kif għandu jiġi rivedut il-mod ta' kif jaħsbu fuq ir-rwol ta' dawn iż-żewġ entitajiet il-politiċi stess. "Se naħdem b'enerġija, dedikazzjoni u sinċerità" "Lesta li nagħti kontribut għal soċjetà aktar ġusta" "Ma narax l-immigrazzjoni bħala theddida iżda bħala sfida" "Ħlas ta' darba sabiex takkwista ċ-ċittadinanza ma tagħtix spinta lill- ekonomija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014