Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 | illum 17 L-għaref u l-ħelu Bezzina Dil-ġimgħa meta l-Parlament iddiskuta l-proġett tal-power station tal-gass, membri fuq in-naħa tal-Oppożizzoni tilfu l-paċenzja. Ir-rabja li dawn kellhom ħarġet fil-beraħ. Kienet ċara li ma jistgħux iniżżlu l-fatt li l-gvern qed iwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni, f 'qasam fejn l-aħħar gvern Nazzjonalista kellu biss falliment wieħed wara l-ieħor. Sena wara l-elezzjoni qed jirriżulta li l-kontijiet setgħu jorħsu u li pajjiżna seta' jkollu power station li ma tniġġisx u li taħdem bil-gass. Bil-kontra ta' dak li kien jintqal mill-Partit Nazzjonalista. Spikkat ir- rabja tad-deputat il-Perit Toni Bezzina. Bezzina tilifha. Bezzina apparti li hu l-iktar wieħed gustuż wera r-rabja tiegħu lejn Michael Farrugia. Kellhom ikunu sħabu stess li kkalmawh. Ikun ħafna aħjar jekk Bezzina jgħid fejn kien bejn l-2008 u l-2013 meta x-Xlukkajri ngħataw bħala rigal mingħand GonziPN, power station taħdem bil- heavy fuel oil. Bejnietna hawn xi ħadd li jista' jgħidli għand liema beauty therapist Toni jmur. Minn jirrispondi jingħata vidjow b'xejn ta' Godzilla. Markus Antonios Falzon Mela ċ-ċermen tal-Ornis li bierek il-ftuħ tal-kaċċa fir-rebbiegħa ser jagħmel lekċer fuq il-kaċċa. Morru tafux u staqsuh fuq liema argument xjentifiku jaqbel li tinfetaħ il-kaċċa fir-rebbiegħa. Tantx tirrabjawh għax jibda jxengel rasu. Roderiko tal-annimali Sewwa qalulu lil Roderick Galdes, il-bravu segretarju parlamentari. Jekk hu responsabbli mill-benesseri tal-annimali mela għaliex favur il-kaċċa? Ir-risposta, minħabba l-kostitwenza. Lil Roderiku ngħidulu kompli, għax dejjem impressjonajtna. Viva l-kaċċa, viva l-bdabad, viva Roderiku! Pinne u Reno Tal-Pinne jridu jaqbdu ma' Reno Bugeja, qalu li fuq il-programm ta' Dissett kien hemm tnejn kontra wieħed. U ejja għax issa ser nisbel. Pawlu Cardona u Alfred Vella mhumiex bċieċen, huma esperti u bħalissa esperti tkellmu kif jafu l-affarijiet. Xmun u Beppe qed jippruvaw jiddiskreditaw lil Reno, għalfejn ma għamlux l-istess meta kien hemm dak il-gustuż Luigi Bondi l-pinnur tas-seklu. Ma nistax nifhem għalfejn ma jaqbdux ma' Anton Attard, mhux hu jmexxi! Rachel 'the tormentor' U la darba, qed nitkellmu fuq Luigi Bondi qed nieħu pjaċir li l-partner tiegħu, is-sinjura Rachel saret editur tal-aħbarjiet f 'dik il-gazzetta li tiġi pprintjata f 'stamperija illegali. Smajt li s-sinjura Rachel mistagħġba kemm hi stretta mal-ħaddiema flimkien ma' dak sormu kbir Pierinu tal-pastizzi. Hekk għandu jkun, tihom, sawwathom dawk il-klieb ta' ġurnalisti. Anzi jekk hu possibbli tihom bis-sieq 'the Joe Said way'. Prosit tassew Mela Kevin Plumpton jew pumpkin għamel ritratt fuq Facebook u għamel caption, "the past, the present and the future." Naħseb li aħjar kiteb "il- pastizz, il-papru u l-qargħa ħamra." Ole. Charlon u t-trumbun Jien verament qed nieħu pjaċir bil-kampanja tajba u intelliġenti ta' Charlon, il-Ħamis kont il-Medasia, dak il-post fejn l-iktar oġġett sabiħ hu l-warrani ta' xi wħud. Charlon għandu għajnuna tassew sabiħa fil-forma ta' Ramona Attard l-uffiċjal tal-istampa tal-Ministru li darba kien Nazzjonalist ippatentjat u issa sar bħal Chief of staff tiegħu Lejburist aħdar. Insomma konna qabda nies fil- kampanja. Imma għandi lment ta' vera, għalfejn ix-xorb b'xejn sad-9.30pm biss? Ara vera qammiel! Mhux bħal sieħbu Jason li wara għaxar snin telqu u issa (Jason) qed jinfexx fl- ammarettu u fil-kumpanija ta' Alfred Sant li x-xarba favorita tiegħu hija l-ħalib tal-mogħża. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ …

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014