Illum previous editions

illum 23 March 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/281884

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 23 ta' Marzu 2014 Il-CABS u l-BirdLife jgħidu li l-Pulizija huma laxki ILKUMITAT kontra l-Moħqrija tal-Għasafar u l-BirdLife ilmentaw li l-Pulizija ta' Malta qegħdin ikunu laxki biex jinfurzaw il-Liġijiet kontra n-nassaba li jabbużaw b'mod illegali minn dan id-delizzju tagħhom. Diversi għasafar, fosthom dawk tal-għana, huma protetti taħt il-Liġijiet ta' Malta u tal-Unjoni Ewropea, imma minkejja dan kollu, il-ħdura li għandna f 'Malta qiegħda tkun ikkapparrata minn mijiet ta' nassaba. Iż-żewġ organizzazzjonijiet ikkritikaw in-nuqqas tal- preżenza tal-Pulizija f 'dawn l-għelieqi fejn insibu l-aktar ħdura biex inkunu ċerti li kulħadd qiegħed jimxi mal- Liġijiet ta' Malta. Fl-aħħar tmint ijiem, tim ta' sorveljenza tal-CABS u l-BirdLife, osservaw u ħadu l-filmati ta' mill-inqas 15-il nassab fl-azzjoni, iżda r-rapporti li saru lill- Pulizija sfaw inutli. Dawn is-sorveljanzi saru f 'Għawdex, fil-Miġra l-Ferħa, f 'Fomm ir-Riħ, Ħad-Dingli, Ta' Baldu, Ħal-Far u f 'Delimara. "Is-sitwazzjoni qiegħda ħażina daqs kemm kienet ħames snin ilu meta l-insib kien sar parti mill- arranġamenti li kellha Malta li kienu jaqgħu taħt id-direttiva tal-Birds' Directive. L-insib jista' jiġi osservat f 'ħafna postijiet f 'pajjiżna. Milli jidher il-Liġi mhux tiġi nfurzata f 'dan ir-rigward u n-nassaba mhuma mbeżża' xejn mill- Pulizija," stqarr Nicholas Barbara, Maniġer ta' BirdLife Malta. Uffiċjali tal-ALE, irnexxielhom jaqbdu żewġ nassaba filwaqt li aktar minn 13 ħarbu u abbandunaw il-post li kienu fih sakemm waslu l-Pulizija. Il-Pulizija irnexxielhom jaslu fuq il-post indikat lilhom f 'inqas minn 55 minuta f 'okkażjoni waħda biss filwaqt li uffiċjali tal-ALE dejjem ħadu madwar siegħa sakemm waslu fuq il-post. Fil-postijiet tan-nassaba indikati lill-Pulizija, l-uffiċjali rnexxilhom jikkonfiskaw mal-għaxar xbieki u ħelsu aktar minn 20 għasfur li kienu fil-gaġeġ. Il-CABS u l-BirdLife Malta faħħru l-uffiċjali involuti f 'dawn il-konfiskazzjonijiet iżda qalu li minkejja dan kollu jħossu li l-Liġi mhux qiegħda tiġi nfurzata kif suppost minn dan l-aspett. "In-nies tagħna raw b'għajnejhom mill-inqas ħames każi fejn il-Pulizija jew ma kkonfiskawx ix-xbieki illegali jew ħallew lin-nassaba jitilqu minn fuq il-post wara li nqabdu fil-fatt jiksru l-Liġi," qal Axel Hirschfeld, il-CABS Operations Officer. Hirschfeld kompla qal li bħala Għaqda kienu talbu lill- Kummisarju tal-Pulizija biex jispjega għalfejn il-Pulizija qegħdin jonqsu li jinfurzaw il-Liġi kif suppost iżda s'issa għadhom mingħajr risposta. "Jidher li l-Liġi mhux tiġi nfurzata u n-nassaba mhumiex imbeżża' mill- Pulizija" L-Iżvilupp tal-potenzjal tal-Park tal-Familja: opportunitajiet għall-familji u n-negozji Maltin JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IDDEĊIŻJONI meħudha mill-Gvern sabiex fil- ġranet li ġejjin tinħareġ espressjoni ta' interess għall-iżvilupp tal-potenzjal tal-Park tal-Familja, hija waħda strateġika. Dan qalu l-Ministru Leo Brincat, Ministru responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-tibdil fil- Klima. Din l-espressjoni ta' interess saret bl-iskop ewlieni li jinħolqu opportunitajiet akbar ta' divertiment u żvog għall- familji Maltin li jżuruh, kif ukoll sabiex jingħata spazju u nifs akbar għal inizjattivi ġodda fil-qasam tal-kummerċ f 'pajjiżna. Il-Ministru qal li din sejra tkun espressjoni ta' interess b'differenza. Dan għaliex minflok tkun intiża biss biex toffri opportunitajiet ġodda għal min jixtieq jieħu sehem kummerċjalment fl-iżvilupp ta' dan il-park, għandha għan ewlieni ieħor. L-għan hu li din l-espressjoni ta' interess tinkoraġixxi intraprendituri u nies fin-negozju b'ideat friski, ġodda u innovattivi biex jersqu 'l quddiem sabiex permezz ta' proċess trasparenti jkunu jistgħu saħansitra jipproponu ideat ġodda u innovattivi, b'żieda ma' dawk l-attivitajiet eżistenti li sejrin jiġu identifikati fl- espressjoni ta' interess stess. Jekk dawn l-ideat ġodda jkunu milqugħa minn tim ta' aġġudikazzjoni fil-Ministeru, dawn ikunu inklużi wkoll fil-proċess tas-sejħa tal-offerti li tinħareġ aktar tard din is- sena. Il-Ministru Brincat sostna li kollox sejjer isir bi trasparenza sħiħa ħalli ħadd ma jingħata l-ġenb, u kulħadd ikollu opportunità ndaqs li jressaq 'il quddiem il-proposti tiegħu. Dan sakemm min jagħmel dan ikun serju u mpenjat bis-sħiħ li jtejjeb il- prodott jew is-servizzi offruti liċ-ċittadini li jżuru dan il-park. Il-Ministru fisser kif dan huwa mudell li tħaddem diġà b'tant suċċess f 'għadd ta' pajjiżi oħrajn Ewropej kemm qrib tagħna kif ukoll fit- Tramuntana tal-Ewropa. Intant, kelliem għall- ministeru responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-tibdil fil-Klima qal lir-responsabbiltà aħħarija tal-Family Park sejra tibqa' tal-Gvern Malti. Filwaqt li l-flus iġġenerati sejrin imorru għall-iżvilupp tal-park innifsu. Sadanittant l-aċċess għall- park sejjer jibqa' wieħed bla ħlas. Inklużi dawk iż-żoni li sejrin jiġu kkummerċjalizzati. Ovvjament ħlief għall- aċċess għas-servizzi ġodda li sejrin jiġu introdotti u pprovduti mis-sieħba l-ġodda kummerċjali. Wieħed anke jikkonsidra faċilitajiet sportivi. Tabilħaqq jidher li fil-madwar jeħtieġu faċilitajiet sportivi akbar. Fost iż-żoni li ser jiġu proposti għall- kummerċjalizzazzjoni tal- park hemm l-istalel, ir-rock climbing area, ir-ristorant u tea rooms, iż-żona madwar il- kappella, iż-żona għar-razzett bħala ż-żona tal-annimali, l-amfiteatru u l-pillbox, iż- żona miftuħa għall-attivitajiet fil-beraħ u l-agricentre. Il-Ministru Brincat qal li l-Gvern ilu jistudja dwar dan il-kunċett ġdid u innovattiv għal xi żmien, iżda ħass li ma kienx ikun jagħmel sens li dan isir qabel ma biss jiġi żgurat l-aċċess għal persuni bi bżonnijiet speċjali kif ukoll li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tas- saħħa u s-sigurtà għal post. L-espressjoni ta' interess se toħroġ nhar it-30 ta' Marzu u t-tagħrif u l-formoli meħtieġa jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal- Ministeru, fi Triq Ħal-Qormi, Santa Venera. L-għan hu li din l-espressjoni ta' interess tinkoraġixxi intraprendituri u nies fin-negozju b'ideat friski, ġodda u innovattivi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 March 2014