Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 30 ta' Marzu 2014 'Il fuq minn 44,000 jitolbu referendum abrogattiv ILKOALIZZJONI għall- Abolizzjoni tal-Kaċċa fir- rebbiegħa assigurat li mhix kontra l-abolizzjoni totali tal-kaċċa matul is-sena, iżda sempliċiment kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Din il-ġimgħa l-Koalizzjoni ssottomettiet il-petizzjoni li fih qed issejjaħ referendum abrogattiv, iffirmati minn 44,000 persuna. Il- Koalizzjoni kkonfermat li 40,351 ta' dawn jidhru fuq ir-reġistru elettorali. Il-firem jirrappreżentaw 10% tal-votanti li isimhom jidher fir-reġistru elettorali kif meħtieġ mil-liġi sabiex isir referendum. "Din il-petizzjoni hija dwar il-protezzjoni tal-għasafar u li jingħata d-dritt liċ- ċittadin sabiex dan jaċċessa l-kampanja tagħna. F'kull elezzjoni ġenerali jkollna lill-kaċċaturi jisħqu fuq il-partiti politiċi li jekk ma jeħdux il-privileġġi tagħhom, dawn ma jagħtuhomx il-vot tagħhom," qal Christian Debono, il- kelliem għall-Koalizzjoni. Debono qal li l-maġġoranza tal-Maltin huma kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa, dan hu kkorroborat mill-istħarriġ pubbliku: "Il-Maltin iridu jgawdu r-rebbiegħa fil- kampanja u jaraw l-għasafar jemigraw fuq il-pajjiż sabiħ tagħna," qal il-kelliem għall- Koalizzjoni. Debono żied jgħid li l-firmatarji tal-petizzjoni jemmnu li ftehim sigriet, li kemm-il darba jintlaħaq bejn il-kaċċaturi u gvernijiet suċċessivi sabiex dawn jingħataw aktar privileġġi, mhuwiex il-mod kif titħaddem id-demokrazija. Il-Kummissjoni Elettorali se tivverifika l-firem ta' din il-petizzjoni u tibda l-proċess li jwassal għal referendum. Id-dokumentazzjoni mbagħad tiġi ppreżentata fil-Qorti Kostituzzjonali sabiex iseħħ smigħ pubbliku xieraq fejn jinstemgħu l-oġġezzjonijiet kontra r-referendum u l-argumenti ta' dawk li huma favur dan ir-referendum. B'reazzjoni għas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, li talab għall- għaqda bejn il-kaċċaturi u l-ambjentalisti, id-direttur eżekuttiv tal-BirdLife, Steve Micklewright, qal li BirdLife Malta kienet lesta sabiex taħdem flimkien fejn hemm bażi komuni – speċjalment dwar il-kaċċa illegali. "Huwa ovvju li m'hemmx bażi komuni dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa għaliex aħna kontriha," żied jgħid Micklewright. Hu kompla jgħid li l-koalizzjoni mhix kontra l-abolizzjoni totali tal-kaċċa, xi ħaġa li effettivament ma tistax tiġri: "Ma rridux inneħħu kompletament il-kaċċa, imma l-kaċċa fir-rebbiegħa li hi ta' ħsara kbira." 40,351 minn 44,000 li ffirmaw il-petizzjoni jidhru fuq ir-reġistru elettorali Ikompli minn paġna 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014