Illum previous editions

ILLUM 30 MARCH 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/286278

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

KIENET ġurnata mimlija sorpriżi. Ġurnata li bdiet bl-aħbar klamoruża meta Godfrey Farrugia l-Ministru tas-Saħħa tefa' r-riżenja tiegħu permezz ta' ittra li ħalla hu personalment Kastilja. U wara messaġġi permezz ta' SMS bejn il- Prim Ministru u Farrugia. Avveniment li l-aħħar li rajna bħalu kien fl-2008 meta Lawrence Gonzi kien bagħat SMS lil żewġ deputati biex jgħidilhom li ma għadhomx deputati. L-ittra ta' riżenja spiċċat fuq il-profil ta' Facebook ta' Marlene Farrugia s-sieħba ta' Farrugia (ara paġna 5). Dak il-ħin Muscat kien qiegħed il-Girgenti f 'laqgħa li kienet ilha maħsuba. Laqgħa li kellha tikkonkludi l-għażliet fil-kabinett. Bid-deċiżjoni impulsiva ta' Farrugia, l-Prim Ministru ddeċieda li jħabbar il-kabinett u jibda jgħajjat il-kabinett il-ġdid. Id-deċiżjoni ta' Muscat huwa bbażat fuq il-prinċipju li ħadd ma jitħalla barra u infatti ħadd ma tilef postu. L-iktar deċiżjonijiet sorprendenti hija ta' Konrad Mizzi, li ma' l-enerġija żdiedlu s-saħħa. Mizzi huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar ministru bieżel u enerġetiċi. Mizzi ser jkollu 'super ministry.' Ukoll sorpiża l-politiku ngħata rigal għall-Brussell fejn ser ikun il-kummissarju. Karmenu Vella aktarx ikun f 'kumpanija tajba fi Brussell, b'mod speċjali jekk Miriam Dalli tiġi eletta fil-parlament. Dalli hija miżżewġa lit-tifel ta' Vella. Ministri ġodda huma Owen Bonnici, responsabbli mill-Ġustizzja u Kultura, Edward Zammit Lewis Ministru responsabbli mit-turiżmu u Michael Farrugia responsabbli mill- politika soċjali. Uċuħ ġodda ser ikunu Chris Fearne segretarju parlamentari għas-saħħa, Michael Falzon segretarju parlamentari għall-ippjanar u Justyne Caruana segretarju parlamentari għall-anzjani. 0.90 30 ta' Marzu 2014 • Nr 389 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 5 -2 0 TA ' A P R I L 2 0 1 4 G H A W D E X F I D I U T R A D I Z Z J O N I MINISTERU GHAL GHAWDEX M E R H B A F ' G H A W D E X F ' D A W N I L- J I E M TA ' T I F K I R A Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com jew ċempel fuq 22915452/3 Ara paġna 6 u 7 Ara l-paġna ta' wara RESHUFFLE 'Kicked upstairs' għal Karmenu Vella Tinsewx tmexxu l-arloġġ siegħa 'l quddiem Qtil ta' aktar minn 36 sena ilu Referendum Kaċċa Mizzi tiżdiedlu s-saħħa u Vella għall-Kummissarju Ara rapport sħiħ f'paġni 2,3,4 John Pisani Promozzjoni għal Konrad Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 MARCH 2014