Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
2 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 18˚Ċ L-INQAS 12˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderat fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Majjistral forza 5 li jsir forza 5 għal 6 u jdur mill-Majjistral it-Tramuntana forza 4 mal-lejl BAĦAR: Qawwi IMBATT: Baxx mill-Majjistral Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 20˚Ċ L-INQAS 13˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 4 li jsir Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat IMBATT: Baxx mill-Majjistral SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 62 26 5 19 63 15 38 43 FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Prim Ministru Dr Joseph Muscat Sena minn meta rebaħ l-elezzjoni ġenerali, l-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab riesaq lejn l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għal ħafna nies se tkun l-ewwel opportunità biex jesprimu s-sodisfazzjon jew delużjoni tagħhom fit-tmexxija tiegħu. Filwaqt li ħafna jemmnu fl-istil ta' tmexxija li qed juża, għal oħrajn l-għajta ta' Malta Tagħna Lkoll u l-wegħda tal-meritokrazija baqgħu fuq l-ixkaffa. Il-bidla fil-kabinett kienet ilha tissemma u kienet anke tinħass bħala bżonjuża f 'ċerta Ministeri u Segretarji Parlamentari. Nistennew u naraw jekk it-tim il-ġdid ta' Muscat hux se jkun aħjar jew agħar fix- xhur li ġejjin. Deputat Prim Ministru, Ministru għall- Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal- Manifest Elettorali - Louis Grech Żamm postu fil-kabinett għalkemm fil-bidu tal- leġiżlatura kien hemm min iddubita kemm se jirnexxilu jaħdem minħabba saħħtu. Louis Grech hu negozjatur tajjeb mal-Unjoni Ewropea u jaf minn fejn u kif għandu jgħaddi, b'hekk hu pedina tajba għal Prim Ministru. Fejn jidħol it-twettiq tal- manifest elettorali dan jidher li miexi 'l quddiem ukoll. Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej - Dr Ian Borg Għadu żagħżugħ u jidher li qed jistinka sabiex fondi Ewropej li kienu waslu biex jintilfu minħabba t-tkaxkir tas-saqajn mill- amministrazzjoni preċedenti ġew salvati. Ian Borg però għadu lura fl-esperjenza fil-mezzi tax-xandir u meta tkellem fuq ir-radju jew deher fuq it-televiżjoni ħalla impressjoni ta' wieħed arroganti. Ministru għall-Affarijiet Barranin - Dr George Vella Wieħed mill-veterani fil-Partit Laburista u kien qed jissemma li seta' jkun hu wieħed mill-ismijiet nominati għal presidenza fi tmiem it-terminu presidenzjali ta' Dr George Abela. Igawdi ċerta ammont ta' rispett mil-Laburisti Mintoffjani. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol - Evarist Bartolo Il-Ministru Bartolo jidher impenjat sew sabiex iwettaq it-tibdiliet neċessarji fil- qasam edukattiv u jidher ukoll li qed jikkonsulta mal-partijiet konċernati u jagħti widen partikolari lill- għalliema. Fost l-affarijiet li qed jaħdem fuqhom il-Ministeru hemm it-tisbiħ tal-iskejjel. Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima - Leo Brincat Ministru konsistenti iżda jagħmel kollox b'pass kajman. Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - Roderick Galdes Roderick Galdes żamm postu bħala segretarju parlamentari. Hu meqjus bħala bniedem li jdum ħafna biex jieħu deċiżjoni u hu mdawwar b'nies li għandhom ċerta simpatija lejn il-kaċċa. Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura - Joe Mizzi Magħruf bħala bniedem bieżel u li ma jiddejjaqx jaffronta l-ebda problema. Spiċċa anke juża s-servizz tal-Arriva personalment biex jara b'għajnejh u jmiss b'idejh dak li kienu qed jilmentaw fuqu l-passiġġiera meta jużaw is-servizz tal- Arriva. Wasal biex finalment ikkonkluda l-kuntratt tal- Arriva u jinsab fi proċess biex jinstab operatur ieħor. Ministru għal Għawdex - Dr Anton Refalo Anton Refalo qed imexxi Ministeru li kuntrarjament għall-amministrazzjoni preċedenti, tneħħielu l-qasam tas-saħħa minn taħt idejh. Deċiżjoni li wasslet sabiex isir titjib sostanzjali fl-isptar ġenerali t'Għawdex. Fost l-aktar aħbarijiet riċenti hemm l-għidut li l-Ministeru ta' Anton Refalo għażel il-ħaddiema kollha tal-istabbiliment Lidl li fetaħ riċentament f 'Għawdex. Hemm ukoll bħalissa tixrid ta' ħsibijiet dwar kif ser jiżviluppaw aħjar l-aċċess bejn iż-żewġ gżejjer. Mina taħt il-baħar, pont jew żvilupp ta' mitjar huma fost l-ideat li qed jissemmew però sakemm tittieħed deċiżjoni aħħarija, Anton Refalo ħabbar li l-kumpanija Gozo Channel ser tintroduċi tariffi ġodda bi prezz ogħla li tippermetti passiġġiera jaqbżu l-kju! Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal- Konsumatur u Drittijiet Ċivili – Dr Helena Dalli Ministru li żammet postha fil-kabinett ta' Joseph Muscat hija propju Helena Dalli. Ministru li qed taħdem bis-sħiħ sabiex tmexxi 'l quddiem id-drittijiet ċivili mingħajr ma tħalli l-ebda influwenza morali jew xi twemmin reliġjuż inaqqas l-ugwaljanza bejn iċ- ċittadini Maltin. Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar - Dr Chris Cardona Il-Ministru Cardona hu meqjus bħala bniedem kapaċissimu u li jaħdem siegħat twal. Hu bniedem li jifhem in-negozju iżda għadu lura fejn tidħol ir- relazzjoni tiegħu mal-mezzi tax-xandir. Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali - Dr Emanuel Mallia Ministru li beda billi żar il-ħabs ta' Kordin għall- għarrieda u sab li wħud mill-gwardjani kienu abbandunaw posthom meta suppost kienu xogħol. Dehret bħala mossa tajba u li tawgura tajjeb iżda maż- żmien l-aħbar li Pulizija nbtagħtu jagħmlu xogħol ta' waiters bidlet l-opinjoni pubblika fuqu f 'kemm trodd salib. Hemm l-għażla tal- Kummissarju tal-Pulizija li l-Oppożizzjoni Nazzjonlista laqqmitu bħala l-pupazz tal-Ministru Mallia kif ukoll li qed ikollu ndħil f 'xogħlu anke miċ-Chief of Staff tiegħu Silvio Scerri. Hemm ukoll il-promozzjonijiet mgħaġġla li seħħew fit- tmexxija tal-armata. Manuel Mallia għandu wkoll taħt idejh ix-xandir nazzjonali li, sa qabel l-elezzjoni, kien qed ikun manipulat favur il-gvern Nazzjonalista minn ċertu preżentaturi u djar tal-produzzjoni u għalhekk, l-elettorat kien qed jistenna bidla fit-tmexxija liema bidla baqgħet ma seħħitx. Kien forsi għalhekk li numru kbir ta' nies kienu qed jantiċipaw li l-Ministru Manwel Mallia Min hu ġewwa u min hu barra! EMPIRE Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Valletta CHEMIMART International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun DRUGSHOP Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi MACKIE'S Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara DEBY'S Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, Msida KRYPTON Chemists, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema MEDICA Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan GROGNET Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta VILLAGE Pharmacy, Main Street, Mellieħa MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara ST. Anne Pharmacy, Triq il-Qalet, Marsascala ST. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq SAFI Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria LAURETANA Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem