Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Il-Knisja dwar l-eks żeffien tal-ballet "GĦALDAQSTANT m'hemmx lok li l-Knisja Kattolika tiddiżassoċja ruħha minnhom għaliex ma teżisti l-ebda assoċjazzjoni bejniethom." L-Erbgħa li għadda, Gordon Manchè għamel l-intenzjoni tiegħu pubblika li jekk il-liġi tal-Unjoni Ċivili tgħaddi mill- Parlament, se jkun qed jippreżenta l-firem biex isir referendum abrogattiv. Dan isegwi l-isforzi ta' gruppi oħra li ġabru firem biex isiru referenda skont l-aġenda tagħhom, fosthom dawk kontra l-kaċċa u dawk favur 'id-drittijiet tal- minoranza.' Mistoqsi jekk il-Kurja taqbilx mal-proposta ta' Manchè dwar referendum abrogattiv fuq l-unjoni ċivili, il-kelliem sostna li t-tagħlim tal-Knisja Kattolika fuq din it-tema hu magħruf diġà fl- istqarrijiet pubbliċi li għamlu l-isqfijiet. Mingħajr ma daħal fid-dettall dwar jekk il-kurja taqbilx jew le ma' referendum, hu qal li dan hu strument legali li f 'demokrazija juri dak li taqbel miegħu l-maġġoranza. "Imma l-ġid komuni mhux bilfors ikun determinat minn dak li tiddeċiedi l-maġġoranza," żied jgħid il-kelliem. Fl-aħħar ġimgħat, il- grupp 'River of Love' diġà kien fl-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir wara li pruvaw isejħu għal bojkott kontra produzzjoni teatrali 'Jiena Nħobb Inti Tħobb' li kienet tittratta din it-tema. F'diversi okkażjonijiet, Manchè – li emigra lejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti biex ikun żeffien professjonali tal-ballet - iddikjara li kien irnexxielu 'jfejjaq' persuni omossesswali u kkonvertihom lura għan- "normalità." Ikompli minn paġna 1 LIDL iżid il-kummerċ f 'Għawdex u mhux inaqqsu FREDERICK ATTARD "ILFTUĦ tal-Lidl fix- Xewkija żied il-kummerċ f 'Għawdex stess peress li l-Għawdxin m'għadx għandhom il-bżonn li jinżlu Malta," dan qalu s-sindku tax-Xewkija s-Sur Paul Azzopardi li spjega wkoll li l-istabbiliment ħoloq numru ta' mpjiegi għall-Għawdxin stess u dan ukoll hu fattur pożittiv. Il-katina ta' supermarkets Lidl, li ilha f 'Malta sa mill- 2008 b'sitt stabbilimenti li jinsabu f 'San Ġwann, Santa Venera, Ħal Qormi, Ħal Luqa, iż-Żejtun u Ħal Safi issa fetħet il-bibien tagħha anke f 'Għawdex. Sa minn meta fetħu l-ewwel stabbilimenti f 'Malta, il-konkorrenza tal- Maltin sabiex jakkwistaw prodotti Lidl, magħrufa għal prezzijiet imraħħsa, kienet fenomenali. Il-kumpanija tibgħat ġurnal kull ġimgħa fid-djar tal- Maltin, u issa anke Għawdxin, fejn tgħarrafhom bil-prodotti speċjali li jkunu se jaslu f 'pajjiżna l-ġimgħa ta' wara. B'hekk il-klijenti jkunu diġà jafu x'jappella għalihom. Il- prodotti jaslu Malta darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis. Il-prodotti jvarjaw minn ikel, xorb, inbejjed, spirti, ħwejjeġ, pjanti u anke għodda u oġġetti ta' tisbiħ għad-dar li lkoll jisparixxu mill-ħwienet fi ftit ħin minn meta jitfħu l-istabbilimenti. Il-kumpanija Lidl, bdiet fil-Ġermanja u issa tinsab fi 28 pajjiż, irreġistrat bejgħ ta' kważi €49 biljun u qed tippjana li tidħol fis-suq Amerikan mis-sena d-dieħla. B'kollox, il-Lidl timpjega 315,000 ruħ, kważi daqs il- popolazzjoni ta' Malta! L-eks żeffien tal-ballet, Gordon John Manchè