Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 35 Għandna ċans ukoll li nispiċċaw Champions tal-Ewwel Diviżjoni. Bid-diffikultajiet kollha li kellna dan ix-xogħol kollu sar fi żmien ta' tliet snin. Nhar is-Sibt 22 ta' Marzu kif ħadna d-draw ħassejt ferħ kbir ġewwa fija li qatt ma ħassejt fl-24 sena li ilni fil-klabb. Dik il-laqgħa ferriħija tal-partitarji meta wasalna l-klabb mhux se ninsiha malajr. Komplejna niċċelebraw flimkien mal-kumitat, staff u plejers b'mod eżemplari u ferrieħi. Ħdimna lkoll flimkien u ċċelebrajna flimkien bħala tim u mhux kulħadd għal rasu. Minn hawn nixtieq ngħid grazzi lil kulħadd! Erġajna ktibna paġna ġdida fl-istorja tal-klabb u meta għad baqa' ftit ġimgħat sabiex jagħlaq l-istaġun jidher li se nagħlqu l-kotba fuq nota pożittiva. Jekk ikollok tiddeskrivi dawn it-tliet snin kemm ilek fit-tmun tal-klabb bħala President, kif tiddeskrivihom? Kienu tliet snin ta' ħidma kontinwa fejn inħoss li l-klabb issa qiegħed fuq saqajn sodi u fit-triq it-tajba. Xogħolna huwa li nkomplu u diġà qed naħsbu fuq staġun ieħor. Għandna plejers li telgħu min-nursery tagħna fejn ilhom tliet snin jilagħbu. Magħhom se jkollna plejers barranin u flimkien nagħmlu tim kompetittiv li jista' jilgħab fil-Premier u li jkun kapaċi jġib ir-riżultati li jżommuna fil- Premier. M'hemmx dubju li wara dawn is-suċċessi li rnexxielek tikseb ma' Pietà Hotspurs speċjalment matul dan l-istaġun li fih ksibtu l-promozzjoni, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni. Iva, fil-fatt, nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja liċ-Chairman Frankie Ciantar, lill-Head Coach Franco Agius, lill-kumitat tan-nursery kollu, lill-membri, lill- partitarji u lil dawk kollha li bil-preżenza u mġieba tajba tagħhom jagħmlulna kuraġġ. Nirringrazzja wkoll lill- kumitat kollu u speċjalment lil Johnnie Saliba. Irrid nirringrazzja wkoll lill-isponsors kollha, lil ħafna membri u partitarji li taw donazzjonijiet sabiex il- klabb jikseb dan is-suċċess. Ringrazzjament speċjali jmur għall-familji kollha tal-paċenzja li jieħdu bina u b'mod specjali lill-mara u lit-tifla tiegħi għas- sapport kontinwu li jagħtuni sabiex inkompli naħdem għall-klabb. SPORTSillum Ritratt: Ray Attard "Ridt infejjaq lill-klabb tal-Pietà Hotspurs" Twieled -4 ta' Diċembru 1950 f'Birkirkara Ilu 24 sena jimmilita l-kamp ta' Pietà Hotspurs u 3 snin bħala President tal- istess tim Fl-aħħar tliet snin wettaq ħidma kbira biex Pietà Hotspurs jerġgħu jiksbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier Joe Sammut "Flimkien nagħmlu tim kompetittiv li jista' jilgħab fil- Premier u li jkun kapaċi jġib ir- riżultati li jżommuna fih"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014