Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 Joe, ilek xejn inqas minn 24 sena timmilita fil-kamp ta' Pietà Hotspurs però ilek biss 3 snin tokkupa l-kariga ta' President tal-klabb. Aċċettajt mal-ewwel din il-kariga u x'responsabbiltà ġġorr magħha l-istess kariga? Meta bħal dan iż-żmien tliet snin ilu ġejt offrut il-kariga ta' President tal-klabb, għalkemm kelli l-esperjenza fil-klabb xorta waħda ma tajtx risposta mgħaġġla. Il-kariga ta' President iġġorr magħha responsabbiltà ferm u ferm akbar mill-karigi l-oħra. Hija kariga ta' tmexxija, ta' xogħol, determinazzjoni u kuraġġ sabiex tagħmel minn kollox biex tilħaq dak li jixtiequ il-membri. Mhux biss dak li wieħed jixtieq imma dak li taħseb li jkun possibbli bir- riżorsi li l-klabb ikollu u sa fejn jista' jasal. Għażilt li barra l-għażla tiegħi nitkellem mal-mara u t-tifla u lkoll qbilna li għandi nagħti aktar kontribut lill-klabb u naċċetta l-kariga. Dħalt għax-xogħol u ġimagħtejn qabel il-laqgħa ġenerali diġà kien jidher l-interess sabiex nimxu 'il quddiem. Fil-fatt għall- elezzjoni ta' 15-il membru fil- kumitat, skont l-istatut, kelli 20 membru. Dan l-interess u fiduċja fit-tmexxija l-ġdida mlieni bil- kuraġġ u aktar u aktar meta fost il- membri li xtaqu jkunu fil-kumitat reġgħu ġew lura Mario Mallia - eks segretarju, Twanny Thewma - eks Viċi President u Ninu Borg - eks Kit Manager. Resaq ukoll is- Sur Leslie D. Borg fejn offrieli parteċipazzjoni fil-kumitat bħala kontrollur finanzjarju, li nistqarr li kellna bżonnu ħafna. Niġu għall-istaġun 2011/12 b'dak kollu li ġab miegħu għall-Pietà Hotspurs. Il-kummenti tiegħek. Wara li nħatar il-kumitat għas- sena 2011/12 mill-ewwel tlaqna għax-xogħol u ġew imqassma karigi ddedikati lill-membri kollha tal-kumitat sabiex kull wieħed ikollu responsabbiltajiet għalih. B'hekk it-tmexxija nfirxet - ix- xogħol inqasam u kulħadd kien jaf x'kellu jagħmel u sa fejn seta' jasal. Għamilt Top Management bejn l-uffiċjali sabiex naraw fejn qegħdin, fejn irridu naslu, jekk għandniex biex naslu u kif se naslu. Wara xahar ta' ħidma mal-kumitat l-affarijiet bdew jiċċaraw u jimxu 'l quddiem. Il- fiduċja fit-tmexxija l-ġdida kienet tinħass u tidher 'il għaliex aktar membri u partitarji bdew jersqu lejn il-klabb. Ridt insib kowċ għax ma kellniex u rnexxieli nasal fi ftehim ta' sentejn ma' Edmond Lufi. Għamilt l-ewwel laqgħa mal-plejers fejn spjegajtilhom is- sitwazzjoni tal-klabb kif sibtha u kif konna se nimxu. Grazzi għall- istaff tekniku u l-plejers li ħadu l-klabb bis-serjetà, id-dixxiplina kienet mhux biss tjiebet imma kienet tinħass u tidher li qed titjieb. Dan l-impenn mill-plejers u staff tekniku ssarraf meta beda l-kampjonat fejn ir-riżultati tajbin bdew ġejjin aktar milli konna qed nistennew. Bit-tmexxija għaqlija u teknika tal-kowċ Joe Abdilla, bit-tim ta' taħt id-19-il sena f 'dak l-istaġun ħadna d-double u xi wħud minn dawn il-plejers diġà bdew jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni. Il-kumitat inlaqqgħu kull ġimgħa. Ridt nibni qafas tajjeb sabiex iservi għal futur aħjar u fit-tul. Irrid ngħid li għall-bidu ħsibt li forsi laqgħat spissi u fit-tul kienu qed ikunu mhux produttivi, imma tant kellna xogħol xi jsir li s-sagrifiċċju kien meħtieġ u l-kumitat ikkopera f 'kull laqgħa. Mexxejt b'mod trasparenti u b'rispett għal kull membru li bix-xieraq irid jkun jaf x'inhuwa għaddej speċjalment dwar il-finanzi tal-klabb. Nieħu pjaċir ngħid li l-kumitat irid jaħdem u ħadem kemm kien hemm bżonn. Fil-fatt ir-riżultati jitkellmu waħedhom. Kien wasal iż-żmien li jinbidel l-istatut skont il-ħtiġijiet tal-lum permezz ta' bixra moderna ta' tmexxija. L-ewwel ħsieb qsamtu mal-Viċi President tal-MFA, Dr Chris Bonnett. Bil-ħsibijiet tiegħu wkoll irnexxielna naġġornaw l-istatut sabiex jagħtina għodda tajba u moderna sabiex naħdmu bih u ma nerġgħux ngħaddu mit-toroq tal-imgħoddi. Sejjaħna laqgħa straordinarja fejn spjegajna t-tibdil propost tal-istatut. L-aktar punt importanti huwa li l-ebda uffiċjal jew membru ma għandu d-dritt li jissellef flus għan-nom tal-klabb mingħajr ma tissejjaħ laqgħa straordinarja u jsir dak li jiġi maqbul. Sena malajr tgħaddi u ġejna għall- istaġun 2012/13 fejn fi tmiem dan l-istaġun kontu biss passi 'l bogħod milli tiksbu l-promozzjoni għall- Premier li fil-fatt kellha tasal sena biss wara. Tina iktar dettalji. Matul l-istaġun 2012/13 bqajna għaddejjin tajjeb fejn it-toroq li bdew jintgħażlu kienu aktar imfassla bi ħsieb u b'għan ċar u wieħed - il-ġid tal-Klabb. Il- ġid ma jfissirx biss flus imma ġid fil-ħsieb ta' kif nieħdu pjaċir naraw il-futbol aktar u aktar meta jkollna riżultati tajbin u meta nafu li tellajna plejers mis-settur tan- nursery u qed jilagħbu fl-ewwel tim. Bqajna għaddejjin b'kuraġġ, rajna li l-fiduċja dejjem kienet qiegħda tiżdied u aktar nies kienu qed jersqu lejn il-klabb. Dan ta aktar kuraġġ kemm lili kif ukoll lill-amministrazzjoni fejn ħassejna li konna qed nagħmlu xogħol tajjeb u t-toroq li għażilna kienu xierqa. Rigward fondi finanzjarji, ukoll għamilna pass kbir fejn ħallasna fil-waqt il-kontijiet skont il-financial fairplay li l-MFA kienet nediet sabiex il-klabbs jimxu mar- regoli li daħlu fis-seħħ f 'Jannar ta' din is-sena. It-tim kompla jżid fl-esperjenza u d-determinazzjoni li jasal għal aktar suċċessi, matul l-istaġun. Li ma kinitx għal-logħba waħda mitlufa konna nkunu fil- Kampjonat Premier. Iżda xorta konna kuntenti 'il għaliex kulħadd ta sehmu u kellna staġun tajjeb ħafna. Fit-tmiem tal-kampjonat għamilna l-laqgħa ġenerali għas- sena 2013/14 u żidna aktar il- kuraġġ meta l-kaxxier Damien Saliba fir-rapport finanzjarju ħabbar li l-finanzi tal-klabb kienu ġew regolarizzati u nistgħu mmorru għal staġun ieħor b'wiċċna minn quddiem sabiex naħdmu fuq it-tim u nkunu aktar kompetittivi. U naslu issa propju għal dan l-istaġun li żgur li se jibqa' mmarkat b'ittri tad-deheb fl- istorja tal-klabb tagħkom hekk kif irnexxielkom tiksbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier. X'tikkummenta? Bdejna dan l-istaġun billi fl-ewwel laqgħa tal-kumitat u bi qbil ma' kulħadd ġie deċiż li jinbidel l-istaff tekniku. Tkellimt mal-kowċ Noel Coleiro u wasalna li jmexxi t-tim huwa. Għamilna staff tekniku, Assistent Kowċ lil Orosco Anonam, Kowċ tal-Goalkeepers lil Charles Sciberras u Kowċ tat-Tim ta' taħt id-19 -il sena, Alfred Attard. Sabiex insaħħu aktar l-iskwadra ġibna lil Ricardo Costa, lill-goalkeeper David Cassar, Rafael, u Jonathan Bilbao, Luciano u Jeremaiah Ani u b'hekk saħħaħna aktar lit-tim flimkien mal-plejers żgħażagħ tagħna. Il-bidu ma kienx faċli - f 'ġurnata ma tagħmilx tim, iżda aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar it-tim beda juri l-għaqda tiegħu. Ir-rapport bejn il-kowċ, l-istaff u l-plejers aktar beda juri armonija u sens qawwi ta' għaqda. Bi tmexxija tajba, tragwardi ċari li jistgħu jintlaħqu, strateġiji tal-logħob tajjeb, tim magħqud u appoġġ u fiduċja qawwija fil- klabb komplenja nġibu r-riżultati b'mod konsistenti. Sa issa tlifna biss żewġ logħbiet fil-kampjonat u ġejna promossi għall-Premier. SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Joe Sammut – President ta' Pietà Hotspurs li t-tliet snin li għaddew nistgħu ngħidu li ttrasforma lil dan it-tim fejn wasslu biex jerġa' jikseb il-promozzjoni għall-post fejn jistħoqqlu jiġieri l-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti - il- Kampjonat BOV Premier "Ridt infejjaq lill-klabb tal-Pietà Hotspurs" "Ħassejt ferħ kbir ġewwa fija li qatt ma ħassejt fl-24 sena li ilni fil-klabb" "Erġajna ktibna paġna ġdida fl- istorja tal-klabb"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014