Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 19 Ir-reshuffle l-onorarja wara kritika ħarxa minn kulħadd għal mod kif kienu ħaduha. Iżda l-aktar ħaġa li tibqa' f 'moħħ kulħadd, kien it-tentattiv biex tinsab soluzzjoni għall-kriżi politika li kien hemm fil- Gvern. Ftit qabel kienu għadhom kemm inħatru numru ta' Assistenti Parlamentari, li fir-realtà ma swew għalxejn ħlief biex forsi tinstab soluzzjoni għad-diżgwid li kien għaddej. Għalhekk dakinhar l-Kabinett il-ġdid twieled fi klima ta' krżzi minn kull aspett, ftit aktar minn sena qabel elezzjoni, bi Franco Debono aktar minn qabel, jispiċċa jsejjaħ għar-riżenja tal-Prim Ministru. Dan jikkuntrasta sewwa ma' kif ġraw l-affarijiet fl- aħħar reshuffle. Saret bidla fil-kabinett wara l-ewwel sena u mhux fl-aħħar sena. Kull min kien ikkonċernat ġie kkonsultat, anke dawk li ma baqgħux jokkupaw xi kariga. Saret bidla, mhux għaliex il-partit fil-Gvern kien fi kriżi, iżda għaliex hemm oqsma fejn hemm bżonn li jkunu indirizzati b'aktar intensità. Fir-realtà mhux biżżejjed li tilħaq it- tajjeb, iżda trid tkun l-aħjar. Jekk kellna nagħmlu analiżi tat-tibdiliet li kien hemm fil-Kabinett, fir-realtà ma kienx hemm xi tibdiliet ġenerali. Il-parti l-kbira ta' dawk li kien baqgħu hemm. Inbidlulhom xi dekasteri, iżda baqgħu hemm, b'xi wħud anke jkunu elevati għall-Ministri. L-aktar li laqtu l-għajn kienu tliet deċiżjonijiet. It-tneħħija, mhux b'sms, tat-tabib Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Saħħa. Marie Louise Coliero Preca li ġiet maħtura President u li Karmenu Vella għall- Kummissarju Ewropew. Għal min qiegħed jaħseb li Godfrey Farrugia ma ħadimx, dan huwa żball. Godfrey daħal fiċ-ċirku tan-nar meta ngħata s-saħħa għaliex wiret qasam fi stat konfuż u mimli defiċjenzi. Ħadem u stinka, iżda kif żvela r-rapport Dalli, fil- qalba tat-taħwid li ħalliet warajha l-amministrazzjoni ta' qabel, il-kwistjoni hija waħda maniġerjali. Ħasra li m'aċċettax il-Ministeru tas-Solidarjetà Soċjali għax konvint li kien ikun Ministru tajjeb. Illum biċċa xogħol li ġiet fdata lil Michael Farrugia, li bħal Godfrey ħadem qrib in-nies u ser ikun qiegħed jirrispondi għall-ħtiġijiet tagħhom. L-aħbar ta' Marie Louise Coliero Preca ħasdet lil ħafna, b'mod speċjali għall-kostitwenza tagħha. L-aktar ministru popolari għall-Presidenza! Bil-ħatra ta' Marie Louise għall- President, il-materja soċjali ttellgħet għal-livell aktar għoli. Mhux hekk biss iżda ser tkun qiegħda tgħin biex tmexxi u tressaq dawn it-temi 'l quddiem b'aktar konsensus popolari wiesa' milli kieku Ministru. Apparti dan wara George Abela li ħoloq Presidenza popolari iżda mhux populista, il-vojt li ħalla warajh seta' jimtela biss minn Marie Louise Coleiro Preca. Fl-aħħar nett Karmenu Vella, wieħed mill-aktar Ministri b'esperjenza u b'kariżma elettorali għall- Kummissarju Ewropew. Qabel xejn, għall-kuntrarju tal-ħatra ta' John Dalli, Karmenu qiegħed ikun nominat mhux għaliex kien ikkunsifrat ta' xi ostaklu politiku, iżda għaliex hemm bżonnu fl-istrutturi Ewropej u fejn aktar aħjar jekk mhux il-Kummissjoni. Issa ilu snin fuq il-front lokali u kull fejn kien dejjem ikkonsejna u b'validità kbira. Il-kwalitajiet li għandu Karmenu Vella żgur ser ikunu fl-aħjar interessi ta' pajjiżna. Jiena ċertissimu li bil-kariżma li għandu, Malta ser tħalli l-effett tagħha anke fil- Kummissjoni Ewropea. Wara li ssir reshuffle jibdew joħorġu ħafna stejjer spekulattivi. Iżda d-dinja tal-politika hija magħmula minn dan kollu u kulħadd għandu dritt jasal għall-konklużjonjiet tiegħu. L-importanti hu li dak li jsir ikun skont il- ġudizzju deliberat tal-Prim Ministru. Wara kollox hu jkun l-istampa kollha. Aħna nistgħu nkunu qribu, iżda qatt ma nistgħu nkunu fih. maġġoranza fis-Senat. Fl-Italja, iż-żewġt ikmamar tal-Parlament għandhom l-istess poteri imma huma eletti b'sistemi differenti. Għaldaqstant, huwa ferm possibbli li min ikollu maġġoranza f 'kamra, ma jkollux fl-oħra. Bersani pprova jġib l-appoġġ tal-Moviment 5 Stelle imma ma rnexxielux. Meta fl-elezzjoni għal president ġdid, xi 120 deputat u senatur tal-PD naqsu illi jappoġġjaw il-kandidatura ta' Romano Prodi, Bersani ħabbar ir-riżenja tiegħu minn segretarju. F'dan l-istat ta' konfużjoni ġenerali, Napolitano aċċetta illi jerġa' jikkandida ruħu għal President u għall-ewwel darba fl-istorja repubblikana, l-Italja kellha president illi nħatar darbtejn wara xulxin. Napolitano ta l-inkariku sabiex jifforma gvern ġdid lil Enrico Letta illi ħa l-ġurament fit-28 ta' April 2013. Madankollu, filwaqt li Letta kien qed jipprova jingrana l-gvern tiegħu, bdew isiru l-preparamenti sabiex jerġgħu jsiru l-elezzjonijiet primarji fi ħdan il-PD għall- ħatra ta' segretarju nazzjonali ġdid wara r-riżenja ta' Bersani. Renzi kien diġà kkontesta l-elezzjonijiet primarji li saru f 'Diċembru 2012 sabiex jintgħażel il-mexxej tal- koalizzjoni taċ-ċentru-xellug għall-elezzjoni ta' Frar 2013. Bersani kien rebaħ dawn l-elezzjonijiet b'61% tal-vot kontra d-39% ta' Renzi. Madankollu, fl-elezzjonijiet primarji li saru fil-Kunċizzjoni tas-sena l-oħra, Renzi ttrijonfa bil-kbir u ġab 67% tal-voti. Dan ir-riżultat straordinarju ġiegħal lil Renzi jbiddel l-istrateġija tiegħu. Filwaqt illi qabel dejjem ta x'jifhem li kien ser jappoġġja lil gvern Letta u illi hu ma riedx isir prim ministru jekk ma jiġix elett mill-poplu, aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar bdew jidhru sinjali ta' insodisfazzjon bil-ħidma tal- gvern Letta. Minkejja li wara laqgħa ma' Letta, Renzi kien beda l-hashtag #enricostaisereno fuq Twitter, wara ftit ġimgħat, id-direzzjoni PD kienet ivvutat b'maġġoranza kbira dokument li pproponiet is-sostituzzjoni tal-gvern Letta bi gvern ġdid. Letta ma kellux għażla ħlief li jirreżenja u niżel fl-istorja bħala l-ewwel prim ministru Taljan li ma ġiex sfiduċjat mill-Parlament imma mill-partit tiegħu stess. Renzi ħabbar programm ferm ambiżżjuż ta' riformi ta' riforma fix-xahar. Għalkemm dan il-programm żgur li mhux ser jintlaħaq, Renzi għaddej b'veloċità impressjonanti b'kuntrast qawwi mal- istanjazzjoni ta' qabel. Appuntu sabiex ir-riformi tiegħu jseħħu, Renzi kellu laqgħa ta' sagħtejn mal-mexxej tal-akbar partit fl-oppożizzjoni, Forza Italia. Il-laqgħa ma' Silvio Berlusconi saret fit-18 ta' Jannar li għadda taħt ir-ritratt ta' Fidel u Che. Għalkemm bosta sostenituri tal-PD ma ġerħuha xejn din il- laqgħa, iż-żewġ mexxejja laħqu ftehim li jbiddlu l-liġi elettorali li l-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat inkostituzzjonali u jirriformaw is-Senat. Madankollu, it-triq tar- riformi mhux ser tkun faċli. Il-liġi elettorali li Renzi u Berlusconi qablu fuqha tiżgura li dak il-partit jew koalizzjoni li jikseb tal-anqas 37% tal-vot jakkwista massimu ta' 15% tas-siġġijiet oħra biex ikollu 340 siġġu f 'kamra ta' 630 deputat. Jekk ħadd mill-partiti jew koalizzjonijiet ma jġib 37% tal-voti, l-aktar żewġ partiti jew koalizzjonijiet li jkunu ġabu voti jerġgħu jaffaċċjaw l-elettorat u min jirbaħ akkwista 327 siġġu filwaqt illi 290 siġġu ieħor jiġu assenjati lill-partiti l-oħra. Is-siġġijiet l-oħra jintgħażlu mit- Taljani li jgħixu barra mill-pajjiż. Taħt il-liġi elettorali l-ġdida, kull partit f 'koalizzjoni jrid jakkwista 4.5% tal-voti mentri koalizzjoni trid iġġib 12% tal-voti biex tkun tista' ttella' deputati. Mill-banda l-oħra, partit illi jippreżenta ruħu waħdu jrid jakkwista 8% tal- voti sabiex ikun rappreżentat fil-parlament. Madankollu, l-elettorat xorta mhux ser ikollu d-dritt li jagħżel id-deputati li jixtieq imma jista' jagħżel biss bejn l-iskjeramenti jew il-partiti. Dan kollu qanqal dubji serji kemm din il-proposta hija fil- fatt kostituzzjonali u wieħed irid jara x'ser ikun ir-riżultat aħħari ta' din il-proposta. Riforma oħra proposta hija dik tas-Senat illi Renzi jrid li ma jibqax aktar magħmul minn 315-il senatur eletti mill-poplu. Bil-proposta ta' Renzi, is-Senat ikollu 148 senatur, 21 minnhom magħżula mill-President tar-Repubblika. Is-Senaturi li ma jintgħażlux mill-President jinħatru minn fost is-sindki u l-presidenti tar-reġjuni imma ħadd mis-senaturi mhu ser jitħallas. Is-Senat propost ser jitneħħielu l-poter leġislattiv u lanqas ma jkun mistenni jagħti l-fiduċja lill-gvern. Kull ma ħa jkollu dritt hu li jitlob lill-Kamra tad-Deputati terġa' tikkunsidra liġi mill-ġdid, poter li l-president tar-Repubblika diġà għandu. Din il-proposta qanqlet oppożizzjoni qawwija anke fost is-senaturi tal-PD. 25 minnhom iffirmaw dokument li fih qed jipproponu Kamra tad-Deputati bi 315-il deputat u senat ta' 100 Senatur, x'uħud minnhom eletti. Bosta kostituzzjonalisti bħal Gustavo Zagrebelsky u professuri tal-liġi bħal Stefano Rodotà esprimew tħassib dwar din il-proposta u dan bir-raġun. Bil-liġi elettorali li qed tiġi proposta, partit jew koalizzjoni jista' jakkwista maġġoranza tas- siġġijiet fil-Kamra tad-Deputati b'37% tal-voti. Jekk is-Senat isir bla snin, id-demokrazija parlamentari ser tiddgħajjef konsiderevolment u jissaħħaħ l-eżekuttiv li fil-kostituzzjoni repubblikana huwa pjuttost dgħajjef wara l-esperjenza ta' Mussolini. L-isfida l-oħra li għandu Renzi hu fil-qasam ekonomiku. Qed jipproponi Jobs Act sabiex jissimplifika l-kuntratt ta' xogħol u jkun aktar faċli li min iħaddem iqabbad nies għal żmien determinat. Ir-riġidità tas-suq tax-xogħol hija waħda mill- fatturi li l-qagħda ekonomika taljana hija daqshekk ħażina u xi ħaġa żgur trid issir. Imma l-unions kif ukoll bosta fi ħdan il-PD huma kuntrarji għar- rifomi li jrid Renzi. Renzi qed ikompli juri riverenza kbira għal min kien fil- poter jew min jopponi l-pjanijiet tiegħu. Il-Ħadd li għadda ma qagħadx jomgħod il-kliem biex jirrispondi lil Pietro Grasso, il- President tas-Senat illi sostna li numru ta' Senaturi għandu jibqa' jiġi elett. U ta' spiss jikkritika lill- unions u speċjalment lil Susanna Camusso, is-segretarju taċ-CGIL illi tradizzjonalment dejjem kienet qrib ħafna tal-PD. Iż-żmien jurina sakemm ser jirnexxu l-pjanijiet ta' Renzi. Imma jekk jirbaħ l-isfidi immedjati tiegħu, l-era ta' Renzi tista' ddum għal żmien twil. Renzi hu xortih tajba li l-avversarji tiegħu m'humiex għaddejjin minn żmien feliċi: Berlusconi l-ġimgħa d-dieħla jkun jaf jekk hux ser iqatta' s-sentenza li ngħata arrestat id-dar jew iridx minflok iwettaq is-servizzi soċjali. U Grillo aktar ma jgħaddi ż-żmien qed jitlef mis-segwaċi tiegħu fil-parlament għalkemm għadu ferm popolari fil-pajjiż. Imma s-suċċess ta' Renzi jiddependi wkoll jekk jirnexxilux iżomm l-appoġġ fi ħdan il-partit tiegħu u jista' ferm jiswielu jiskopri l-valur tal-kompromess li s'issa ma tantx kien daqshekk ħerqan li juri. L-Imħatra ta' Matteo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014