Illum previous editions

ILLUM 6 APRIL 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 06 ta' April 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt A ħna l-Maltin sirna spontanji wisq u f 'diversi oqsma. Kif naraw jew nisimgħu xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejna arana npaċpċu u nikkummentaw kif jidhrilna li hu xieraq u ma nħalluha lixxa lil ħadd li ma jaqbilx magħna. Nitmasħnu u f 'ċerti każi anke nippuppaw sidirna sabiex żgur tgħaddi tagħna. Il-mezzi tax-xandir soċjali qed jagħmluha aktar faċli li wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu mill- kumdità ta' daru jew anke permezz ta' smartphones. Dawn il-faċilitajiet joffru forums ta' diskussjoni u qsim ta' ideat u ħsibijiet li permezz tagħhom saħansitra wasslu għal qawmien ribelluż fid-dinja Għarbija. Illum, li tiġbor petizzjoni biex topponi jew tipproponi xi ħaġa li taqbel jew ma taqbilx magħha saret faċilissima. M'għadx hemm bżonn ġiri, taħbit ta' bibien jew spjegazzjoni lil individwu dwar xiex trid takkwista l-firma tiegħu. Illum tista' tiġbor firem permezz ta' siti elettroniċi fi ftit ħin u kemm trid. Iżda l-punt jibqa' wieħed, l-iskop u s-suġġett dwar xiex qed tinġabar petizzjoni biex fuqu jsir referendum. Referendum jesprimi r-rieda tal-maġġoranza. Rieda li jekk tkun attwata bħala liġi, tispiċċa taffettwa liċ-ċittadini kollha tal-pajjiż inkluż dawk li jkunu f'minoranza. Referendum għalhekk, għandu jintuża biss biex jittieħdu deċiżjonijiet ġenerali li jappellaw għal pajjiż kollu, bħal ma kien il-każ tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Iżda referendum li jintalab minn individwi bi twemmin morali speċifiku, sabiex partijiet tas-soċjetà f'minoranzi jinżammu lura milli jgħixu ħajja ugwali bħal ħaddieħor, irrespittivament mill- orjentazzjoni sesswali jew stil ta' ħajja tal-individwu, hu meqjus bħala referendum insensittiv u li ma jirrispettax l-ugwaljanza ta' soċjetà ċivili li qed tgħix fis-seklu wieħed u għoxrin. Dan hu dak li qed jipproponi l-Pastur Gordon Manchè. Qed jipproponi li permezz ta' ġbir ta firem, u skont ma qal, diġà ġabar 'il fuq minn għaxart elef firma, iwassal petizzjoni lill-awtoritajiet konċernati sabiex isir referendum li permezz tiegħu jimponi t-twemmin personali tiegħu, u tal-fidili li jaqsmu l-istess t-twemmin bibliku tiegħu. Referendum abrogattiv sabiex persuni tal-istess sess ma jkunux jistgħu jiżżewġu u jaddottaw it- tfal. Diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni omosesswali purament għax m'għandomx l-istess twemmin tal-Pastur Manchè. Pastur li snin ilu kien għamel żmien jgħix u jistudja l-ballet fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti sakemm iltaqa', skont hu, mal-Mulej. Minn hemm beda jipprietka u lura f'Malta beda jakkwista ħin prezzjuż fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali sabiex iwassal il-bxara t-tajba. Talb u donazzjonijiet finanzjarji li bihom ħa f'idejh dik li kienet sala tat-tiġijiet f'Ħaż-Żebbuġ u kkonvertiha f'River of Love, fejn fost ċelebrazzjonijiet oħra, il-Pastur Manchè jikkonverti u jfejjaq persuni omosesswali mill- orjentazzjoni sesswali tagħhom. Ir-Referendum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 APRIL 2014