Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
24 illum | Ħadd 06 ta' April 2014 Kummercjali Il-Banif f 'attività partikolari fil-Birgu ILKAPIJIET u l-maniġers ta' Banif Bank attendew għal- laqgħa li ssir ta' kull sena, fejn tkun diskussa l-istrateġija u l-pjan tal-Bank għas-sena li tkun għadha kif bdiet. Grupp ta' ħamsin impjegat li jmexxi u jikkoordina x-xogħol fil-Banif semgħu x'se tkun il-viżjoni tal-Bank għall-2014, u l-miri ta' kull dipartiment għas-sena li għadha kif bdiet, u kif dawn il-pjani se jkunu implimentati. L-avveniment hu wieħed annwali fejn il-Bank ilaqqa' t-tim maniġerjali tiegħu fil- preżenza tad-diretturi, u li jservi bħala eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-operat tal-Bank fis-sena li tkun għadha kif għaddiet u tintuża bħala pjattaforma biex ikun diskuss il-pjan korporattiv tal-Organizzazzjoni. Il-laqgħa nfetħet miċ-ċermen tal-Bank Dr Michael Frendo li tkellem fuq is-sitt snin ta' kisbiet li għamel il-Bank fejn il- marka Banif ikkonsolidat ferm, fi sfond ta' ekonomija diffiċli u suq kompetittiv għall-aħħar. Waqt li kull dipartiment għandu l-impenn li jkun aktar effiċjenti u li jinvesti fl-impjegati tiegħu, huma se jħaddnu strateġiji partikolari li se jgħinuhom jimxu 'l quddiem u jtejbu l-effettività u l-kompetenza. L-għan aħħari hu li l-Bank jibqa' jagħti servizz eċċellenti lill-klijenti tiegħu u jibqa' jiżviluppa firxa wiesgħa ta' soluzzjonijiet finanzjarji li dejjem għamlet lill-Bank differenti mill-oħrajn. "Banif Bank m'għadux start-up imma qiegħed jaqdi persentaġġ sinifikanti tas- suq lokali," qal Joaquim F. Silva Pinto, Kap Eżekuttiv ta' Banif Bank (Malta) plc. "F'din il-fażi partikolari tat- tkabbir tagħna qed inkomplu nirrevedu l-operat tagħna biex intejbu l-produttività u l-pożizzjoni tagħna fis-suq. Għandna programm ambizzjuż għall-2014 li jinkludi l-ftuħ ta' aktar fergħat u li nsaħħu r-relazzjonijiet mal-klijenti tagħna li fl-aħħar mill-aħħar huma l-qalba tal-operat tagħna. L-esperjenza u l-impenn tat- tim eċċellenti tagħna jfisser li m'għandna l-ebda dubju li se nilħqu l-miri tagħna. Aħna sodisfatti ħafna bir- riżultati li ksibna s'issa, u dawn jixprunawna 'l quddiem waqt li dejjem naspiraw għal aktar!" L-impjegati ta' Banif jimirħu mat-toroq misturi tal-Birgu Kit Kat issib mod kreattiv biex tgħin lin-nies ineħħu l-istress Fost it-tagħmir f 'avveniment l-Belt Valletta biex ineħħi l-istress KIT Kat taħseb li wasal il-ħin biex tieħu l-brejk! Bil-ħajja mgħaġġla tal-lum, li wieħed jieħu ħames minuti brejk mhux biss hu bżonjuż iżda anki rakkomandabbli. Nestlé Malta Limited sabu mod kreattiv kif jgħinu lill-konsumaturi jneħħu l-istress ta' kuljum permezz ta' kampanja multipla li tinkludi numru ta' inizjattivi interattivi. Fil-kampanja tal-waqfiet tal- linja, Kit Kat ħarġet b'serje ta' kartelluni li jneħħu l-istress waqt li n-nies ikunu qed jistennew ix-xarabank tasal. Kit Kat mhux biss qed tirrakkomanda n-nies biex jidħku daħka tajba iżda wkoll jgħoddu b'lura sakemm tixref il-karozza. L-istages tal- linja kienu mgħammra wkoll b'imħadda ma' fejn wieħed jista' jserraħ rasu jew anke fejn jifqgħu l-bubble wraps! Xi ħaġa biex tgħaddi l-ħin. Kit Kat ippreparat 10,000 Stress Relief Kits li ser jingħataw lil numru ta' kumpanji madwar Malta. Il-pakkett ta' stress relief fih bubble wrap - għal dawk il-mumenti ta' stress, ftit konfetti għal mumenti kkuluriti, ktejjeb dwar ideat għal ftit ħin rilassanti waqt xi brejk kif ukoll ċikkulata Kit Kat. Kit Kat niedew kompetizzjoni fuq il-paġna Facebook fi sforz li jħeġġu lin-nies fuq il-post tax-xgħol, studenti u ħbieb jieħdu ritratt tal-ħames minuti brejk biċ- ċans li jirbħu €1,000 voucher li jissarraf minn ROCS Travel għal kull destinazzjoni tal-għażla tiegħek. Aktar informazzjoni fuq it-termini u kundizzjonijiet jinsabu fuq il-paġna ta' Facebook. Kif wieħed jista' jifhem, din il-kampanja tinkuraġġixi lin-nies biex isibu attivatijiet sempliċi, qosra li jneħħu l-istress li jgħinhom kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Li wieħed jieħu brejk hija xi ħaġa li għandha ssir iktar spiss għax ħafna, rari jieqfu mir-rutina ta' kuljum. Li wieħed jieħu brejk mhux bilfors tfisser vaganza l-Maldives. Brejk 'il bogħod mir-rutina ta' kuljum huwa mument bżonjuż. Għal ħafna dan il-mument jista' ikun sempliċiment toħroġ barra mill- uffiċċju, jew li tmur mixja waqt il-brejk, jew li wieħed jagħmel xi forma ta' eżerċizzju. L-objettiv tagħna f 'din il-kampanja huwa li nkunu umoristiċi iżda meta taħseb dwarha, id-daħk huwa mediċina għal kontra l-istress. Allura ħu ħames minuti brejk, ħu nifs fit-tul, idħak, kanta jew għamel xi affarijiet li jneħħu l-istress. U ftakar, ħu brejk kul Kit Kat! Ktieb ippubblikat minn ċella f 'Kordin DOM Communications Ltd ippubblikat ktieb ġdid bl isem 'Iġġustifikati f 'Demmu' miktub minn Dr. Sandro Schembri Adami. Fi ktejjeb riċerkat iżda fattwali, Sandro Schembri Adami, illum priġunier fil Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jiddiskuti l paradoss tas Salib ta' Ġesù f 'dan iż żmien tar Randan. Magħluq fis skiet ta' ċella għaraf jimmedita, jisma' l ilħna tas skiet. Ħalla l vuċi tal kuxjenza titkellem u uża l Bibbja għall kontemplazzjoni. Hu u jiskonta s sentenza tiegħu, iggosta l fatt li lilu Ġesù ġġustifikah. Dr. Sandro Schembri Adami, lettur tad Dritt Internazzjonali u dak Marittimu, jidher iħalli l għors tiegħu tal liġi u tal ġurisprudenza u jħalli lilu nnifsu jgħum fi ħsibijiet dwar it teorija tal ġustifikazzjoni. B'dan il mod, il libertà vera u sħiħa f 'Ġesù ssib l aqwa tagħha fiċ ċella ta' ħabs. Għal bosta snin Schembri Adami serva bħala Membru Parlamentari u qed jiskonta sentenza ta' ħabs wara frodi. Hu jgħid li qatt ma kellu ambizzjoni li jikteb dwar temi reliġjużi. "Kitbieti kienu, u għadhom, dwar temi legali, partikolarment dwar id- dritt internazzjonali u dak marittimu li huma s-suġġetti li għallimt. Imma hekk kif sibt ruħi fil-ħabs, f 'dak is-skiet taċ-ċella, għaraft nimmedita aktar. Tkellimt mal-vuċi tal-kuxjenza. Ħallejt il-Bibbja tkellimni. Kont qed niskonta sentenza iżda lili Ġesù Kristu kien iġġustifikani b'demmu l-għażiż," jikteb Schembri Adami fid-daħla tal-ktieb. Dan il-ktieb il-ġdid jinsab għall bejgħ mill- ħwienet ewlenin jew billi tikkuntattja lil Dom Communications Ltd fuq domcommunicationsltd@ gmail.com jew fuq in-numru 99061916. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Dr. Sandro Schembri Adami, eks membru parlamentari jippubblika ktieb mill-ħabs – Iġġustikati f 'Demmu