Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
4 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 "LAWTORITAJIET konċernati għandhom jiżguraw li l-pubbliku huwa konxju tar-riskji relatati ma' logħob eċċessiv u irresponsabbli." Dan kien il-kumment tal-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM x'jaħseb dwar il-fatt li m'hemmx limitu massimu tal-premju rebbieħ tas- Super 5 organizzata mill- Maltco. Il-Ministru Cardona qal li ftit tal-ġimgħat ilu twaqqfet ir-Responsible Gaming Foundation li l-iskop prinċipali tagħha huwa li teduka lill-pubbliku b'kampanji edukattivi dwar kif wieħed għandu jilgħab b'mod responsabbli, tniedi proġetti ta' riċerka, tassisti programmi soċjali relatati ma' logħob eċċessiv u tassisti NGOs biex jgħinu individwi bi problemi relatati mal- logħob. Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, f 'kummenti ma' din il-gazzetta l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tal- Logħob u l-Lotteriji, Joseph Cuschieri kien qal li ma hemm xejn negattiv għall- fatt li m'hemmx limitu stabbilit fuq dawn it-tip ta' lotteriji. "Dan ngħidu sakemm persuna tagħraf tilgħab b'mod responsabbli." Mistoqsi x'jaħseb dwar il-fatt li m'hemmx limitu fuq il-premju rebbieħ tas-Super 5, Cuschieri afferma li r-regolamenti uffiċjali tal-logħba tas- Super 5 jirreferu għall- valur minimu tal-ewwel premju iżda ma hemm l-ebda referenza għal valur massimu. "Madankollu, is-sit elettroniku tal- kumpanija Maltco tenfasizza l-fatt li l-valur tal-premju tas-Super 5 mhux limitat b'xi ammont. Il-fatt li ma hemm l-ebda limitu ta' rebħ hija ta' vantaġġ għall- parteċipanti għax ir-rebħ jista' jilħaq ammonti ferm attraenti. Huwa minnu wkoll li premijiet b'valuri elevati jattiraw parteċipazzjoni akbar fil-logħba." Bħala Kap Eżekuttiv tal- Awtorità Maltija tal-Logħob u l-Lotteriji, jemmen li ma hemm xejn negattiv għall- fatt li m'hemmx limitu stabbilit fuq dawn it-tip ta' lotteriji, sakemm persuna tagħraf tilgħab b'mod responsabbli. "L-Awtorità hija konxja li hemm persuni li għandhom problema ta' logħob eċċessiv. Iżda dan ma jistax ikun attribwit ma' xi logħba partikolari. F'dan ir-rigward l-Awtorità tikkontribwixxi billi teduka lill-pubbliku dwar logħob responsabbli." Cuschieri qal li din il- ġimgħa stess l-Awtorità għaddiet lill-kumpanija Maltco 7,500 fuljett dwar logħob responsabbli biex jitqassmu fil-banek tal- lottu madwar il-pajjiż. Apparti minn hekk, il-Kap Eżekuttiv sostna li għadha kif twaqqfet ir-Responsible Gaming Foundation li r-rwol tagħha ħa jkun intiż biex teduka lill-pubbliku in ġenerali rigward il-perikli ta' logħob eċċessiv kif ukoll tniedi inizjattivi biex jgħinu individwi bi problemi relatati mal-logħob. Hu spjega kif f 'dawn l-aħħar xhur l-awtorità telqet fuq ħidma biex taġġorna r-regolamenti u l-proċessi tagħha. "Il- viżjoni tagħna hija dik li l-awtorità nwassluha f 'livelli aktar għolja biex inkunu l-aqwa ġurisdizzjoni fid-dinja. Żgur li dan ma nistgħux nagħmluh billi aħna naħdmu kontra min irid jinvesti f 'Malta, anzi l-viżjoni tagħna hija waħda favur in-negozju." Cuschieri temm jgħid mal- gazzetta ILLUM li fl-istess ħin ser ikunu responsabbli f 'dak kollu li jsir. "Ser naraw li l-logħob huwa ġust u responsabbli, kif ukoll dawk li jilagħbu dejjem jibqgħu jiġu protetti bl-aħjar metodi. Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt "Ir-Responsible Gaming Foundation twettaq kampanji edukattivi dwar kif wieħed għandu jilgħab b'mod responsabbli" Ir-Responsible Gaming Foundation teduka dwar logħob responsabbli Żewġ immigranti jintbagħtu l-ħabs minħabba dokumenti foloz ERNEST Kinglsey Sorfa, emigrant Somalu ta' 19-il sena, ilbieraħ wara nofsinhar intbagħat sena ħabs wara li ammetta li pprova jaħrab minn Malta b'dokumenti foloz. Sorfa u Sheick Abdi Omar Saad, immigrant ieħor mill-Gana, ilbieraħ filgħodu tressqu l-Qorti wara li nqabdu jippruvaw jitilgħu fuq il-katamaran li kien sejjer Sqallija mix-xatt tal- Belt, ilbieraħ filgħodu stess. Huma kellhom fil-pussess tagħhom id-dokument tal- passaport falz. Fl-ammissjoni tiegħu, Sorfa lmenta li hu kien ħarab mill-Isptar Mater Dei għaliex kull ma sar kien biss li tteħidlu d-demm u minħabba f 'hekk kien qiegħed ifittex trattament mediku fl-Italja. Minkejja li nstab ħati tal-akkużi tiegħu, il- Maġistrat Carol Peralta, bagħat lill-ġuvni jiskonta sena waħda biss il-ħabs u dan biex jaċċertah li jieħu t-trattament mediku sew li għandu bżonn. "F'età daqshekk tenera, hu ta' importanza kbira li jingħata t-trattament mediku. Jekk jingħata sentenza sospiża, nibża' li jerġa' jipprova jaħrab." "Għalhekk, hu għall- ġid tiegħu stess li se jkun qiegħed jinżamm il-ħabs taħt il-kustodja tal-Pulizija biex jiżguraw li jingħata t-trattament mediku adegwat. Ninsab ċert li kieku ngħata sentenza sospiża, l-akkużat kien se jiddispjaċih wara, għax ninsab ċert li se jkun qiegħed jerġa' jipprova jaħrab," qal il-Maġistrat. L-immigrant Somalu, li kien qiegħed jiġi akkużat ukoll b'pussess ta' dokumenti foloz, talli ħarab mill-kustodja tal-Pulizija u talli ffalsifika d-dokumenti, intbagħat sena ħabs li wara li jiskontahom jerġa' jintbagħat lura fiċ-ċentru ta' detenzjoni. L-immigrant l-ieħor mill-Gana, Sheick Abdi Omar Saad, li lbieraħ filgħodu wkoll prova jaħrab b'dokumenti foloz permezz tal-katamaran lejn Sqallija, argumenta li minħabba l-fatt li l-protezzjoni li hu xtaq f 'Malta baqgħet ma ngħatatlux, ma kellux triq oħra ħlief li jipprova jagħmel passaport falz biex jitlaq minn Malta. Il-Maġistrat Carol Peralta kkundanna lill-immigrant sena ħabs sospiża għal sentejn.