Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/290778
10 illum | Il-Ħadd 06 ta' April 2014 John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Għawdex: Int djamant minn John Busuttil It-Triq tas-Salib madwar Chambray, nhar il-Ħadd li ġej, 13 t'April, f 'Ħadd il-Palm, fis-6pm. Hawn fuq jidhru wħud mill-persuni waqt il-provi ta' 'Kont Hemm' Kif jaħsbuha l-Għawdxin fuq il-Priority Boarding? BĦALISSA qamet il- kontroversja dwar il- priority boarding u l-Gozo Channel. Fejn hemm min jaqbel u hemm min le. Tkellimt maċ-ċermen tal- Gozo Channel Joe Cordina iżda dan qalli li l-iskema għadha fi stadju ta' studju u filwaqt li kkonferma li l-iskema se tiġi fis-seħħ dan is-sajf, il-mod kif se taħdem għadu qed jinħema u ma jistax jiżvela xejn qabel tiġi kompluta u kkonfermata. Minn sorsi infurmati sew dan il-ġurnal sar jaf iżda li diġà nżebgħet linja bl-isfar ix-xatt tal-Imġarr fejn dawk li jkunu ħallsu €5 iżjed (li hu l-prezz mistenni) joqogħdu f 'dan il-kju biex jabqżu l-kjuwijiet l-oħra. Il-priority boarding se jkun għal madwar 20 karozza (esklużi l-vetturi kummerċjali) u se tkun minn Għawdex għal Malta (Ċirkewwa eskluża). L-AD diġà ħarġet kontra tagħha, għalkemm personalment inħoss li għandhom ikunu l-Għawdxin li jiddiskutu dwar jaqblux jew le għax din l-inizjattiva se ssir għall-Għawdxin. Għalhekk ħassejt li nitlob kummenti mingħand l-NGOs Għawdxin, iż-Żgħażagħ Għawdxin, l-Għaqda tat- Turiżmu Għawdxija u tabib Għawdxi. Joseph Muscat (CEO GTA) Aħna dejjem sa mit- twaqqif tagħna fl-1999 konna favur il-konnettività aħjar bejn Għawdex u Malta. Dan għaliex is- settur turistiku ma jistax jimxi 'l quddiem u jkun sostenibbli jekk Għawdex ma jkunx milħuq mit-turist b'mod organizzat, effiċjenti u konsistenti u anke bi prezzijiet kompetittivi. B'dan il-ħsieb il-GTA ilha sa mis-sena 2009 tiddiskuti mal-Gozo Channel, l-introduzzjoni ta' sistema ta' priority boarding. Allura mhux biss naqblu magħha iżda sinċerament xtaqna li din is-sistema daħlet snin ilu. Nemmnu li turistikament is-sistema tal-priority boarding ser tkompli ttejjeb il-konnettività bejn Għawdex u Malta. Ser tagħmilha iktar faċli għat- turist li jkun irid jaqsam lejn l-ajruport internazzjonali ta' Malta fi triqtu lura lejn pajjiżu. Dan għax it- turist permezz tal-priority boarding ser ikollu serħan il-moħħ li se jaqsam lejn iċ-Ċirkewwa mal-vapur ippjanat u jkun fil-ħin għat- titjira lura lejn pajjiżu. Sa issa turist li jkun qatta xi jiem f 'Għawdex ġieli jkollu jorqod l-aħħar lejl tal- vaganza tiegħu f 'lukanda f 'Malta biex ikun l-ajruport internazzjonali ta' Malta fil-ħin stipulat. Dan ifisser lejl akkommodazzjoni mitluf għal Għawdex. Il-GTA temmen li biex din is-sistema tkun waħda ġusta u li tkun tista' tiġi mħaddma b'mod effiċjenti u ġust, irid ta' bilfors li jkollha limitu bilanċjat, li jirrispetta l-esiġenzi ta' dawk li ma jitolbux għal priority boarding. Barra din l-inizjattiva l-Gozo Channel għandha tintroduċi sistema ta' seasonal ticketing għal matul id-diversi perjodi tas- sena. Bħala GTA għamilna proposti biex il-prezzijiet tal-biljetti jkunu jvarjaw skont dawn it-tliet perjodi: (i) Novembru sa Marzu, (ii) April, Mejju u Ottubru u (iii) Ġunju sa Settembru. Barra minn hekk il-Gozo Channel għandha tikkonsidra wkoll l-introduzzjoni tal-off peak tickets. Ryan Mercieca (president GUG) Bħala l-għaqda tal- istudenti u żgħażagħ Għawdxin naqblu mal- prinċipju ta' din l-inizjattiva. Din kienet proposta li bħala għaqda ressaqna lill-partiti qabel l-elezzjoni ġenerali għax fl-2012 konna għamilna sondaġġ fost l-istudenti u r-riżultat ħareġ b'maġġoranza sostanzjali ta' studenti li jaqblu u għalhekk kien dmir tagħna li naraw li din il-proposta titwettaq. Iżda bħala għaqda se nkunu qed insegwu kif se tiġi implimentata għax hu importanti ħafna li tiġi implimentata kif xieraq. Anke jekk hawn min jaħseb li lill-istudent Għawdxi ma tolqtux b'mod dirett, aħna l-ġenerazzjoni ġdida Għawdxija u għandna għall-interess tagħna dak kollu marbut ma' Għawdex. Nemmnu li din l-inizjattiva se tkun qed toffri servizz aħjar għal kull min jixtieq jiġi Għawdex, b'mod speċjali lill-Għawdxin, toffri serħan tal-moħħ lit-turist li jagħżel Għawdex u anke lill-investituri li jemmnu f 'Għawdex. Nemmnu li jrid ikun hemm limitu ta' kemm nies jagħmlu użu minnha f 'kull vjaġġ kif ukoll l-ħin li wieħed ikun jista' jibbukja. M'għandux ikun hemm aktar minn għoxrin karozza filwaqt li wieħed ma jistax jagħmel booking sa mhux aktar minn tliet kwarti qabel ma jitlaq il-vapur. Bħala servizz tal-Gozo Channel, nemmnu li għad baqa' progress sostanzjali xi jrid isir fejn b'mod immedjat il-Gozo Channel għandha tibda toffri servizzi bħal servizz ta' Wifi b'xejn u anke booking online. Carmelo Zammit (President Gozitan NGO Ass.) L-idea tal-priority boarding tista' taħdem billi tingħata biss lil dawk l-Għawdxin li jgħixu b'mod permanenti, mingħajr ebda distinzjoni u għalhekk dis-sistema m'għandhiex tinkludi lil dawk li ma joqogħdux Għawdex is-sena kollha jew inkella lil dawk li bidlu l-indirizz tal-karta tal-identità tagħhom fuq Għawdex għal konvenjenza personali tagħhom. Il-qsim minn Għawdex għal Malta u viċi versa hi l-uniku triq għall-Għawdxi biex jivjaġġa u għalhekk għandu jieħu prijorità mingħajr ma jħallas żejjed. Għalhekk nemmnu li naħa minnhom tal-vapur ikun dedikat għall-Għawdxin biss. U jekk ma jkunx hemm karozzi bl-Għawdxin biżżejjed allura jistgħu jitpoġġew karozzi oħra. Is-sistema kif jidher li se tkun qed tikklassifika liċ-ċittadin bejn dak li kapaċi jħallas u dak li ma jaffordjax iħallas u għalhekk jiġi umiljat. Paul Saliba (Tabib Għawdxi) Ma naqbilx għax nemmen li din hi diskriminatorja u tmur kontra l-ġustizzja soċjali. Il-Gozo Channel hi entità governattiva u għandha dimensjoni soċjali, hekk kienet u hekk għadha. Kieku kienet entità privata setgħu jagħmlu priority boarding imma din il-miżura mhux fl-interess tal- Għawdxin li l-maġġoranza tagħhom imorru Malta għax bilfors u mhux bi pjaċir. Issa jekk din se ssir, tal- inqas nissuġerixxi li biex tibbenefika minnha trid tkun l-Imġarr nofs siegħa qabel jitlaq il-vapur u mhux tmur fl-aħħar ħin u taqbeż il-kju u jitħalla xi ħadd l-art li jkun ilu jistenna nofs siegħa.