Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
0.90 13 ta' April 2014 • Nr 391 NEWSPAPER POST Ikompli fil-paġna ta' wara Tel: 2122 3999 WARA d-deċiżjoni tiegħu, Joe Cuschieri ġie mitlub jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu mill-partit u aċċetta li jerġa' jitfa' l-kandidatura tiegħu. Diriġenti għolja tal-partit talbuh biex jikkunsidra għax huma mħassba li ħafna Laburisti mhux bi ħsiebhom joħorġu jivvutaw. Infatti stħarriġ mill- gazzetta MaltaToday juri li 75% biss tal-Laburisti qalu li ser joħorġu jivvutaw fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Manwel Cuschieri li jiġi ħu Joe Cuschieri qed jattakka lil ħuh fuq Facebook. Manwel Cuschieri jidher li hu mweġġa' għall-mod kif ħuh ittratta l-każ ta' missieru li mid-dehra jinsab f 'dar tal-anzjani. Imma jidher li l-istorja ma waqfitx hawn. Safrattant fuq Facebook għamel referenzi ċari kontra ħuh u mhux hekk biss, qed jappoġġja l-kandidatura ta' Alfred Sant minflok ta' ħuh. Joseph Cuschieri kien tkellem ma' Ivan Bartolo fuq programm fuq Xejk u qal li l-partit ma kienx qed jappoġġjah u qal fil- pubbliku li ma kienx ser joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Ewropa. Fl-istħarriġ tal- MaltaToday jidher li Cuschieri ma għandux ċans jiġi elett. Ġlied bejn l-aħwa Cuschieri Cuschieri ġie mitlub jerġa' jikkontesta Cuschieri huwa magħruf bħala campaigner tajjeb iżda mhux mistenni li jiġi elett Manwel Cuschieri ilu sitt xhur ma jkellem lil ħuh Addoloxxenti jiddiskutu s-suwiċidju l-ħin kollu FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt "LADDOLOXXENTI Maltin jużaw Facebook biex jiddiskutu s-suwiċidju u dan mhux xi każ remot. Dan qed jiġri l-ħin kollu." Dan qalu Joe Cassar, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-edukazzjoni waqt il-programm Reporter. Kien qed jgħid dan meta ġie mistoqsi jekk wasalx iż-żmien li dan it-tabù jiġi diskuss. Dan intqal wara l-każ riċenti ta' Lisa Maria Zahra ta' ħmistax-il sena li ddomina l-aħbarijiet lokali għal dawn l-aħħar ġimgħat, u li bħalissa għaddej każ fuqu fil-qorti fejn Erin Tanti, għalliem ta' Zahra, qed jiġi akkużat b'omiċidju. Dan il-każ qanqal diskussjoni kbira u ħafna bdew jiddiskutu s-suġġett tas-suwiċidju, suġġett li normalment hu meqjus bħala tabù u li m'għandux jissemma' speċjalment fil-qasam tal- mezzi tax-xandir. Dan għaliex hemm min jemmen li aktar ma titkellem fuq is-suġġett aktar hemm iċ-ċans li oħrajn jieħdu ideat simili. Infatti din il-gazzetta hija infurmata li matul dawn il-jiem in-numru ta' suwiċidji kien aktar min- normal. Il-kandidati jċaqalqu posthom STĦARRIĠ li sar mill- MaltaToday jindika li l-MEP Marlene Mizzi ħadet spinta 'l fuq għat-tielet siġġu tal- Partit Laburista fil-Parlament Ewropew. L-istħarriġ li sar fl-aħħar jiem juri li Mizzi tirreġistra żieda fil-popolarità ta' 7% meta kkumparat max- xahar li għadda, u naqset id-distakk għal 2% biss taħt Miriam Dalli li għadha tokkupa t-tieni post. Cyrus Engerer, li sax-xahar li għadda kien fit-tielet post flimkien ma' Mizzi, tilef mill-appoġġ popolari fl-aħħar ġimgħat, possibilment wara li ppreżenta xi firem għal petizzjoni miġbura mill- kaċċaturi. L-eks Prim Ministru Alfred Sant u l-MEP Roberta Metsola baqgħu fl-ewwel post tal-partiti rispettivi tagħhom. Metsola baqgħet fl-istess livelli filwaqt li Sant kompla jżid il-popolarità tiegħu b'5%. Fil-kamp Nazzjonalista David Casa għadu fit-tieni post għalkemm ġie reġistrat xi tnaqqis. Għat-tielet siġġu Nazzjonalista mxew 'il quddiem Therese Comodini Cachia u Norman Vella, li ħadu post id-deputat Francis Zammit Dimech li sax-xahar li għadda kien għadu jokkupa t-tielet post. Marlene Mizzi Fl-aħħar jiem ir-rata ta' suwiċidju żdiedet