Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 17 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Demokrazija Nazzjonalista Il-Punt Mhux miri, imma azzjoni... SKONT il-miri tal-Unjoni Ewropea, in-numru ta' nies li jgħixu fil-faqar jew f 'riskju ta' faqar, kellu jonqos sostanzjalment sas-sena 2010. Minflok naqas, in-numru żdied. U issa l-Unjoni Ewropea stabbiliet miri ġodda li suppost għandhom jintlaħqu sas-sena 2020. Imma diġà jidher ċar, u dan qiegħda tammettih anke l-Kummissjoni Ewropea, li dawn il-miri mhumiex se jintlaħqu. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi. Imma fl-opinjoni tiegħi, raġuni ewlenija hija ħafna mill-gvernijiet tal- pajjiżi membri mhumiex jgħarfu kif jistgħu tal-inqas itaffu l-problema, jekk soluzzjoni tidher li għada fil- bogħod. Ħames snin ilu, tul il- kampanja tal-elezzjoni għall-Parlament kont għamilt wegħda lill-poplu Malti u Għawdxi li jekk jagħtini l-fiduċja kont se nagħmel ħilti biex nara li jkollna Ewropa aktar soċjali. Ewropa li taħdem aktar għal drittijiet indaqs għal kulħadd. Irrispettivament jekk hux mara jew raġel. Irrispettivament mit- twemmin tiegħu, kemm reliġjuż jew politiku, irrispettivament mill- orjentazzjoni sesswali tiegħu jew tagħha. Kont għamilt din il-wegħda għax kont konxja ta' kemm kien hawn, u għad hawn, nies li jgħixu fil-faqar jew f`riskju ta' faqar. Mhux biss f`pajjiżna, imma anke f 'pajjiżi oħra fl- Ewropa. U meta ngħid pajjiżi oħra fl-Ewropa, ma nkunx qiegħda nirreferi biss għal dawk il-pajjiżi qabel kienu jiffurmaw parti mill-Ewropa tal-Lvant, imma anke pajjiżi fil-punent tal-Ewropa li huma meqjusa fost l-aktar pajjiżi żviluppati. Kont għamilt din il-wegħda għax kont konxja ta' kemm kien hawn, u għad hawn, ħaddiema sfruttati b`'xogħol prekarju b'salarji miżeri u kundizzjonijiet tax-xogħol mill-agħar. Kont konxja wkoll ta' kemm kien hawn, u għad hawn nisa mċaħħda minn opportunitajiet indaqs. Kien għalhekk li tul is-sena li ilni membru tal-Parlament Ewropew ħtaft kull okkażjoni li kelli biex tkellimt u ħdimt favur id-drittijiet tan-nisa. Favur dawk li qegħdin jgħixu fil-faqar jew f`riskju ta' faqar u f 'esklużjoni soċjali. Favur id-drittijiet tal-ħaddiema, inkluż id-dritt li jkollhom mhux biss impjieg, imma impjieg diċenti. Il-miżuri ta' awsterità li l-Unjoni Ewropea ġiegħlet lil għadd ta' gvernijiet ta' pajjiżi membri biex idaħħlu propju minħabba problemi ekonomiċi u finanzjarji li dawn kienu, u għadhom iħabbtu wiċċhom magħhom. Ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħod infakkarkom fil- protesti kbar li saru fil-Greċja, fi Spanja u anke f 'pajjiżi oħrajn kontra dawn il-miżuri. Illum nistgħu ngħidu li kulħadd qiegħed jaqbel li dawn il-miżuri ma rnexxewx. Anzi fallew, u fallew bil- kbir għax wasslu għal sensji; wasslu għal aktar tbatijiet għall-ħaddiema u l-pensjonanti, u allura wasslu biex komplew żiedu n-numru ta' nies li jgħixu fil-faqar u f 'riskju ta' faqar. Dan kollu ġara għax għal snin twal, dawn il-pajjiżi kellhom gvernijiet li ma għarfux imexxu bil-għaqal. Kellhom gvernijiet li nefqu bl-addoċċ, bla ebda ppjanar. U l-konsegwenzi eventwalment kellhom ibatuhom iċ-ċittadini, bil- ħaddiema u l-familji tagħhom fuq quddiem nett. L-istess kien qiegħed jiġri f 'pajjiżna. Kellna gvern li kien qiegħed jonfoq bl-addoċċ bla ebda ppjanar ta' xejn. Kellna gvern li kien jiġi jaqa' u jqum minn dak li kien għaddej f 'kumpaniji suppost taħt il-kontroll tiegħu. Biżżejjed nirreferu għal dak li kien għaddej fl-Enemalta. Serq ta' miljuni kbar ta' ewro, biċ-ċittadini onesti jbatu l-konsegwenzi b'kontijiet tad-dawl u tal-ilma eseġerati u bil-Prim Ministru jivvota bil-qalb kontra traħħis tal- kontijiet. Illum l-istorja nbidlet. Propju minn dan ix-xahar, il-familji Maltin u Għawdxin bdew igawdu minn kontijiet orħos grazzi għat-twettiq tal- wegħda tal-Partit Laburista li ħaddieħor kien jgħid li ma setgħetx titwettaq, tant li kien sejħilha Alice in Wonderland. Bdew igawdu minn Childcare Facilities b'xejn ukoll. Fil-verità fil-ġlieda tiegħu biex jonqos il-faqar f 'pajjiżna, il-Gvern Laburista qiegħed imur aktar 'il bogħod minn dak li wiegħed. Il-Presidenza ta' Marie Louise Coleiro hija deċiżjoni oħra li ser twassal lil pajjiżna jkun l-għira ta' pajjiżi oħra. Ma nistax ma nfakkarx ukoll fl-inizjattiva fejn il- gvern għen finanzjarjament lil dawk it-tfal li qegħdin jgħixu fil-faqar u f 'riskju ta' faqar. Imma meta ngħidu għajnuna finanzjarja m'aħniex sempliċiment nitkellmu dwar flus fil-but li allura kulħadd jonfoqhom kif irid. Le, qegħdin nitkellmu fuq investiment għal ġejjieni ta' dawn it-tfal, għax dawn il-flus iridu jintefqu primarjament biex dawn it-tfal ikollhom l-opportunità jieħdu edukazzjoni bħal tfal oħrajn bit-tama wkoll li dawn it-tfal ma jibqgħux soċjalment esklużi. Hekk jimxi gvern bil-għaqal. Hekk qiegħed jimxi l-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Claudette Abela Baldacchino hija membru parlamentari Ewropew f 'isem il-Partit Laburista CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA LLKAP il-ġdid tal-PN intgħażel mill-istess pezza ta' dak ta' qablu. Jinstema' u jidher replika iżjed minfuħa biha nfisha mill- kap l-ieħor li kien jghid li "Hu l-gvern, Hu l-liġi." Skont il-mexxej il-ġdid, f 'demokrazija l-kap tal- Oppozizzjoni għandu dritt li jikkritika lill-gvern bla ma jkun suġġett li jaqla' kritika lura. Irid jobrom dak il-vantaġġ anti-demokratiku biex jiddefendi l-passat tal- poter Nazzjonalista, wara li l-partit tiegħu għamel 25 sena fil-gvern jifga leħen l-Oppożizzjoni Laburista, b'tattiċi fini li jduru mal- liġi bla ma jidhru jkasbru d-demokrazija. Jidher li jrid li jkun f 'liema naħa tal-kamra jkun, il-kap Nazzjonalista jkollu dritt jikkritika lill-avversarji kemm irid, bla ma ħadd ikollu dritt li jikkritika lilu lura, u bla ma qatt ikun miftuħ għall-kritika ġenerali ta' ħadd. Meta ggverna l-PN żamm ruħu 'l fuq mil-liġi u lil hinn mill-kritika, b'abbuż inviżibbli tal-poter amministrattiv. Issa qed jippretendi li anke meta jkun fl-oppożizzjoni, jżomm l-istess faċilità ta' manipular anti-demokratiku. Il-kap il-ġdid nesa li sadanittant għandna gvern progressiv li jemmen fid-demokrazija vera. Qed jurina li huwa fotokopja mkabbra tal-kap ta' qablu, li kellu pretenzjoni sopra-naturali meta ggverna b'maġġoranza parlamentari minima ta' nofs siġġu. Il-kap il-ġdid jidher li jrid jibqa' jinsisti li jkollu l-istess pretenzjoni ta' "jien il-gvern, jien il-liġi", meta jinsab fil-qagħda umiljanti ta' sfiduċja elettorali massiva, li ġabet fid-dubji, il-valuri u kredenzjali politiċi konservattivi tiegħu fix-xena demokratika moderna. Ma ridtx nemmen lil widnejja meta smajt lill- kap iħabbar dik it-teorija tiegħu tad-demokrazija, li hija diskriminatorja u fundamentalment anti- demokratika. Skont it- teorija l-ġdida, naħa waħda fil-parlament ikollha dritt tikkritika lill-oħra waqt li hi tkun protetta li ma tiġix kritikata. Dan il- privileġġ jingħata lin-naħa li titmexxa b'kompetenza ta' livell li jkun determinat u ġġudikat mill-PN f 'tal-Pietà. Din il-kwalità eċċellenti ta' meritokrazija tkun tapplika wkoll fil- ħatriet fuq bordijiet u entitajiet statali. Din tkun dejjem prerogattiva tal-PN, kemm meta jkun fil-Gvern u anke fl-Oppożizzjoni. Jiġifieri l-kap tal-PN ikun dejjem "il- gvern u l-liġi", u s-segwaċi Nazzjonalisti jkunu gradati bħala preferuti tal-allat skont il-meritokrazija tal- partit. Tgħid b'dawn il- pretenzjonijiet li jħassbuk, tal-PN iridu jilgħabuha tal-ħmir biex ma jħallsux dwana, jew qed ifittxu żvog biex isalvaw il-partit billi jiġbdu lura lill-partitarji akkaniti (hardliners) bħalma kien sar fis-snin tmenin bil-politika provokattiva tal-bulijiet tipo "hawn jien, suq", tal-famuż kapo l-ieħor, meta bħal-lum il-partit kien fiż-żmien ta' penitenza fl- Oppożizzjoni? YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014