Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 19 Mhux kwistjoni ta' kultura Ingliz, Maria Miller kellha trodd lura ammont sostanzjali ta' flus li ħadet għal self ta' ommha u missierha. Flejjes li kienet intitolata għalihom iżda li tqieset bħala talba esaġerata. Il-Kumitat tal-Kamra, ħass li ma kellux jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-istandards u minflok intalbet li trodd somma ħafna iżgħar. Dan il-każ, li wassal għar- riżenja ta' Maria Miller, ma setax ma jfakkarnix f 'dak l-episodju taż-żieda fl-onorarja li kien ħa l-Kabinett tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Kummissarju tal-Istandards Parlamentari ma kellniex, iżda stampa ħielsa għandna. Infatti kienet il- MaltaToday li kixfet din ix-xorta ta' irregolarità. Dakinhar tant kien evidenti li l-affarijiet ma sarux sewwa, li apparti ċ-ċensura tal-Awditur Ġenerali, il-flus li ttieħdu suppost intraddu lura. Hemm differenza waħda bejn il-każ ta' Miller u dak li ġara f 'pajjiżna. Fil-każ tagħna kulħadd baqa' fejn kien qisu ma ġara xejn! Għax hija kwistjoni ta' kultura. Issa liema l-aħjar miż-żewġ kulturi jekk hux tagħna jew dik Ingliża nħalli f 'idejn min irid jiġġudikaha. M'għandnix xi ngħidu, bħal ma jiġri dejjem, il-Partit Laburista Ingliż ma naqasx li jirkeb fuq il-mument, anke jekk fi żmien il-Gvern ta' Tony Blair, kien hemm diversi skandli u riżenji eċċellenti. Iżda din hija storja antika. Min fl-Oppożizzjoni jitkaża, hemm ċans tajjeb li jaqa' fil-każa jekk jagħmel bħalma għamel David Cameron fil-każ ta' Maria Milleri. Il-kritika li qiegħda ssir lil David Cameron mhux li l-Gvern tiegħu ma rreżenjax, iżda li minkejja dak li ħareġ, anke jekk Maria Miller instabet responsabbli ta' xi ħaġa minuri, li hu baqa' jiddefendiha. Anzi li kien għalih anke għattielha. Stramba, iżda Maria Miller ħarġet aktar ta' prinċipju mill- Prim Minsitru. Minkejja li ried iżommha hi għażlet li titlaq għaliex ma riditx li x-xogħol tal- Gvern ikun imfixkel mill-kritika li kienet qed issir. L-istampa qiegħda takkuża lil David Cameron li bħala Prim Ministru m'għamilx użu tajjeb mid-diskrezzjoni ta' ġudizzju tiegħu. Fi ftit kliem l-istampa u l-opinjoni pubblika qed takkużah li messu kien hu li talabha r-riżenja u mhux għamel minn kollox biex iżommha. Fi ftit kliem, l-opinjoni pubblika qed tgħid lil Cameron, "Inti trid tagħmel dak li messek tagħmel u mhux dak li jidhirlek inti meta jkollok kwistjoni ta' korrettezza fl- amministrazzjoni pubblika." F'Malta avvanzajna ħafna fejn tidħol it-trasparenza politika. Iżda l-mertu mhux prinċiplament tal-politiku iżda ta' istituzzjonijiet bħal ma huma l-Istampa, l-Awditur Ġenerali u anke l-Ombudsman. Ħafna drabi l-politiku jaqa' fit- tentazzjoni li jaħbi xi irregolarità meta jkun jaf li mhux ser jinqabad. Għalhekk Allaħares ma jkunux l-istituzzjonijiet li huma gwardjani li meta jaħdmu tajjeb, jew jitħallew jaħdmu tajjeb, jikxu ċertu affarijiet. Għalhekk huwa tajjeb li mal- liġijiet li diġà hemm ser ikun hemm tnejn oħra li ser ikomplu jħarsuna mill-politiċi abbużivi u jew li ma għandhomx dak il-grad ta' onestà meħtieġ fil- kamp politiku. Liġi minnhom hija dik tal-finanzjament tal- Partiti. Iżda hemm liġi oħra: dik tal-Kummissarju għall- Istandards Parlamentari. Din hija meħtieġa speċjalment wara dak li ġara f 'diversi okkażjonijiet fil-leġislatura ta' qabel. Fil-fatt din il-liġi dalwaqt ser tkun parti mill-liġijiet tagħna. Il-Kummissarju tal-Istandards ser ikollu sehem importanti mhux biss ser ikun ta' forza morali fuq il-komportament tal-politiku, iżda sabiex ukoll togħla l-kwalità tal-operat fil-Parlament, b'mod speċjali fejn tidħol attendenza u parteċipazzjoni parlamentari. Bil-Kummissarju għall- Istandards Parlamentari, dejjem jekk jingħata l-għodda meħtieġa u jkun hemm persuna adatta biex tokkupa din il-kariga, il-Membri Parlamentari tagħna ser ikunu reponsabbilizzati aktar. Iridu joqogħdu ħafna aktar attenti minn qabel. Iżda rridu ngħinu li dan l-uffiċċju tassew ikun effettiv. Ma rridux li jiġrilna kif ġara lil Awditur tal-Verifika fil-MEPA. Ried jaħdem u minflok tgħidx kemm fixkluh! Monti, illi kien argumenta li l-eżistenza ta' tali programmi jkollha effett ta' deterrent, ingħata raġun. Imbagħad għax-xiri ta' bonds itwal minn tliet snin, il-mekkaniżmu ta' stabilità Ewropea ser ikollu €700 biljun għad-disposizzjoni. Din il-ġimgħa, l-aħħar ostaklu għat- twettiq ta' dan il-mekkaniżmu ġie ssuperat għaliex nhar l-Erbgħa li għadda, il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża ma laqgħetx talba għall-ħruġ ta' mandat t'inibizzjoni li saret minn 37,000 ruħ sabiex il-president Ġermaniż ma jiffirmax l-att ta' rattifika tal-Ġermanja... Il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniż għad trid tagħti deċiżjoni aħħarija imma uriet fejn qed tħabbat il- qalb. Il-Qorti insistiet biss illi bl- ebda mod l-impenn finanzjarju Ġermaniż jaqbeż €190 biljun mingħajr ma jkun hemm l-approvazzjoni tal-parlament Ġermaniż... Nhar l-Erbgħa li għadda wkoll, il-president tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso ħabbar il-pjani tal-Kummissjoni sabiex is-superviżjoni tal-banek kollha fl-Unjoni, xi 6,000, jibda jsir mill-Bank Ċentrali Ewropew." L-artikli tiegħi ta' dawk iż-żminijiet kienu kronaka, nittama fidila u ċara, tal-kriżi li kienet għaddejja fiż-żona ewro. Għaddew sena u nofs u l-klima nbidlet radikalment. Xejn ma juri dan aktar mill-fatt illi nhar il-Ħamis li għadda l-Greċja rnexxielha għal ewwel darba f 'erba' snin tbiegħ il-bonds ta' skadenza medja tagħha fuq is-swieq finanzjarji. Mhux biss biegħet b'kemm jiswew €3 biljun f 'titli illi jagħlqu fi żmien ħames snin b'rata ta' mgħax li ħadd ma kien joħlomha sa ftit ilu ta' 4.95%, talli kien hemm domanda ta' €20 biljun għalihom. Ċertament aħbar tajba għal Greċja wara snin ta' awsterità li ġiet imposta mit-troika fil-qafas ta' żewġ programmi ta' bail-out li jinvolvu s-self ta' €246 biljun lil Greċja sal-2016 (ekwivalenti għal 135% tal-Prodott Gross Domestiku tas-sena l-oħra) u l-maħfra ta' €100 biljun fil-bidu tal-2012. Madankollu, dan il-bail-out sewa lill-ekonomija Griega kwart tal-PGD tagħha. Minkejja din il-ġenerożità mal- Greċja, id-dejn pubbliku tagħha tela' għal 175% tal-PGD u l-FMI qed jinsisti illi l-Ġreċja għandha bżonn ta' aktar għajnuna mill-kumplament taż-żona ewro. Madankollu, għalkemm għad fadal ħafna riformi illi l-gvern Grieg irid iwettaq, wieħed ma jistax ma jinnutax il-progress kbir li għamlet il-Ġreċja sabiex issir aktar kompetittiva. Kellha staġun tajjeb fit-turiżmu u għalqet is- sena b'surplus primarju (jiġifieri qabel ma wieħed jibda jħallas l-imgħaxijiet fuq is-self) ta' 1.5% tal-PGD. Il-Ġreċja, u l-pajjiżi oħra tal-periferija taż-żona ewro li kienu fl-inkwiet, wettqu programm ta' żvalutazzjoni interna (dik esterna m'għadhiex possibbli bil-bidla mill-munita nazzjonali għall-ewro) illi rrenduhom aktar kompettitivi. Anke fil-kumplament taż- żona ewro qed jonfoħ riħ aktar klementi. Tal-anqas skont l-investituri finanzjarji. Il-pajjiżi illi ħadu bail-out issa kollha reġgħu bdew jisselfu mis-swieq finanzjarji rritornaw u l-Irlanda diġà sselfet dak kollu meħtieġ għal din is-sena. Skond l-indiċi ta' Bank of America Merrill Lynch, fit-3 t'April li għadda, it- titli tal-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u Spanja (il-famużi PIIGS) kienu jirrendu 2.317%, l-anqas rata fl-istorja taż-żona ewro. Fis-26 ta' Lulju 2012, il-jum tad-destin meta Mario Draghi lissen il-famużi kliem illi l-Bank Ċentrali Ewropew kien ser jagħmel dak kollu li hemm bżonn sabiex jipproteġi l-ewro (skont analista tal-Financial Times l-aktar kliem importanti li tlissnu minn Ruman minn meta Ġulju Ċesri qal veni, vidi, vici!), ir-rata kienet ta' 6.02%, rata qajla sostenibbli għal dawn il-pajjiżi illi żgur ma kinux ikunu jistgħu jħallsu d-dejn tagħhom. Imma jkun żball enormi jekk wieħed jaħseb illi l-kriżi taż- żona ewro ntemmet. Il-fatt illi m'għadniex fi stat ta' emerġenza ma jfissirx illi kollox ward u żahar. Altru illi mhux hekk. Bl-azzjoni ta' Draghi, iż-żona ewro rebħet il-ħin sabiex tirristruttura l-ekonomiji morda tagħha u tibni strutturi ferm meħtieġa f 'din il-fażi inizjali tal-ewro. Każ partikulari huwa l-għaqda bankarja li trid issir u t-trasferiment tal-akbar sitt elef istituzzjoni finanzjarja Ewropea taħt is-superviżjoni diretta tal- Bank Ċentrali Ewropew. Dawn il-proċessi għadhom għaddejjin u anke hawn Malta l-Bank Ċentrali Ewropew qiegħed jifli l-kontijiet tal-akbar żewġ banek. Imma ftit li xejn għadna nassistu għall-urġenza illi konna naraw sena u nofs ilu sabiex iż-żona ewro titpoġġa fuq sisien soda. M'għadna nisimgħu xejn dwar il-Patt Fiskali u sa fejn naf jien, pajjiżna għadu l-anqas ma rratifikah. Skiet perfett minn kulħadd għalkemm din il-kolonna mhix daqshekk imdejqa għaliex dejjem kienent xettika kemm dan il-Patt jista' jaħdem. Hu x'inhu l-każ, ikun traġiku jekk il-politiċi jaħsbu illi ż-żona ewro m'għadx hemm ħtieġa ta' bini istituzzjonali u ta' riformi strutturali fl- ekonomiji nazzjonali. Dan japplika wkoll għall-pajjiżna fejn din il-ġimgħa l-gvernatur tal-Bank Ċentrali għadda osservazzjoni ferm f 'waqtha li rridu noqogħdu dejjem attenti li nseddqu l-kompetittività tagħna speċjalment fid-dawl tal-isforzi li qed jagħmlu l-pajjiżi l-oħra tal-periferija taż-żona ewro f 'dan is-sens. Għalkemm is-swieq finanzjarji kkalmaw, ir-ritmu ta' tkabbir ekonomiku fiż-żona ewro baqa' ferm kajman u r-rata ta' qgħad baqgħet ferm għolja f 'ħafna pajjiżi. Ir-rata tal- qgħad fil-Ġreċja niżlet b'0.5% f 'Jannar 2014 mix-xahar ta' qabel imma għadha ferm għolja, 26.7% bħalma hi dik ta' Spanja mentri dik Taljana laħqet 13%. It-tkabbir ekonomiku limitat li qed ikun hemm ġej mill-esportazzjoni għaliex id- domanda domestika għadha ferm fjakka. Ir-riżultat hu nkwiet ġdid għaż-żona ewro peress li r-rata ta' inflazzjoni niżlet għal 0.5% meta t-tir tal-Bank Ċentrali Ewropew (B.Ċ.E.) hu ta' 2%, dak ta' deflazzjoni. Christine Lagarde tal-IMF (li tidher li trid tidħol flok Barroso jew Van Rompuy meta jiskadi t-terminu tal-Kummissjoni preżenti ftit xhur oħra) wissiet lill-B.Ċ.E. illi trid tevita l-periklu ta' deflazzjoni illi jiskoraġixxi n-nies milli jonfqu għax ikunu qed jistennew illi l-prezzijiet ser jorħsu aktar. Minkejja li Draghi mid-dehra tfantas li s-sabiħa Christine qiegħda tagħmel kampanja elettorali minn fuq dahar il- B.Ċ.E., fil-konferenza stampa tal-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, ħabbar il-Bord tal-B.Ċ.E. kien iddiskutha anke dak li ħadd ma kien joħlom sa ftit ilu minħabba l-oppożizzjoni Ġermaniża: ix-xiri ta' titli ta' gvernijiet fi programm magħruf bħala "quantitative easing" kif il-Fed Amerikan u l-Bank of England ilhom jagħmlu. Draghi qal li l-Bord kien unanimu (jiġifieri anke l-Ġermaniżi qablu) illi l-B.Ċ.E. lesti li jirrikorri għall- miżuri "mhux konvenzjonali" sabiex joqtol id-dragun l-ġdid li tfaċċa fuq ix-xefaq. Miżura li tista' tfisser ix-xiri ta' €1 triljun ta' titli fix-xhur li ġejjin! Kos hu, tisma' fuq kollox fil-kampanja li għaddejja għall- Parlament Ewropew f 'pajjiżna ħlief fuq l-affarijiet li ktibt fuqhom! Kulħadd jista' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu. Segwuni fuq Twitter - @ ellisjoseph U quddiem ir-riti l-ġodda, suriet qodma jispiċċaw