Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 13 ta' April 2014 SPORTSillum SPORTSillum Rabat A ...................1 Vittoriosa S ..............2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars żammew it-tamiet tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni ħajjin wara li dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Rabat Ajax. L-iStars kienu mingħajr Leonardo Torri u Jose Filipe Aguiar li kienu sospiżi waqt li Gilbert Martin u Dylan Falzon kienu neqsin minħabba li huma mweġġa'. Min-naħa l-oħra Rabat Ajax kellhom lil Dani Pelaez Bellido u Adam Smeir neqsin minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury. Il- Magpies ħarġu fuq l-offensiva u rnexxielhom jiftħu l-iskor wara biss 7 minuti logħob meta Ryan Micallef twaqqa' fil-kaxxa minn Clive Brincat u l-istess attakkant ta' Rabat Ajax mill-11-il metru ma żbaljax. Man-nofs siegħa logħob il-Magpies setgħu faċilment irduppjaw l-iskor iżda Clive Brincat kien sfortunat li laqat il-wieqfa permezz ta' daqqa ta' ras wara li kien irċieva minn freekick ta' Oscar Guerrero. Żewġ minuti biss wara Vittoriosa Stars ġabu l-iskor indaqs grazzi għal xutt angulat ta' Marcelo Pereira li kien biss parzjalment salvat minn Pavle Velimirovic. Il-Ġirbin marru fil-vantaġġ fit-43 minuta meta wara li rċieva minn kross mil-lemin, Marcelo Pereira dar ma' difensur Rabti qabel għeleb lill-goalkeeper ta' Rabat Ajax. Ftit wara cross-shot ta' Jonathan Bajada mix-xellug kważi ssorprenda lil Mario Muscat li dawwar il-ballun f 'corner b'diffikultà. Rabat A. - Velimirovic, Gauci, D. Azzopardi, Tanti, Carapic, Caruana, Carrillo Pendas, Oproiescu, (Borg 78'), Micallef (A. Azzopardi 52'), Licari (Vella 78'), Bajada Vittoriosa S. - Muscat, Spiteri, Sammut (Vella Critien 66'), Samir Arab, Pereira, Guerrero, Sidibe, Siraj Arab Eddin (Camilleri 62'), Arriagada Mella (Barbara 83'), Brincat, Buttigieg Referee - Philip Farrugia Ritratt: Ray Attard MARCELO PEREIRA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-6 ta' Settembru 1981 fi Brasilia fil-Brażil Ingħaqad ma' Vittoriosa Stars f'Lulju tal-2011 Wasal Malta fis-sajf tal-2007 fejn qabel Vittoriosa Stars, lagħab ukoll ma' Mqabba, Marsaxlokk u Ħamrun Spartans Vittoriosa jżommu t-tamiet tagħhom ħajjin Ġlieda għall-ballun l-konfront bejn Rabat Ajax u Vittoriosa Stars

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014