Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 C hris Agius ilu involut l-politika ħafna snin u ġie elett l-ewwel darba -1996 meta tela' l-partit Laburista l- gvern immexxi minn Dr Alfred Sant. Fl-aħħar elezzjoni ġie elett permezz ta' elezzjoni każwali u għaldaqstant qatt ma ppretenda li jkun mgħajjat mill-Prim Ministru biex jingħata xi inkarigu uċjali. X'kienu l-ewwel ħsibijiet tiegħek kif ġejt mgħarraf mill-Prim Ministru li ser jagħtik din il- kariga? Kont ippreparat biex nara logħba futbol id-dar meta f 'daqqa waħda permezz tal-webportal MaltaToday bdejt insegwi l-aħbar li l-Prim Ministru kien qiegħed il-Girgenti u li kien hemm numru ta' kollegi li kienu qed jiġu mgħajta sabiex ikellimhom. Bdejt insegwi kif wieħed wara l-ieħor kienu deħlin u wara ċertu ħin assumejt li la ma kontx għadni smajt xejn, kont se nkompli nsegwi l-logħba iżda fil-pront irċevejt telefonata, il-Prim Ministru xtaq ikellimni immedjatament. Inħsadt għax għalkemm il-Prim Ministru kien qalli biex inkun ippreparat għal kull eventwalità, nigdeb jekk ngħid li ma bdejtx nirtogħod. Tlaqt kollox minn idejja u b'eċitament liema bħalu u elf ħsieb ieħor għaddej minn moħħi wasalt il-Girgenti. X'kont tagħmel kieku l-Prim Ministru offrielek xi dekasteru ieħor flok dak li fil-fatt tak? Il-Prim Ministru jafni sew lili u kont ċert li jekk se joffrili xi ħaġa kienet se tkun xi ħaġa li se tkun fil- kompetenza tiegħi kif fil-fatt ġara. X'ġara malli wasalt? Hekk kif wasalt insib lill-kollega Dr Justyne Caruana ħierġa bi tbissima. Kemm fraħtilha u ħadtilha b'idejha u dħalt immedjatament ħdejn il-Prim Ministru li kien qed jistennieni. Sejjaħli kif jafni kulħadd bħala Wefi u talabni npoġġi. Hemmhekk infurmani li se joffrili d-dekasteru li għandi llum u qalli li hu jemmen li jien se nagħmel biċċa xogħol tajba. Saħaq miegħi li jekk ikolli xi diffikultà, dejjem hemm fejn u min nistaqsi. Ma domniex aktar minn ftit minuti. Irringrazzjajtu u bħal ma dħalt eċitat, hekk ukoll erġajt ħriġt. Kien hemm numru ta' ġurnalisti imma ma tajt l-ebda kumment għax ħassejt li dak hu kompitu tal-Prim Ministru biex iħabbar dak li kien qed iseħħ però sakemm wasalt id-dar, it-telefon kien diġà beda jdoqq għax l-aħbar kienet diġà ħarġet. Diġà kont il-kelliem tal-Partit "Se nżomm f 'moħħi li das-siġġu mhux etern" Chris Agius dwar il- ħatra ġdida tiegħu, il-mogħdija li se jaqbad u l-proġetti għall-pajjiż żgħir b'potenzjal kbir Twieled, għex u trabba Bormla Jafuh bħala l-Wefi Sportiv Miżżewweġ u għandu 3 itfal Ġie elett l-ewwel darba fil- Parlament fl-elezzjoni tal-1996 Chris Aguis Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014