Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633
Il-Ħadd 13 ta' April 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt X emx u xita, ta' kuljum il-ġurnalisti jridu jiġru minn post għall- ieħor biex ilaħħqu mal-appuntamenti tal-ġurnata. Illum m'għadhiex possibbli li ġurnalisti jieħdu noti u jmorru lura jiktbu r-rappurtaġġ bil-kwiet l-kmamar tal-aħbarijiet rispettivi tagħhom. Id-dinja diġitali li qed ngħixu ha tirrikjedi li l-informazzjoni titwassal lill-qarrej immedjatament. Illum, min joħroġ l-aħbar l-ewwel, jieħu punt u ċapċipa! Biex il-poplu jkun jaf x'qed jagħmel il-gvern, l-uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll il- Ministeri kollha, għandhom għad- dispożizzjoni tagħhom sezzjonijiet fi ħdanhom li jaħdmu speċifikament sabiex iwasslu l-messaġġ ta' ħidmet il-gvern u l-ministri lil mezzi tax- xandir. L-għan aħħari jkun li dan il-messaġġ finalment jasal għand il- poplu. L-istess isir anke mill-kamp tal-oppożizzjoni. Ta' kuljum isiru diversi konferenzi stampa f'ħinijiet u postijiet diversi fejn tingħata informazzjoni lil ġurnalisti. Matul l-aħħar snin, li twassal il-messaġġ waqt konferenza stampa, żviluppa wkoll b'mod 'kreattiv' li mhux neċessarjament dejjem ikun ta' għajnuna speċjalment għal min irid imur jagħmel ir-rapurtaġġ. Konferenzi stampa f'uffiċini bilqiegħda fuq siġġu dejjem huma aħjar għal min irid isegwi dak li qed jingħad u jikteb dwaru. Mhux l-istess jista' jingħad għal konferenzi stampa li qed isiru ma' kullimkien, inkluż f'toroq b'nies u traffiku għaddej madwar il-kelliema u l-ġurnalisti bilwieqfa li b'xi mod iridu jisimgħu, jistaqsu, jiktbu u jirrapportaw. Mhux kull suġġett ikun interessanti għar-rapurtaġġ u hija tedjanti meta l-ġurnalist irid jirrapporta l-botti u r-risposti bejn iż-żewġ partiti jew inkella jisma' tgħawwiġ ta' fatti u figuri biex sempliċiment dak li jkun jidher aħjar jew li qed iżomm ruħu impenjat. Hija wkoll prattika normali li ċerti ħinijiet ma jinżammux u l-konferenzi jibdew tard b'detriment għal ġurnalist li jkollu appuntamenti oħra ppjanati fil-ġurnata u li jispiċċa ma jlaħħaqhomx. Iżda fost l-aktar każijiet riċenti, kien hemm it- tħabbira tat-tibdil fil-kabinett fejn il-ġurnalisti tħallew jistennew barra l-palazz tal-Girgenti qishom xi parassiti. Kienet ukoll umiljanti għal ġurnalisti li wara li ġew mgħajta u tħallew jistennew barra għal ħin twil, intbagħtulhom ftit gallettini u luminata biex jitrejqu filwaqt li l-informazzjoni ħarget ċlikki ċlikki permezz tal-mezzi soċjali. Hija inaċċettabbli li dawn l-affarijiet qed jiġu organizzati minn nies stess li sa ftit ilu kienu ġurnalisti huma stess u li llum qed jokkupaw karigi ta' uffiċjali tal- komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi. Dawn in-nies suppost li jafu ferm aħjar u żgur li bi ftit tal-ħsieb jistgħu jagħmlu l-ħajja ftit aktar faċli għall-ġurnalisti waqt il- qadi ta' dmirijiethom. Il-konferenzi stampa!