Illum previous editions

illum 13 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/294633

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 13 ta' April 2014 Sfidi FILJIEM li għaddew kelli l-opportunità li nżur diversi postijiet tax-xogħol f 'Għawdex. Fosthom iltqajt ma' Pisani Woodworks, Ipurfina, The Blacksmith, Apap John Furniture u Carefree Furniture. Kull wieħed u waħda minn dawn il-kumpaniji għandhom il-potenzjal li jħaddmu sa massimu t'10 persuni iżda n-numru ta' impjegati magħhom huwa ferm inqas minn hekk. Allura staqsejt għaliex. Il-messaġġ tagħhom kien wieħed ċar. "Irridu naħdmu, għandna x-xogħol madanakollu għandna bżonn l-impjegati mħarrġa. Il-messaġġ li tawni dawn il-fabbriki ta' daqs żgħir f 'Għawdex huwa l-istess messaġġ li rċevejt f 'Malta mingħand sidien ta' postijiet tax-xogħol li jħaddmu kemxejn aktar ħaddiema. Jirriżulta li waħda mill- isfidi li qed niffaċjaw bħala gżira, Għawdex aktar minn Malta, huwa t-taħriġ tal- ħaddiema, l-aktar tal- istudenti li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol imma qed isibuha diffiċli jagħmlu l-bidla mill-bank tal-iskola għall-bank tax-xogħol. Nemmen li din ir-realtà jeħtieġ li tiġi indirizzata kif fil-fatt bdiet tiġi indirizzata mill-Gvern tal-ġurnata. L-MCAST qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna għaliex qed ihejji l-istudenti għax- xogħol tal-lum u t'għada. Madanakollu f 'pajjiżna għad għandna industriji li tradizzjonalment kienu jattiraw lejhom ħafna impjiegi imma llum naqsu fl-importanza b'konsegwenza li naqas it- taħriġ u min iħaddem qed jiffaċja realtà ta' nuqqas ta' riżors uman. Fost l-aktar industriji li qed jiffaċjaw problema ta' riżors uman insibu dawk l-industriji tradizzjonali bħal tal- mechanic, tal-penal beater, il-ħaddied u t-tapizzar. Dawn huma industriji li għadhom preżenti f 'pajjiżna u jeħtieġ li jiġu sostnuti biex bħal ħaddieħor ikomplu jimirħu fl-opportunitajiet tagħhom. Nemmen li l-inizjattiva tal- Gvern li tindirizza t-taħriġ fost l-istudenti hija tajba u jeħtieġ li tkompli tikber u titjieb. Fil-fatt fil-jiem li għaddew il-Gvern ħabbar li mat- tmenin kumpanija daħlu fi skema biex jipprovdu opportunità lil 730 apprentistat biex jiksbu esperjenza diretta fuq is-suq tax-xogħol. Permezz ta' din l-iskema, bil-għajnuna tal-MCAST u l-Jobs+, il- Gvern ser ikun qed joffri lil min iħaddem deduzzjoni ta' €600 għal kull work placement u €1,200 għal kull apprentistat li jdaħħal miegħu. Permezz ta' dawn il-programmi u programmi oħra ta' taħriġ u allowance ta' €25 fil-ġimgħa għal dawk li jaqilgħu inqas minn €300 fil-ġimgħa għandhom l-għan li jintroduċu aktar ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Biex nindirizza dan il- qasam, li għaliha huwa prijorità, sehmi fil- Parlament Ewropew ser jikkumplimenta x-xogħol tal-Gvern Malti biex nattiraw lejn pajjiżna aktar fondi mmirati għat-taħriġ. It-taħriġ, għalija, huwa ċ-ċavetta tal-ħajja. Nemmen li għandna bżonn nagħmlu sforz akbar lejn dawk l-istudenti żgħażagħ li jridu jidħol fid-dinja tax-xogħol imma qed isibuha diffiċli minħabba n-nuqqas ta' taħriġ. B'fondi speċjali li jaqgħu taħt il-Fond Soċjali Ewropew Malta tista' tagħmel bħal dak li għamlu pajjiżi oħra fosthom il-Ġermanja, l-Awstrija, id-Danimarka, in-Norveġja, l-Olanda u l-Isvezja fejn hemmhekk it-transizzjoni tal-istudent mid-dinja tal-istudji għad- dinja tax-xogħol hija fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. B'dan kollu f 'moħħi l-għan tagħna lkoll għandu jkun li ninvestu f 'aktar fit- taħriġ tal-ħaddiema biex inkattru l-innovazzjoni u l-kreattività. Fuq kollox sehemna fil-Parlament Ewropew irid ikun li nkattru Ewropa soċjali għaċ-ċittadin. Ewropa soċjali li tpoġġi fil-mira tagħha l-opportunitajiet u mhux l-awsterità… Ewropa li ma tħalli lil ħadd jaqa' lura… Ewropa li fi kriżi finanzanjarja ma tippenalizzax lil min lanqas li għandu jiġi ppenalizzat. Għalhekk il-ħolqien ta' xogħol ta' kwalità b'taħriġ ta' kwalità għandu jkun l-prijorità tagħna lkoll… kull ħin u kull mument. L-għażla tal-24 ta' Mejju trid tkun primarjament motivata fuq min kapaċi li joħloq xogħol ta' kwalità f 'pajjiżna. F'pajjiżna, bl-attitudni tiegħu ta' Gvern pro business, il-Gvern fl-ewwel 10 xhur tas-sena ħoloq klima biex inkattru l-impjiegi tant li f 'dan il-perjodu nħolqu 5,000 impjieg ġdid... fil- maġġoranza tagħhom full time. Fl-istess ħin qed naħsbu f 'dawk li jaqgħu lura bħall-garanzija taż- żgħażagħ, l-Employment Aid Programme u l-iskema tal-apprentistat. Xogħolna fil-Parlament Ewropew issa jrid jikkumplimenta dak tal- Gvern Malti biex niġbdu lejna aktar negozju, inkabbru l-ekonomija u naħsbu f 'dawk li jaqgħu lura. Fuq kollox irridu naħdmu biex ikollna tkabbir ekonomiku li jkun sostenibbli billi nagħtu spinta ġdida lill-istrateġija Ewropa 2020 li fl-aħħar snin ħadet daqqa ta' ħarta propju minħabba l-kriżi ekonomika. Charlon Gouder hu kandidat għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista CHARLON GOUDER Evarist Bartolo f 'Reporter ILMINISTRU tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo se jkun il-mistieden ta' Saviour Balzan fil- programm Reporter li jixxandar għada fis-6.55pm fuq TVM. Il-programm se jiddiskuti, fost l-oħrajn, il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi revokat l-Avviż Legali li jagħti poter lill- Ministru sabiex ikollu aċċess għall-informazzjoni fuq l-istudenti minn meta jidħlu fis-sistema edukattiva sal- mument li joħorġu minnha. X'se jsir mill-informazzjoni li tinġabar u x'inhu li qed iħasseb lill-ġenituri fuq din it-tema? X'tip ta' riċerka se jkun qed jagħmel il-Ministru b'din l-informazzjoni kollha f 'idejh? Jieħdu sehem ukoll fid- diskussjoni d-Deputat Parlamentari Dr Joe Cassar f 'isem il-Partit Nazzjonalista u s-Sur Mario Mallia, kelliem dwar l-edukazzjoni f 'isem l-Alternattiva Demokratika. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il- programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. !"#$%&#'()#'*+,-'%) ./-01)#'2)3$4#&-&/#)#'1#)!55&6)7/0'8&)99) ! "#$%&'()&*!&+,#-.+(!&+/0+!1)!23+(!)Ʃ.2!67!&+8!$9()1!:;67!<5(!&)99=>>1)?+!1)<&+!&+1# +991)?+@@.'2).)5&!/+1),)!=!)2/+1),)!=!(#()0=1&+&!&+1#9=2&)!1)!A+>=!1#+991)?+2&)!&+B&!$//)0! C=D(=!EEF!!-)2!)1#1)<&+!<5(!&?=2!GB+11#%)()!H)!::!4()I!J)5&('!K1'()+2)!K1'()+2+!=!H8LB+%,5M! H)!:N!4()I!O2()P'!Q)@@)!R)P&'()+S!>5.2!)&#TF;;!=!1#66FU;!&+8!H)1#GB',=S!<+!23+(!)Ʃ.2!:6! &+8!$9()1!:;67F!!! !! Q)2!D+!.+I>)1M!D+1#9=2&)!D'GB&).+!.5%!D+V!M)!,5W)0.'2)!D5B=,3+S!.)<&+V!.+GBD51! 'AA5@@.'2)!H=I!H'(D'1+!9(5+!D)11#)<&5<!D)5GB=!2#2=D(=!&+1#+991)?+@@.'2)F! ! Q+!&)A)!??=2<),(+&+!1#5>,+!'AA5@@.'2)!&+B&!1#5>,+!W)(?=<&+2@+!%+(+!1#66FU;!&+8!H)1#GB',=! &+1#:6!&+8!$9()1!:;67F!!! ! ! ! Reporter jixxandar għada fis-6.55pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 April 2014