Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 11 22 sena mal-Papa Ġwanni Pawlu II x'ngħidu?' u l-pontifikat ta' Ġwanni Pawlu II kellu ħafna xi jgħid. Kien għalhekk li konna ngħidu dak kollu li kellna b'mod proattiv. Ir-riżultat aħħari kien il- faxxinu li l-opinjoni pubblika dinjija kellha lejn Ġwanni Pawlu II u lejn il-valuri tal- pontifikat li akkumpanjawh sa mewtu u anke wara t-telfa tiegħu! Meta tlabtu jikkummentali dwar xi memorji personali li għandu dwar Ġwanni Pawlu II, qalli li l-memorji ta' rapport li dam aktar minn tnejn u għoxrin sena huma ħafna. Iddeskriva lill-Papa bħala persuna b'livell għoli ta' umoriżmu u bniedem li wieħed seta' jidħak miegħu faċilment. Jisħaq li anke meta kien mifni bil-mard li ħakmu, xorta waħda kien ikun ferħan u dejjem f 'burdata tajba. Ġwanni Pawli II kellu karattru straordinarju u kien jimpressjonani wkoll bil-livell għoli ta' xogħol li kien jgħaddi minnu kuljum. Kien persuna li litteralment ma kienx jaf kif jaħli minuta. Qatt ma ħela ħin! Fl-istess waqt qatt ma kien mgħaġġel f 'dak li jkun qed jagħmel. Dawn huma żewġ kundizzjonijiet li jidhru inkompatibbli li jkunu viċin xulxin imma hekk kien il-Papa. Kien jgħaddi minn xogħol għall-ieħor u jibqa' kalm u seren. Qatt ma wera xi eċitament għal dak li kien ikun qiegħed jagħmel. Id- dixxiplina kienet iċ-ċavetta prinċipali li ppermettietlu jagħmel dak ix-xogħol enormi tul il-pontifikat twil li kellu. Ma stajtx ma nsaqsihx jekk qattx ra lill-Papa jirrabja. Weġibni li l-Papa kien jirrabja ferm meta tintuża l-inumanità fuq il-bniedem, vjolenza fiżika u morali waqt xi gwerra jew meta kienu jiġu mkasbra d-drittijiet tal-bniedem. Għalih, il- vjolenza kienet bħala dagħwa kontra Alla. Jgħidli li jiftakar diversi okkażjonijiet tul il-pontifikat tiegħu bħalma kienu l-gwerra fil-Balkani, il-gwerra fil-Lebanon u fl- Iraq. Saħaq miegħi li l-Papa kien jibqa' sal-aħħar jipprova jibdel dawn is-sitwazzjonijiet diplomatiċi u li ġieli kien jintervjeni direttament mal-mexxejja dinjin, bħal Presidenti tal-Istati Uniti u anke ma' Saddam Hussein. Kien anke bagħat lin-Nunzju tiegħu fl-Iraq minħabba li dawn kienu sitwazzjonijiet kienu jħasbuh u jirrabjawh. Navarro-Valls ikkummenta fuq is-sofferenza li għadda minnha l-Papa fi xjuħitu. Qal li l-Papa sofra ħafna sa minn kmieni f 'ħajtu. "Meta kien għadu seminarista żagħżugħ, Karol Wojtyla kien diġà tilef lill-familja tiegħu kollha. L-attakk li kien seħħ fuq il-Papa fi Pjazza San Pietru kien ikkawżalu wġigħ brutali." Navarro-Valls jiftakar ukoll l-aħħar jiem ta' Ġwanni Pawlu II fuq din l-art fejn kien iqattagħhom f 'kamartu. Il-Papa kien jemmen li l-bniedem għandu joffri s-sofferenza lil Alla bħala redenzjoni għalih u għall-oħrajn. Ma naqasx li jikkummenta dwar l-ammirazzjoni kbira li kellu Ġwanni Pawlu lejn il-Madonna. "Kienet ħaġa sabiħa u stupenda. Ġwanni Pawlu II kien jitlob lil Marija, kien jafda f 'Marija u kien jaf it-teoloġija kollha tal-Marjoloġija kif isejħulha l-esperti." Dwar il-laqgħa bejn il-Papa Ġwanni Pawlu II u Mikhail Gorbachev, Navarro-Valls qalli li fl- 1988 hu kien mibgħut f 'Moska mal-Kardinal Casaroli sabiex iwasslu l-ittra personali tal-Papa lill-President Gorbachev li dak iż-żmien kien President tal-Unjoni Sovjetika, President tal-Politburo u Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista. Jirrakkonta li meta ltaqgħu kellhom laqgħa twila, it-tnejn li huma dehru rilassati u kuntenti wara li ntemmet. Jiftakar lill-Papa jgħid li Gorbachev jidher li hu bniedem ta' prinċipji. Minn hemm li d-dinja għaddiet minn bidla storika li bidlet il-ħajja ta' miljuni ta' persuni u fuq kollox il- miraklu kien li din il-bidla seħħet mingħajr ebda tixrid tad-demm. Tkellimna wkoll dwar l-ittra li Ġwanni Pawlu kien kiteb lil Leonid Breshnev u hawnhekk Navarro- Valls fakkarni li kienu żminijiet diffiċli. Żmien fejn Solidarnosc kienet saret moviment nazzjonali fil-Polonja b'għexieren ta' miljuni ta' membri jsegwuha. Jgħidli li l-qawwiet tal- Punent kienu ċerti li r-Russja kienet ser tinvadi lill-Polonja. F'din il-klima Ġwanni Pawlu kien kiteb ittra privata lill-President Russu Leonid Breszhnev liema ittra qatt ma kienet ippubblikata lill-mezzi tax-xandir internazzjonali. Breszhnev qatt ma rrisponda lill-Papa imma l-invażjoni Russa fil-Polonja qatt ma seħħet. Finalment staqsejt lil Joaquin Navarro-Valls għaliex Karol Wojtyla hu qaddis. Dlonk weġibni li Ġwanni Pawlu II hu qaddis għal raġuni sempliċi ħafna. Kien persuna li tul ħajtu dejjem kien kapaċi jgħid iva għat-talbiet kollha li rċieva mingħand Alla. Din hija qdusija. Kull bniedem, meta jirċievi l-ħajja, jirċievi wkoll numru ta' possibilitajiet li jkollu jiżviluppa spiritwalment u li jwassluh għat-tjubija. It-talenti li rċieva Ġwanni Pawlu II minn Alla żviluppahom anke bl-għajnuna tiegħu stess. Qalli finalment li ħafna nies għadhom jistaqsuh x'kien il-kapolavur ta' Ġwanni Pawlu II u li r-risposta tiegħu dejjem tibqa' li kemm bħala bniedem u kemm bħala l-Mexxej tal-Knisja, Ġwanni Pawli II dejjem aċċetta r-rieda t'Alla. Joaquin Navarro-Valls Twieled Spanja fl-1936 u ggradwa l-ewwel bħala tabib u psikjatra u wara bħala ġurnalist. Fl-1984 ġie appuntat mill-Papa Ġwanni Pawlu II bħala l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Vatikan, kariga li żamm għal 22 sena. Joaquin Navarro Valls jitkellem bl-Ispanjol, Ingliż, Taljan u Franċiż. Hu jistqarr li ma kinitx diffiċli għalih li bħala numerarju tal- Opus Dei, għażel volontarjament ħajja ta' ċelibat bħala l-istil ta' ħajtu. Dan għamlu għax jemmen li fil-ħajja dejjem hemm xi ħaġa li għandek tħalli warajk. Jistqarr li hemm min jagħżel li jħalli l-ulied u min jagħżel li jħalli warajh ideat ġodda. "Id-dixxiplina kienet iċ-ċavetta prinċipali li ppermettietlu jagħmel dak ix-xogħol enormi tul il-pontifikat twil li kellu" Frank Zammit fil-laqgħa tiegħu ma' Joaquin Navarro-Valls

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014