Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt W ara it aktar minn sena mill- elezzjoni ġenerali li ntrebħet mill- partit Laburista, Malta reġgħet tinsab lejliet elezzjoni oħra, dik tal-parlament Ewropew. Elezzjoni li għandha twassal sabiex il-poplu Malti jeleġġi s-sitt membri li ser jirrappreżentawh l-parlament Ewropew. Iżda s-sensazzjoni tal- elettorat Malti hi li qed jerġa' jgħix kwazi ħames ġimgħat ta' elezzjoni daqs li kieku l-partit li jerbaħ se jieħu f 'idejh il-mandat tal-gvern Malti. Erġajna qed nassistu għal kampanja politika ta' konferenzi stampa kuljum u laqgħat ta' djalogu kif ukoll rallies biex kulħadd juri s-saħħa politika tiegħu. Min-naħa tal-partit Laburista fil-gvern, qed nassistu għal kampanja li l-mira aħħarija hi li jżomm kemm jista' d-distakk ta' vantaġġ li kiseb fl-aħħar elezzjoni fuq il-partit Nazzjonalista filwaqt li l-Prim Ministru diġà ddikjara li l-partit tiegħu huwa l-underdog f'din it-tellieqa. Joseph Muscat qed ifakkar lin-nies li kulħadd qed jgħix ħajja aħjar mill-elezzjoni tal-2013 lil hawn. Qed jinsisti wkoll li min hu mfantas mal-gvern tiegħu għax ma ħax dak li ried, xorta għandu joħroġ jivvota lill-partit Laburista. Min-naħa tal-partit Nazzjonalista, Simon Busuttil ukoll qed jinsisti li l-partit tiegħu qiegħed fl-iżvataġġ u mal-ftuħ tal-kampanja ddikjara li tagħhom se tkun kampanja modesta. Kampanja li qed tkun organizzata bi spejjeż minimi wara li l-partit hu mifhum li għandu djun kbar u nuqqas ta' riżorsi. Għal Simon Busuttil din se tkun ukoll l-ewwel elezzjoni fejn hu qiegħed fit-tmun tal-partit. Diġà għamilha ċara li se tkun impossibli li jitnaqqas drastikament id-distakk ta' voti li l-partit Nazzjonalista ġarrab ftit aktar minn sena ilu. Iżda l-poplu kemm hu ħerqan li jingaġġa ruħu f'dawn l-elezzjonijiet? Kemm hemm min hu lest li jerġa' jgħaddi minn dan il-proċess li finalment mhu se jbiddel xejn lokalment? L-elettorat jaf min huma l-kandidati prospettivi taż- żewġ partiti għajr xi erba uċuħ familjari? X'jafu dwar kull kandidat u l-kompetenza ta' kull wieħed minnhom fejn tidħol politika Ewropea? Ir-risposta hi, ftit li xejn. Ftit li xejn għax il-kampanja li qed nassistu għaliha preżentement hi ffukata biss fuq Joseph u Simon. Kampanja bbażata fuq min hu kapaċi jidher l-aktar u min hu kompetenti l-iżjed biex iwaqqa' l-argument tal-ieħor. Żjajjar f'diversi postijiet miż-żewġ mexxejja rispettivi bil- kandidati jimxu warajhom bħal klieb tal-but jiġru wara sidhom marbutin b'ċinga inviżibbli. Li mhux qed jirrealizzaw Joseph u Simon hu li meta l-elettorat se jidħol biex jesprimi l-vot tiegħu nhar l-24 ta' Mejju, wiċċhom mhux se jkun fuq il- karta tal-vot u l-poplu se jinħasad. Se jinħasad għax wara ħames ġimgħat jisma' lil Joseph u Simon mhux se jsibhom fuq id-dokument tal-vot. Il-votanti Laburisti se jsibu wiċċ Alfred Sant jispikka minn fost it-13 il-kandidat tiegħu. Wiċċ li jintgħaraf minn kulħadd u allura se jkaxkar il-vot Laburista favurih. Mhux l-istess jista' jingħad għall- partit Nazzjonalista. In-nuqqas ta' star candidate jinħass sew u l-votanti Nazzjonalisti se jsibuha diffiċli lil min se jivvutaw meta jħarsu lejn id- dokument tal-vot. Il-poplu għejja jisma' l-banda ddoqq l-istess marċi politiċi u dan se jwassal lil numru ta' votanti biex iħarsu oltre mill-PL u l-PN speċjalment dawk il-votanti li jafu li jkun xi jkun ir-riżultat aħħari, lokalment mhu se jinbidel xejn. Din il-fazzjoni tal-elettorat jista' jkun li se tħares lejn Arnold Cassola jekk jinteressha l-ambjent u se tħares lejn Norman Lowell jekk temmen li pajjiżna għandu jadotta sistemi ħorox kontra l-immigrazzjoni illegali. Meta jkollok l-elettorat iffaċċjat bit- tali xenarju, is-sorpriżi ma jonqsux. Għeja Politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014