Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
26 illum Il-Ħadd 27 ta' April 2014 SPORTSillum SPORTSillum Birkirkara.....................0 Valletta........................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA huma ċ-champions l-ġodda tal-futbol Malti meta fil- logħba deċisiva kontra Birkirkara u li tqieset bħala decider huma għelbuhom bl-iscore ta' 2-0. Kienet logħba kemxejn kwieta kkontrollata tajjeb mir-referee Chris Lautier iżda li splodiet lejn l-aħħar minuti tal-logħba. Kien il- plejer Għawdxi ta' Valletta li poġġa lil Valletta fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti logħob permezz ta' freekick pinġut. Fil-25 minuta Justin Haber salva tajjeb fuq Alan da Silva Souza u man-nofs siegħa logħob Luke Montebello impenja serjament lil Justin Haber li iżda dawwar f 'corner tentattiv minn daqqa ta' ras tal-eks plejer ta' Livorno fl-Italja. Fil-minuti ta' wara ftit li xejn rajna azzjonijiet denja ta' nota iżda ma nistgħux ngħidu l-istess għall-aħħar minuti tal-logħba fejn il- logħba splodiet bil-kbir. Dan hekk kif fit-83 minuta Revishvili salva tajjeb cross- shot tal-attakkant Niġerjan Frank Temile li daħal jilgħab fit-tieni taqsima. Fis-87 minuta Lateef Elford-Alliyu ra lil Haber isalva tajjeb tentattiv tiegħu u ftit wara Nafti mill-viċin ra x-xutt tiegħu jgħaddi għoli mil- lasti difiżi mill-goalkeeper internazzjonali tal-iStripes Justin Haber. Kellu jkun Roderick Briffa li bħal Frank Temile daħal jilgħab fit-tieni taqsima li jissiġġilla r-rebħa u r-rebħ tat-22 kampjonat fl-istorja glorjuża ta' dan il-klabb meta avvanza tajjeb, ġie wiċċ imb wiċċ ma' Haber u tefa' wara l-istess goalkeeper bravu tal-iStripes biex immedjatament wara r-referee Chris Lautier saffar it-tisfira finali. Wara l-logħba l-President tal- MFA Norman Darmanin Demajo ppreżenta t-trofew tal-Kampjonat BOV Premier lill-captain taċ-champions il-ġodda, Valletta, Ryan Fenech. Birkirkara - Haber, Muscat, Vukanac, Bissi (Temile 59'), Zerafa, Fenech, Sciberras, Muscat (Calheira Seara 71'), Herrera, Shola Shodiya Haruna, Benites Valletta - Maisuradze, Caruana, Borg, Fenech (Agius 87'), Montebello (Elford-Alliyu 81'), Da Silva Souza, Bajada, Rocha dos Santos (Briffa 75'), Maisuradze, Nafti, Dimech Referee - Chris Lautier Ritratt: Ray Attard SHAUN BAJADA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-19 ta' Awissu 1983 fis-Sannat, Għawdex Skorja gowl tal-istampi wara biss żewġ minuti logħob permezz ta' freekick dirett li witta t-triq għal din ir-rebħa Beltija li fissret ir-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier għat-22 darba fl-istorja glorjuża ta' dan il-klabb Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Floriana, Marsaxlokk, Msida SJ, Birkirkara u Sliema Wanderers qabel ingħaqad ma' Valletta Rebaħ l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tas-Sena fl-istaġun 2009/10 bħala plejer ta' Birkirkara f'liema staġun Birkirkara kienu rebħu wkoll il-Kampjonat BOV Premier Jifforma parti mit-tim nazzjonali Malti Birkirkara.....................0 Valletta........................2 Luke Montebello impenja serjament lil Justin Haber jilgħab fit-tieni taqsima li jissiġġilla r-rebħa u r-rebħ Caruana, Borg, Fenech (Agius 87'), Montebello dos Santos (Briffa 75'), Maisuradze, Nafti, Dimech Ritratt: Ray Attard Valletta rebbieħa