Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205
ILKAP tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li sena u xahrejn wara l-elezzjoni ġenerali qed toħroġ dejjem aktar id-differenza bejn iż-żewġ partiti politiċi. Qal li l-PN minn dejjem ħadem biex jaqdi lin-nies u mhux jinqeda bin-nies kif qed jagħmel il-partit Laburista, li skont Busuttil qed jiggverna għal tal-qalba biss. Waqt li kien qed jitkellem fil-kunsill ġenerali li approva l-manifest elettorali għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Simon Busuttil sostna li ħarsa lejn is-sena li għaddiet turi li Malta jixirqilha aħjar minn dak li qed jagħmel il-partit Laburista fil-Gvern. "Aħna m'aħniex partit li jbigħ ruħu kif għamel il- gvern Laburista. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu opportunità unika li f 'din l-elezzjoni jwassal messaġġ li l-Gvern Laburista għandu jiggverna b'umiltà u mhux jaħdem għal tal-qalba biss," qal Simon Busuttil. F'tentattiv biex jattira voti Laburisti li jridu jwasslu messaġġ lil gvern bil-vot tagħhom, Busuttil fakkar li wara kollox wara din l-elezzjoni xorta waħda se jkun hemm Joseph Muscat fil-Gvern bħala Prim Ministru. Il-Kap tal-partit Nazzjonalista qal li l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew se tkun waħda diffiċli ħafna għall-partit Nazzjonalista u tenna x-xewqa tiegħu li l-PN jirbaħ it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Busuttil argumenta kif il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jinsulta l-intelliġenza tan-nies meta jgħid li l-partit Laburista huwa l-underdog f 'din l-elezzjoni. Dan għax skont Busuttil, il-partit Nazzjonalista se jibda din l-elezzjoni 36,000 vot minn taħt wara r-riżultat tas-sena l-oħra. Hu żied jgħid li l-partit Nazzjonalista jista' jerġa' jqum minn din it-telfa u jerġa' jsir partit tan-nies billi jirrispetta l-intelliġenza tal-elettorat. Waqt id-diskors tiegħu, Busuttil semma' s-settur tas- saħħa u qal li s-sitwazzjoni tal-mediċini out-of-stock mhux talli ssolviet iżda marret għall-agħar. "Jekk qabel kien hawn nuqqas ta' mediċini llum mhux talli hawn mediċini out-of-stock iżda talli saħansitra hemm sistema ta' preferenzi ta' min jieħu l-mediċina u min le. Illum dik l-anzjana li tmur għand l-ispiżerija u jgħidulha li l-mediċina tinsab out- of-stock taf li fil-verità, x'imkien f 'dik l-ispiżerija hemm il-mediċina li trid hi, imma fuqha għandha isem ittimbrat li hu tal-qalba u mhux tagħha," qal Simon Busuttil. Il-kap tal-Oppożizzjoni ssokta jgħid kif fl-ewwel sena tiegħu, il-Gvern ħoloq il-qgħad u mhux ix-xogħol, u rrimarka li l-unika xogħol li ħoloq kien għal tal-qalba mal-Gvern. Dwar l-ambjent naturali, Busuttil qal li l-PN hu partit pożittiv u jħares il-wirt kulturali kif tista' tixhed mozzjoni fil-Parlament bil- għan li tiġi esproprijata art li tinsab fil-buffer zone tat- Tempji Ta' Ħaġrat fl-Imġarr, u li għaliha nħareġ permess għall-iżvilupp mill-MEPA. Jiem biss 'il bogħod mill- għaxar anniversarju tal- isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Busuttil sellem lil dawk li kienu strumentali fil-partit Nazzjonalista biex kisbu din is-sħubija, b'mod partikolari lill-predeċessuri tiegħu Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, lil eks Ministri għall-Affarijiet Barranin Guido de Marco u Joe Borg, kif ukoll lil Richard Cachia Caruana. Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 7 Tim b'saħħtu u kompetenti WAQT it-tnedija lbieraħ filgħodu tat-tim tal- Kandidati tal-partit Laburista, f 'Għajnsielem, Għawdex, il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li l-partit Laburista qed jippreżenta tim b'saħħtu u kompetenti. Insista li t-tim jinkludi fih nies li għandhom esperjenza fil-Parlament Ewropew u min le. Nies li ilhom fil- politika u nies li għadhom ġodda. Nies li ġejjin minn minoranzi u maġġoranzi differenti, tim li fih hemm Maltin u Għawdxin. Joseph Muscat qal li t-track record juri li l-partit Laburista dejjem kien konsistenti lejn Malta fil- Parlament Ewropew iżda l-istess ma jistax jingħad fir-rigward tal-partit Nazzjonalista li l-membri tiegħu biddlu l-atteġġjament tagħhom wara l-bidla fil- Gvern ftit aktar minn sena ilu. Muscat saħaq li fis-snin li għaddew il-partit Laburista ra l-ħtieġa li jkun hemm tim ta' kandidati li jipparteċipaw fl-istituzzjonijiet u mhux kandidati li jippruvaw jiskurjaw punti politiċi. Il-Prim Ministru fakkar ukoll li matul il-leġislatura tal-Parlament Ewropew li jmiss, fl-2017, pajjiżna ser ikollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. Presidenza li ser toffri kemm sfida kif ukoll opportunità għall-Gvern Malti. Joseph Muscat semma li l-manifest elettorali ser ikun wieħed ċar u li dan ser ikun ippubblikat fit-tieni parti tal-kampanja. Il-partit Laburista se jkun qed jikkontesta dawn l-elezzjonijiet bi 13-il kandidat, erba' nisa u disa' rġiel. Il-kandidati Laburisti huma: Lino Bianco, Clint Camilleri, Peter Cordina, Joseph Cuschieri, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, Mario Farrugia Borg, Charlon Gouder, Ivan Grixti, Marlene Mizzi, Alfred Sant, Deborah Schembri u Fleur Vella. "Għandna kandidati t'esperjenza u oħrajn ġodda, minn minoranzi u maġġoranzi, Maltin u Għawdxin" – Muscat Il-Kampanja Elettorali f 'Reporter ILKAMPANJA Elettorali għal Parlament Ewropew se tkun diskussa waqt il-programm Reporter li jixxandar live għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu d-deputat Mexxej tal-Partit Laburista Dr Toni Abela u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Dr Chris Said. Magħhom jingħaqdu wkoll Marlene Mizzi mill-PL u Stefano Mallia mill-PN bħala kandidati għall-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Din id-diskussjoni se tkun qed tiffoka fuq l-importanza qawwija li qed tingħata lejn il-politika lokali f 'elezzjoni li għanda x'taqsam biss mal- Parlament Ewropew. Balzan se jistaqsi wkoll jekk hemmx xi kandidati li qed jingħataw prominenza fuq oħrajn kif ukoll se janalizza jekk l-elettorat jafx biżżejjed min huma l-kandidati rispettivi taż- żewġ partiti. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il-programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm "Aħna naqdu, mhux ninqdew bin-nies" "Gvern għandu jiggverna b'umiltà u mhux jaħdem għal tal-qalba" - Busuttil