Illum previous editions

illum 27 April 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/302205

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 27 ta' April 2014 | illum 9 Mhux il-Knisja tal-Isqof Gonzi imma lanqas ta' Cremona IRRISPETT għall- awtonomija bejn Knisja u Stat hi essenzjali u ssir ħsara kbira lis-soċjetà jekk din l-awtonomija ma tinżammx. Iżda awtonomija bejn Knisja u Stat ma tfissirx li l-Knisja taqa' fil-muta jew tagħmel dikjrazzjonijiet xotti dwar kwistjonijiet li jkollhom impatt kbir fuq is-soċjetà. Knisja protagonista u proattiva mhix Knisja li għax toħroġ pastorali taħseb li qed tkun parteċipattiva. Bħala żagħżugħ f 'Malta Ewropea, jien ma rridx il- Knisja tal-Arċiqsof Gonzi meta Laburisti, inkluż membri tal-familja tiegħi, ma ngħatawx l-assoluzzjoni għax kienu jaqraw Il-Ħelsien. Tkun ta' ħsara kbira għas-soċjetà tagħna jekk il-Knisja tagħmel kruċjati fuq kwistjonijiet li jmorru kontra t-tagħlim tal-vanġelu. Il-kruċjati huma ħżiena, jagħmilhom min jagħmilhom. Bħala żagħżugħ f 'Malta Ewropea jien irrid Knisja protagonista fid-diskussjonijiet li jkun hawn fil-pajjiż dwar kwistjonijiet ta' natura soċjali importanti. Jien irrid li l-Knisja, u s-soċjetà ċivili, u l-partiti politiċi jkunu parteċipi f 'diskussjonijiet dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli daqs kemm ghandhom ikunu parteċipi f 'diskussjonijiet bħall-unjoni ċivili u l-adozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess. Sar l-argument li l-Knisja tgħallmet mill-iżbalji tal- passat, u ma tridx terġa' tirrepetihom. M'għandix dubju li l-Knisja tgħallmet mill-iżbalji tagħha stess, iżda dan ma jfissirx li l-Knisja tkun assenti meta s-soċjetà tkun qed tiddiskuti suġġetti ta' natura importanti ħafna, bħal ma kienu l-unjoni ċivili u l-adozzjoni tat-tfal. Jien, personalment, kont nippreferi li kieku l-partit Nazzjonalista vvota favur din il-liġi fil-Parlament – għax, fil- prinċipju, din kienet liġi dwar l-unjoni ċivili. Iżda nifhem, u nirrispetta d-deċiżjoni tal-PN li jastjeni – għax ried li l-adozzjoni tkun separata minn din il-liġi. Hawn stennejt li l-Knisja tagħmel l-argumenti tagħha bi prudenza – mhux bi kruċjati u għajjat minn fuq il-pulpti; mhux bil-messaġġ, żbaljat, li ċerti qassissin għaddew matul il-kampanja tad-divorzju. Stennejt li l-Knisja mhux ittra pastorali biss toħroġ dwar l-unjoni ċivili, u xi dikjarazzjoni 'l hemm u 'l hawn tal-Isqfijiet, iżda li esponenti tagħha – mhux l-inqas l-Isqfijiet, jieħdu sehem f 'diskussjonijiet u jagħtu l-fehma tagħhom dwar dan. Waqt Reporter, fuq il-PBS, l-Isqof Charles Scicluna qal li s-soċjetà nbidlet u l-Knisja tirrispetta dan. Nieħu gost nisma' lill-Arcqisqof Scicluna, bniedem għaref u li għandu ħafna x'joffri lill-Knisja f 'pajjiżna, jitkellem b'dan il-mod. Iżda jien konvint li s-soċjetà tagħna tista' tkompli tissaħħah jekk il-Knisja f 'Malta tkun aktar b'saħħitha – mhux biex billi timponi, imma billi tkun protagonist validu fil- bidliet li qed iseħħu fis-soċjetà tagħna. Dalwaqt se nkunu qegħdin niddiskutu d-dekriminilizazzjoni tad- droga għal min jinqabad b'pussess ta' droga għall- użu personali. Kulħadd jaf il-ġid kbir li qed tagħmel il-Knisja, permezz tal-Caritas, f 'dan ir-rigward. Għalhekk issa nistenna li f 'din id- diskussjoni l-Knisja f 'Malta tkun protagonista billi taqsam l-għerf u l-esperjenza tagħha f 'dan il-qasam. Naf kemm il-Knisja f 'Malta qed tagħmel xogħol siewi ma' persuni immigranti. Iżda nistenna li l-Knisja tkun protagonista u parteċipi aktar biex is-soċjetà tagħna tifhem aħjar li l-immigrazzjoni kapaċi ndawruha f 'opportunità kemm għall-persuni involuti iżda wkoll għal pajjiżna. Naf li l-Knisja għandha għal qalba l-ambjent, iżda nistenna li quddiem deċiżjonijiet li ttieħdu, u qegħdin jittieħdu dwar żvilupp - li mhux dejjem jista' jitqies bħala sostenibbli, il-Knisja ssemma' leħinha, permezz tal-esponenti esperti tagħha f 'dan il-qasam. Sinċerament inħoss li l-Knisja f 'Malta daħlet f 'qoxritha, speċjalment wara l-esperjenza tad-divorzju. Jidhirli li sezzjonijiet tal-mezzi tax-xandir f 'pajjiżna kienu, anke wara l-esperjenza tad- divorzju, kritiċi b'mod goff u inġust fil-konfront tal-Knisja u dan, x'aktarx, wassal biex il-Knisja toqgħod lura milli tippronunzja ruħha fuq ċerti kwistjonijiet. Jista' jkun li l-Knisja f 'Malta ma tridx tgerrex lin-nies – li dejjem qed jonqsu, mill- knejjes. Iżda dan iseħħ biss jekk il-Knisja ma timxix b'għaqal u prudenza – u għaqal u prudenza ma jfissrux li tkun assenti. Sfortunatament inħoss li l-Arċiveskovat tal-Arċisqof Cremona beda b'tama kbira ta' bidu ġdid, u sabiħ, għall-Knisja f 'pajjiżna iżda llum hemm mistoqsijiet dwar it-tmexxija tal-istess Arċisqof. Bħala żagħżugħ f 'Malta Ewropea jien jidhirli li jkun fl-interess tas-soċjetà tagħna li l-Knisja tkun protagonista, flimkien mas-soċjetà ċivili, f 'diskussjonijiet dwar dak li qed iseħħ illum u dak li rridu li jseħħ għada, fis-soċjetà tagħna. Jien nemmen li l-Knisja għandha l-għerf u l-kapaċità li tagħti kontribut mill-aktar validu. Diġà hemm qassisin li qed jagħmlu dan b'mod tajjeb ħafna – iżda l-eżempju jrid jiġi minn fuq nett. Bħala żagħżugħ f 'Malta Ewropea ma rridx il-Knisja ta' żmien l-Arċisqof Gonzi, imma daqstant ieħor ma nħossnix komdu bil-Knisja tal-Arċisqof Cremona – li f 'soċjetà li qed tinbidel b'pass mgħaġġel qed tonqos milli tkun protagonista. Frank Psaila huwa avukat u preżentatur tal-programm Frank Psaila Għaddew 33 sena minn omiċidju f 'Santa Venera Il-qtil ta' Freddie Fenech "tas-Siment" sfaw vittmi ta' serqa meta l-ħallelin kienu serqulhom xi deheb, iżda flus ma kienx hemm fid-dar. Il- ħallelin kienu daħlu fid-dar mingħajr ma sgassaw il-bieb u jidher li x'aktarx li kienu daħlu min-naħa ta' wara billi xxabbtu ma' katusa li hemm fil-bitħa. Il-karozza kienet misruqa Il-karozza Escort li kienu wżaw il-qattiela biex marru Santa Venera kienet instabet mill-Pulizija u kien irriżulta li kienet insterqet. "Sirt naf għax kelli mmur il-Qorti biex sidha jkun jista' jeħodha lura. Kienet ħamra u sewda. Anke l-vann, li kien għadu ġdid, kien baqa' fil-kustodja tal-Pulizija għal xhur twal." qalet Mary. Ikompli nhar il-Ħadd Fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd li ġej se nkomplu bit-tieni parti ta' dan il-każ. Fil-ħarġa li jmiss se naraw mill-qrib il-koppja Fenech, x'kien jagħmel Freddie, il-preġji u d-difetti li kellu. Naraw ukoll kif il-ħajja ta' Mary nbidlet kompletament u fiex inbidel il-maħżen tas-siment u fuq kollox – kienu erba' rġiel li marru jwettqu dan il-qtil jew kien hemm mara b'xagħarha isfar magħhom? Appell Bħalma qed nagħmlu ma kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Aġenzija għall-Pagameni Agrikoli u Rurali Talbiet għall-Pagamenti Kampanja 2014 L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima tixtieq tinforma lill-Bdiewa u r-Raħħala li t- Talbiet għall-Pagamenti għall-għajnuna relatata mal-art għas-sena 2014 ser jibqgħu jintlaqgħu sal-15 ta' Mejju 2014. Applikazzjonijiet wara din id-data ma jistgħux jiġu milqugħha. Dawn l-applikazzjoniet qegħdin jintlaqgħu mill-uffiċini ta' din l-Aġenzija ġewwa il-Pitkalija u mill-Qasam Sperimentali tal-Gvern Xewkija, Għawdex. . Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lill-Aġenzija fuq 22926148 jew jibgħat e- mejl fuq arpa.msdec@gov.mt Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007 – 2013 Assi 2 – Titjib fl-Ambjent u fil-Kampanja Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali Rata ta' Ko-finanzjament: 80% Unjoni Ewropea, 20% Gvern ta' Malta L-Ewropa tinvesti f'Żoni Rurali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 April 2014