Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 39

20 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 N aħseb ftit huma dawk il-pajjiżi jekk hawn, li għandhom aktar minn festa nazzjonali waħda. Jekk kien hawn Prim Ministru li jagħmel minn kollox biex jagħti importanza ndaqs lil kull waħda minn dawn il- festi huwa Joseph Muscat. Jitkellem sal-punt li ġieli anke jkun ikkritikat minn dawk li għadhom ma fehmux li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bil-kantaliena li l-Indipendenza mhux ħamra biżżejjed u Jum il-Ħelsien mhux blu biżżejjed. Mhux faċli tieħu deċiżjoni, għaliex it- temperament Malti huwa dak li hu. Nagħmlu x'nagħmlu l-partitiżmu u l-partiġġjaniżmu politiku, sakemm ix-xena politika Maltija tibqa' ddominata minn żewġ partiti kbar, se tibqa' magħna u ma' wliedna. Jista' jonqos, iżda hemm Ejjew Niċċelebraw! MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI ILLETTERATURA ta' Gabriel Garcia Marquez (1927-2014) tirrappreżenta gwarniċ mitiku għal dinja partikolari. Ħafna jqisu li dik tal-awtur Kolumbjan hi waħda maġika-realistika. Iżda Marquez stqarr li ma kitibx linja waħda li mhux realista. Priġunier tat- temi – il-mewt, il-poter, is-solitudni u l-ispazju għall-mod tal-kitba, ried jaqleb u jibdel kollox u spiċċa jiffirma ktieb dwar l-imħabba tiegħu. Il-ktieb L-Imħabba fi Żmien il-Kolera (1985) abbozzah sbatax-il darba. Iżda mbagħad reġa' lura għad- demonji tiegħu bir-rumanz L-Imħabba u Demonji Oħra (1994). Il-karattri kollha ta' Marquez huma b'xi mod marbutin flimkien b'ħabel wieħed. Dik ta' Marquez hi saga sħiħa, fid-deher dik ta' familtu u pajjiżu, imma metaforikament, tagħna lkoll, bil-kompromessi, il-konfronti u t-tbajja' fuq il-kuxjenza, tal- għemil u n-nuqqas ta' għemil. F'Dwar l-Imħabba u Demonji Oħra, l-eżorċiżmu hu miġjub fuq quddiem. Fl-isfond hemm l-imħabba bejn tfajla ta' tnax-il sena u reliġjuż li qed jieħu ħsiebha f 'kunvent, wara li gidimha kelb irrabjat. Hawn ukoll Marquez iħallat il-leġġenda li sema' mingħand nannuh, il-prattiċi pagani u dawk Kattoliċi, inkluż l-eżorċiżmu minn dawk li "jagħmlu l-mirakli." Anki t-tfajla tal-istorja tidħol fil-folklor reliġjuż għax xagħarha jibqa' jitwal f 'ħabel iebes wara li tmut u tindifen. Din hi l-ossessjoni ta' Marquez fiċ- ċikliċità tal-misteru u tal- istorja. Hemm baħar ta' simboliżmu fl-awtur Kolumbjan li fl-1982 rebaħ in-Nobel għal Mitt Sena ta' Solitudni (1967) li WL Webb ta' The Guardian iqis li dan hu wieħed mill-ftit kotba ta' matul is-sekli li baqa' jqanqal devozzjoni kważi reliġjuża fil-miljuni kbar li qrawh b'25 lingwa differenti. Kritiċi oħrajn raw fih epika inkomparabbli (ħlief forsi għall-Bibbja) ta' brillantezza kaotika, Barokk uniku, allużjonijiet partikolari, azzjoni u sens qawwi ta' umoriżmu kaloruż. L-aptit ta' Marquez hu li jiddevorak kienet qalet in-New York Times. Ma tridx tinsa li Marquez kien ukoll liberatur f 'sens politiku, li jattakka lill- qawwiet li ppenetraw l-Amerika Latina, ewlenin fosthom l-Ingliżi u l-"Yankees" Amerikani, li installaw dittaturi-tiranni biex jaqduhom. Wieħed mill-eħrex attakki kontra d-dittatura politika l-awtur Kolumbjan ħolqu f 'Il-Ħarifa tal-Patrijarka (1975), deskritt bħala poema tas-solitudni li jġib miegħu l-poter. Ir-rumanz, li fih innifsu joħloq ribelljoni letterarja minħabba nuqqas komplet ta' punteġġjatura, jieħu bħala "mudelli" awtokrati reali bħal Pinella tal-Kolumbja, Franco ta' Spanja Gomez tal-Venezuela, Trujillo tar- Repubblika Dominikana fost oħrajn. Il-patrijarka ta' Marquez hu patetiku, jgħix f 'palazz mimli baqar, hu konxju tal-impotenza erotika tiegħu u jispiċċa miftuq. Iġorr it-testikoli fuq karettun, fost l-għagħa tas-sudditi tiegħu. Dan hu l-mod ta' kif Marquez jiżżuffjetta bil-poter, ikkontrollat mill-aġenziji barranin, taħt il-libsa ta' konsulenti. Hu wkoll attakk kontra l-ħela u l-estravaganza tan-nies f 'kategoriji politiċi għoljin. Ironikament, meta sar rikonoxxut internazzjonalment, Marquez ma kienx kapaċi jeħles lilu nnifsu minn dan id-dnub kontra l-poplu. RAZZIŻMU FL- UNIVERSITÀ M'aħna ngħidu xejn ġdid. Malta hi gżira razzista, fid- deher jew moħbi, espressa jew mhux. Ir-razziżmu hu mifrux mal-istrati kollha. Imma forsi ma tistenniex li jiddomina saħansitra fost l-istudenti universitarji. Fi kwestjonarju mqassam fost 400 student/a mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) f 'Marzu li għadda, instab li 40% tal-istudenti ma jridux li jkunu joqogħdu ħdejn ġar/a ta' oriġini etnika. Fl-istess sondaġġ, 91% qalu li f 'Malta, ir-razziżmu jeżisti fiċ-ċert u 5% qalu li forsi jeżisti. Aktar ċifri juru li 13% tal- istudenti Maltin jaqblu b'mod qawwi li l-integrazzjoni ta' immigranti irregolari m'għandhiex tkompli tiżdied, filwaqt li 27% jaqblu li m'għandhiex tiżdied. Kien hemm 28% li qalu li "b'xi mod" jaqblu li Malta m'għandhiex tintegra aktar immigranti. Is-sondaġġ juri mhux biss l-insensittività tal- istudenti terzjarji, iżda anki l-perspettiva dejqa li għandhom tar-realtà globali, l-aktar fejn jidħlu ż-żoni ta' kunflitt li qed jipprovokaw tant ċaqliq uman. Fuq kollox, is-sondaġġ juri li fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-istudenti għadhom iddominati mill-preġudizzji li wirtu mis-soċjetà u mill- familji tagħhom. L-istudenti universitarji f 'Malta jgħixu b'geddumhom fix-xgħir, protetti u mfissdin, iżda jidhru li m'għandhomx maturità intellettwali u wisq inqas, għarfien dwar x'inhuma l-jeddijiet umani tal-immigranti. Għadhom maħkumin ukoll mill- paranojja kontra d-diversità; dwar li l-barrani jista' "jinvadina", jokkupa l-ispazji tagħna u joħloq interferenzi perikolużi fil-kultura u l-valuri tagħna. IL-POETA F'NOFS IL- KUNFLITT F'nofs it-tensjoni bejn dawk favur u dawk kontra li l-Krimea tingħaqad mal- Federazzjoni Russa (fost dawk favur kien hemm 89 mill-91 membru tal- Parlament Reġjonali Ukren), daħlet il-poeżija. F'Misraħ Indipendenza, gruppi ta' ċittadini ta' fehmiet differenti bdew jinġabru biex flimkien joħolqu monument tal-injam lill-poeta Taras Shevchenko, figura letterarja prominenti fi żmien l-imperu Russu fi Kiev. Imnissel minn familja tal-Kosakki, familtu kienet ħadet sehem fil-lotta għal- liberazzjoni fl-Ukrajna fis-sekli 17 u 18, meta l-popolazzjoni kienet imxekkla u mfaqqra. U għalhekk mhix ħaġa tal- għaġeb li dan il-poeta reġa' ġie rxuxtat bħala eroj tal-Ukreni. Iżda l-kuntest inbidel. Mill-bażi tiegħu f 'San Pietruburgu, l-awtur kiteb poeżiji liriċi, epiċi u anki drammi. Meqjus bħala awtur perikoluż mill-Kzar Nikolai, Shevchenko kien arrestat u maqful fil-muntanji Urali, taħt għassa stretta, u mċaħħad mid-dritt li jikteb. Il-wirt letterarju tiegħu hu evidenzjat mill-ħafna monumenti mxerrdin b'abbundanza mal-eks Unjoni Sovjetika kollha. L-ewwel monument li jfakkar lill-poeta nbena f 'San Pietruburgu fuq ordni ta' Lenin innifsu. DEMONJI U KAOS GLORJUŻ F'MARQUEZ H uwa inevitabbli li wieħed jagħmel ħafna kontijiet wara għaxar snin. Għal bosta l-fatt li aħna membri tal-Unjoni Ewropea hija r-realizzazzjoni ta' ħolma mill-kbar. Hu verament kważi surreali li aħna belt-pajjiż ta' 400,000 li sibna postna f 'għaqda li llum tgħodd tmienja u għoxrin pajjiż u għandna l-istess drittijiet u responsabbilitajiet bħal pajjiżi ferm akbar minna. Malta dejjem, sabiex nużaw espressjoni bl-Ingliż, punched above its weight u bid-dħul tagħna fl-UE, dan qatt ma kien aktar veru. Ovvjament mhux kulħadd japprezzah dan il-fatt. Għadek taqra kummenti ta' kontributuri, spiss anonomi, li jibku t-telf ta'sovranità nazzjonali u anke jittamaw li Malta toħroġ mill- UE. Dawn is-sentimenti issa qegħdin jesprimu ruħhom fil-formazzjoni politika ġdida msejħa Alleanza Bidla li ser tikkontesta l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta' dan ix-xahar. Wieħed għad irid jara x'livell ta' appoġġ ser issib din il-formazzjoni politika ġdida. L-ewroxettiċiżmu ma jidhirx li għandu xi segwitu kbir f 'pajjiżna imma dan hu fenomenu li qisu dak il-ġamar li jibqa' jnemnem imma dritt jieħu n-nar malli jkollu l-arja. Bħalma rajna f 'pajjiżi oħra li ilhom membri tal-UE ħafna snin qabilna, l-approvazzjoni pubblika tal-UE spiss tiddependi fuq il-qagħda ekonomika fil-pajjiż. Meta l-ekonomija marret lura u waqgħet f 'riċessjoni, l-ostilità għall-UE bdiet tikber. Tant li huwa mistenni li l-partiti ewroxettiċi sejrin jieħdu tletin fil-mija tas-siġġijiet fil- Parlament Ewropew il-ġdid. Forsi l-eċċezzjoni hija r-Renju Unit fejn l-ostilità għall-UE qiegħda tikber minkejja li qiegħda tgawdi minn qagħda ekonomika ferm aktar feliċi mill- maġġorparti taż-żona ewro. Il-partit tal-ewroxettiċi, l-U.K. Independence Party qiegħed dejjem iżid l-appoġġ popolari u skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jista' jsir it-tielet l-akbar partit minflok il-Liberal Demokratiċi fl- elezzjonijiet ta' dan ix-xahar. L-UKIP qed jisraq il-votanti tal-Partit Konservattiv li minħabba f 'hekk qed ikollu jadotta pożizzjonijiet aktar ostili fil-konfront tal-UE. Tant li l-Prim Ministru David Cameron wiegħed li jirrinegozja l-kundizzjonijiet tar-Renju Unit fl-UE u Proġett tagħna lkoll TONI ABELA JOE ELLIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014