Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 21 Ejjew Niċċelebraw! ser jibqa'. Għalhekk, sa ċertu punt ninsabu fi sqaq poltiku li deċiżjoni ma jistax jeħodha bniedem waħdu jew jekk jeħodha waħdu, irid ikollu l-kuraġġ li jiffaċċja lin-nies li ma jaqblux miegħu. Din il-qasma hija mibnija fuq raġunijiet storiċi fuq naħa u n-naħa l-oħra fuq pika emozzjonali partiġġjana. Jekk jiena u l-Partit tiegħi ma qbilniex magħha ma nistgħux inkunu favuriha. L-unika eċċezzjoni għal din ix-xorta ta' attitudni huwa d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dan għaliex li l-Partit Laburista ma ddejjaqx jgħid, li ġaladarba l-poplu tkellem fl-elezzjonijiet ġenerali meta qamet din il-kwistjoni, dan issa huwa kapitlu magħluq. Iżda l-akbar żewġ dati fejn jidher li ma hemmx qbil assolut huma dawk tal-1964 u tal-1979! Meta tassew Malta saret indipendenti u ħielsa. Għalija r-risposta hija ċara, għalkemm mhux lest li nagħtiha f 'dan l-artiklu. Iżda li huwa ċert hu, li sakemm għad m'hemmx qbil fuq data waħda, isir aktar ħsara jekk b'xi mod nipprovaw noħorġu xi data minnhom aktar importanti minn oħra. Meta nhar l-Erbgħa kont qiegħed il-Barrakka ta' Fuq għal riċeviment u dimostrazzjoni spettakolari tal-logħob tan- nar sinkronizzat ma' mużika moderna, tpaxxejt. Tpaxxejt bil-ħila tal- organizzaturi u għaliex ukoll kien jistħoqq li niċċelebraw l-għaxar snin anniversarju fl-Unjoni Ewropea b'dan il-mod, għalkemm staqsejt ukoll għaliex il-35 sena anniversarju mill-31 ta' Marzu ma ġiex iċċelebrat bl-istess pompa u spettaklu! Għalissa, dawn il-festi għandhom, kemm jista' jkun ikunu ċċelebrati b'parità, għaliex jekk le, issir aktar ħsara u l-firda fuqhom tikber. Jekk xi ħadd kellu jistaqsini liema mill-festi nazzjonali għandha l-aktar sinifikat, jien inwieġeb is-Sette Giugno. Għaliex dak kien avveniment li tassew nifed il-memorja kollettiva tal-Maltin. Jiena naħseb li dan kien l-avveniment li żera' ż-żerriegħa li finalment minnha nibtet l-Indipendenza, ftit wara r-Repubblika u xi snin wara t-tluq effettiv tal-Ingliżi minn Malta. Pereżempju Franza, l-14 ta' Lulju għandu dan is- sinifikat, għaliex kienet ir-revoluzzjoni Franċiża li welldet ir-Repubblika u mhux bil-kuntrarju. Repubbliki kellhom diversi, iżda rivoluzzjoni kien hemm waħda biss. Sa fejn għandu x'jaqsam pajjiżna, il-kwistjoni kollha ddur ma' mod kif għandu jkun deċiż li jkollna Jum Nazzjonali wieħed. Sa issa ħafna minn dawn il-kwistjonijiet ġew deċiżi mill-politiċi wara l-bibien magħluqin. Hekk ġara f 'tibdiliet profondi tal-Kostituzzjoni. Il- Partit Laburista qiegħed jipproponi li jkun Konvenzjoni Kostituzzjonali għal riforma profonda fil- Kostituzzjoni. Il-kwistjoni ta' jum Nazzjonali wieħed tista' tkun waħda mill-affarijiet li tista' tkun diskussa f 'din il-Kummissjoni. Huwa f 'dan l-istadju li għandna niddiskutu mhux biss liema għandu jkun dan il-jum, iżda anke l-metodu kif ser jintgħażel. Għandna nikkunsidraw li l-għażla ma tkunx tal-politiku waħdu iżda jkun hemm ukoll xi xorta ta' intevent jew konsultazzjoni reali mal- poplu. Hekk biss nistgħu niggarantixxu li jkun hemm xi xorta ta' konsenus nazzjonali, anke jekk ma jkunx assolut. jniedi referendum dwarhom f 'leġislatura ġdida fl-2017. Wieħed irid jara kemm il-pajjiżi l-oħra tal-UE ser jaċċettaw li r-Renju Unit tirrimpatrija x'uħud mill- poteri li llum għandha l-UE u kif tali arranġamenti ġodda jistgħu ma jikkomplikawx l-istruttura tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi Brussell li ċertament mhix sempliċi. Il-każ tar-Renju Unit huwa ċertament interessanti. L-Iskozja, immexxija mill- kariżmatiku Alex Salmond, se żżomm referendum f 'Settembru li ġej biex tiddeċiedi jekk tabbandunax l-Unjoni mal-Ingilterra tal- 1603 meta r-re Skoċċiż sar ukoll ir-re tal-Ingilterra. Imma Salmond qed jargumenta li mal-indipendenza, l-Iskozja trid tidħol fl-UE u qed isostni li t-trattativi jistgħu jitlestew fit-tmintax-il xahar wara r-referendum. Dawk il-politiċi Ingliżi u Skoċċiżi li huma kontra l-indipendenza Skoċċiża qed jgħidu li dan mhux possibli u jekk l-Iskozja ssir indipendenti, ikollha tapplika għad-dħul fl-UE bħal kull pajjiż ieħor. Bosta pajjiżi li huma mwerwrin mill-ispinti seċċessjonijsti f 'pajjiżhom bħalma hi Spanja minħabba l-Katalunja ma jaċċettawx li l-Iskozja tibqa' membru jekk tieħu l-indipendenza. Kif Barroso stqarr riċentement, ser ikun diffiċli li tmienja u għoxrin pajjiż jaċċettaw l-Iskozja indipendenti bħala membru u semma l-eżempju tal-Kosovo li Spanja għadha ma tirrikonoxxix. Imma Barroso qed jinsa li jekk l-Iskozja ma jkollhiex dritt tibqa' membru tal-UE, l-anqas ma jkollha r-Renju Unit mingħajr l-Iskozja. Ir-regoli tas-suċċessjoni tal-istati għandhom jassiguraw li ż-żewġ pajjiżi ġodda li jitwieldu meta jinfired ir-Renju Unit jibqgħu membri tal-UE bid-drittijiet u obbligi li kellha r-Renju Unit. Problema interessanti tad-dritt internazzjonali pubbliku. Interessanti li Alex Salmond f 'diskors riċenti fil-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges sostna li r-referendum li Cameron irid iniedi fl-2017 biex ir- Renju Unit jiddeċiedi jibqax membru tal-UE jew le huwa theddida għall-Iskozja. "L-influwenza li tikber mhux biss ta' ewroxettiċiżmu, imma ta' ewrofobija f 'Westminster hija theddida reali għall- post tal-Iskozja fl-Ewropa. Illum il-Gran Brittanja hija marġinalizzata fl-Ewropa u jekk l-Iskozja tibqa' mmexxija minn Londra, qegħdin naffaċjaw il-possibilità ta' referendum jekk nibqgħux parti tal-UE jew le. Huwa possibli li jekk f 'Settembru li ġej ma nagħżlux biex inbiddlu ċ-ċirkostanzi tagħna, nitkaxkru 'l barra mill-UE kontra r-rieda tagħna." Dan id-diskors fakkarni f 'lekċer li kont assistejt għalih aktar minn tletin sena ilu: il-forzi ta' integrazzjoni u diżintegrazzjoni qed jaħdmu fl-istess ħin fl-Ewropa. Fil-waqt li bosta f 'reġjuni bħall-Iskozja, il-Katalunja u l-Vallonja jridu jitilqu mill- pajjiż li ilhom fih mijiet ta' snin, xorta jridu jibqgħu msieħba fl-UE u l-faxxinu tal- UE għadu f 'saħħtu minkejja l-kriżi ekonomika li laqtitha kif rajna fl-avvenimenti riċenti fl-Ukrajna u l-ħeġġa tal-istati tal-eks-Jugoslavja li jsiru membri wkoll. Dan kollu fejn iħallina? Fl- ewwel lok, wieħed ma jistax jinsa l-oppożizzjoni insensata tal-Partit Laburista li nsiru membri. Jekk kien hawn xi ħadd fil-pajjiż li messu kien favur l-UE kif imfassla minn soċjalisti illustri bħal Jacques Delors, dan kellu jkun il-Partit Labursita u s-sieħba tiegħu, il-GWU. Minflok saret oppożizzjoni qalila għad-dħul minkejja li fil-verità probabilment kieku mhux għal tali oppożizzjoni, kieku xi tliet kwarti tal- Maltin kienu jkunu favur id-dħul kif jidher li l-opinjoni pubblika hi llum. L-aktar li kellhom jibżgħu mid-dħul kellhom ikunu n-negozjanti li progressivament tilfu l-protezzjonijiet kollha li s-suq tagħna kien igawdi. Imma n-nies fin-negozju huma mdorrija jadattaw u l-istess iridu jagħmlu l-ħaddiema. Fortunatament, aħna bħala razza aħna nies flessibli, naħdmu u bravi u qatt ma kellna nibżgħu mill-isfidi tal-UE li ż-żmien wera li rbaħnihom sew. Jidher li bosta esponenti tal-PL għadhom ma fehmux li llum Malta hija parti integrali tal-UE. Meta tisma' d-diskors tal-kandidati Laburisti għall-Parlament Ewropew, jolqtok l-enfasi li l-ewwel irridu nissalvagwardjaw l-interessi Maltin u anke l-idea straordinarja li aħna u l-UE aħna msieħba. Hemm kontinwament dan is-sens ta' distinzjoni u l-idea li min jiġi elett irid jiddefendi s-swar Maltin mill-barrani. Wieħed irid jgħid li anke l-kandidati tal-PN bi ftit eċċezzjonijiet qajla jenfasizzaw il-kwistjonijiet Ewropej imma m'hemmx dan is-sens artifiċjali ta' distinzjoni bejna u l-UE. Il-PN min-naħa tiegħu jenfasizza kontinwament il-ġid materjali li d-dħul fl-UE ġab miegħu. Tali progress materjali mhux iddubitat u kieku mhux għall-għajnuna Ewropea kieku probabilment is-swar u t-toroq tagħna għadhom jaqgħu biċċiet. Dan barra l-ħafna għajnuna oħra li rċivejna. Imma l-Ewropa mhix progress materjali biss: hi hu wkoll dwar ir-rispett tas-saltna tad-dritt, tad-drittijiet tal- bniedem u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ f 'suq ta' ħames mitt miljun. Hija wkoll it-tħaddin ta' livelli għoljin f 'bosta oqsma bħad- drittijiet tal-konsumatur, il-konkorrenza fis-suq, is- salvagwardja tal-ambjent u l-kontrolli fuq l-ikel. Tant li bosta pajjiżi madwar id-dinja qegħdin dejjem jadottaw il- livelli Ewropej fil-leġislazzjoni tagħhom. L-Ewropa mhix proġett mitmum. Għad fadal ħafna xi jsir u ħafna differenzi reġjonali u nazzjonali x'jiġu ssuperati. Is-soluzzjoni għall-problemi tal-Ewropa hija aktar Ewropa mhux anqas Ewropa kif jargumentaw il-populisti u dan aktar u aktar f 'dinja fejn l-Asja qiegħda dejjem takkwista preminenza ekonomika. Id- dgħufija tal-Ewropa rajniha fil-kriżi li laqtet il-kontinent f 'dawn l-aħħar snin bl- inizjattivi spiss jittieħdu mill- istati membri u mhux mill- istituzzjonijiet Ewropej. Dan kien ukoll il-każ tal- Parlament Ewropew li huwa ferm importanti fit-tfassil tal-proġett Ewropew. Għandu ferm aktar poteri milli l-Maltin jaħsbu u jrid biss biss japprova l-maġġorparti tal-leġislazzjoni Ewropea, li ħafna drabi tidħol fis-seħħ immedjatament f 'pajjiżna. Ċertament messu kien aktar attiv fil-kriżi li għaddejjin minnha imma ddistingwa ruħu bl-assenza deċiżjonali tiegħu. Għaldaqstant, meta mmorru nivvutaw fl-24 ta' Mejju, għandna nagħżlu fost il-kandidati li jifhmu sew il- proġett Ewropew u jafu x'inhu għaddej. Min jitkellem biss fuq kwistjonijiet lokali messu joħroġ għall-elezzjoni ġenerali, mhux dik Ewropea. Is-siġġijiet Maltin fil-Parlament Ewropew huma ferm prezzjużi u għandhom jimtlew minn min verament jista' jikkontribwixxi għall-bini tal-proġett Ewropew għax b'hekk biss jista' jitkattar il-ġid u l-progress f 'pajjiżna. L-UE huwa proġett storiku li anke aħna l-Maltin irridu nagħtu sehemna sħiħ bħala pajjiż membru. Twitter - @ellisjoseph Proġett tagħna lkoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014