Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 23 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt L -aħbar l-bidu ta' din il- ġimgħa li l-Prim Ministru kien se jħabbar aħbar tajba qajmet kurżità enormi fost il-poplu kollu. Saret drawwa li meta nkunu f 'kampanja elettorali, il-gvern tal-ġurnata jroxx kemm jiaħ biex iġib l-aktar voti u allura meta Joseph Muscat qal li għandu aħbar tajba kulħadd mela ras daqshiex. Kien hemm minn beda jispekula li l-aħbar hi dwar l-AirMalta u saħansitra qal li ċ-Ċiniżi kienu se jixtru sehem fil-kumpanija. Kien hemm minn beda jaħseb li l-Prim Ministru għandu xi proġett enormi taħt idejh li se jissarraf f'eluf ta' mpjiegi u b'hekk ikun solva l-problema tal-qgħad li kull ma jmur dejjem qed jiżdied. Kulħadd beda jgħodd is-sigħat sa l-għada filgħodu u hekk kif il-ġurnalisti ġew infurmati bil-ħin tal-konferenza tal-aħbarijiet, kulħadd ġera lejn il-Belt biex jisma' u jkun minn tal-ewwel li jwassal il-bxara t-tajba tal-Prim Ministru. Iżda l-aħbar tajba tal-Prim Ministru kienet roħs ta' żewg ċentezmi fil- prezz ta' kull litru petrol garantit sa l-aħħar tas-sena u roħs fuq il-gass matul ix-xhur tas-sajf meta l-inqas li jintuża. Dawk li għandhom vetturi diesel baqgħu fejn kienu. L-aħbar ġriet bħal leħħa ta' berqa u d-diżappunt tan-nies meta semgħu x'kien li kellu xi jħabbar il-Prim Ministru ma kienx wieħed li mhux ta' min jinnotah. Il-poplu ormai dara li l-prezz tal- petrol u diesel jiċċaqlaq minn xahar għall-ieħor u meta jmur jimla t-tank tal-karozza, ħadd ma jixtri l-fuel bil- litru. Il-maġġoranza tan-nies jixtru b'€20 jew €40 u ftit li xejn hawn min jagħti każ kemm tagħmel differenza fit-tank dak il-ftit ċaqliq ta' ċenteżmi 'l fuq jew 'l isfel fil-prezz. Kien forsi għalhekk id-diżappunt fuq wiċċ in-nies meta l-aħbar tajba tal-Prim Ministru ma kienet xejn għajr roħs ta' żewġ ċenteżmi fil-litru applikabbli biss għal min għandu karozza jew vettura petrol. Jekk il-Prim Ministru ried iwassal aħbar tajba f'dan iż-żmien ta' kampanja elettorali, kienet tagħmel aktar sens li kieku ħalla l-aħbar taż-żewġ ċenteżmi f'idejn Konrad Mizzi u kien ikun hu stess li jħabbar il-ftehim li sar mal-isptarijiet privati dwar it-testijiet tal-MRI għal min ilu jistenna għal iktar minn sena. Kulħadd jiftakar lil Joseph Muscat meta bħala Kap tal-Oppożizzjoni, qabel l-elezzjoni tal-2013, kien wiegħed li min ikun ilu jistenna għal operazzjoni għal żmien twil, u liema żmien klinikament ikun meqjus bħala mhux raġonevoli, kien se jkollu l-opportunità li jagħmel l-operazzjoni fil-privat. Dawn huma t-tip ta' aħbarijiet tajba li l-poplu qed jistenna bil-ħerqa mingħand Joseph Muscat, illum bħala Prim Ministru. Kien ikun aktar propizju li kieku hu stess ħabbar il-ftehim mal-isptarijiet privati dwar l-MRI minflok Konrad Mizzi. Il-Prim Ministru kellu opportunità li biha kien jagħmel iktar ħoss mal-elettorat hekk kif kulħadd jaf id-dewmien li jrid jifaċċja meta jidħol l-isptar Mater Dei. Fejn jidħol is-servizz tas-saħħa, il-poplu għadu qed jistenna aħjar u allura din kienet opportunità li ntilfet. Intilfet anke għaliex filwaqt li Konrad Mizzi u Chris Fearne kienu qed jiffirmaw il-ftehim tal-MRI ġol- isptar Mater Dei, fl-istess ħin il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qed jagħmel żjara uffiċjali ġol-isptar Saint James f'Tas-Sliema. Waqt din iż-żjara, Simon Busuttil ħa l-okkażjoni, u sew għamel, biex ifakkar li kien il-partit Nazzjonalista li għamel l-ewwel ftehim mal-isptarijiet privati biex inaqqas l-operazzjonijiet tal-katarretti, u anke ċerta servizzi t'emerġenza biex itaffi l-influss ta' pazjenti minn Mater Dei. Busuttil fakkar ukoll li kien il-gvern ta' Joseph Muscat stess li waqqafhom malli tela' fil-gvern ftit aktar minn sena ilu. Opportunità oħra tajba għall- Prim Ministru biex iħabbarha hu kienet dwar il-kumpanija Baxter u li tippreżenta tama għal min preżentament qiegħed bla xogħol. Aħbar li tikkuntrasta tajjeb f'waqt meta statistika maħruġa mill-NSO qed turi li l-qgħad f'pajjiżna dejjem tiela' 'l fuq. Il-kumpanija Baxter se tkun qed timpjega 190 ħaddiem ieħor fl-impjant tagħha f'Malta. Dan wara li l-kumpanija kompliet tinvesti fil- faċilitajiet tagħha f'Malta u anke sabet l-appoġġ tal-Gvern. Din l-aħbar però ħarġet mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intarpriżi, Dr. Chris Cardona u mhux mill-Prim Ministru. Intant, illum il-poplu Malti immatura politikament u tgħallem li meta toqrob kampanja elettorali kulħadd jipprova jieħu vantaġġ politiku billi jroxx kemm jiflaħ. M'hemm xejn ħazin li wieħed iroxx biex il-poplu finalment ikun aħjar. Il-fatt jibqa', li l-ħajja li qed ngħixu fiha llum mhux se ssir aħjar b'roħs ta' żewġ ċenteżmi. Aħbar ta' żewġ ċenteżmi