Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
2 illum | Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 21˚Ċ L-INQAS 14˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilita ta' ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir forza 5 għal 6 lokalment forza 6 u jdur mill- Majjistral forza 4 għal 5 mal-lejl BAĦAR: Qawwi Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 21˚Ċ L-INQAS 14˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 4 li jsir forza 3 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 17 13 52 80 37 26 41 34 WATERFRONT Dispensary, Forni 2l, Pinto Wharf, Floriana SAN Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi RATIONAL Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara REMEDIES Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq il- Pitkali, Attard TATTARĠA Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra TARXIEN Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu FELICE Dispensary, 95, Triq is- Santwarju, Żabbar BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa KIRKOP Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop BROWN'S Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Għaxar snin ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea NHAR il-Ħamis Malta ċċelebrat l-għaxar anniversarju mid-dħul ta' pajjiżna bħala membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. Matul id-deċenju li għadda, rajna diversi żviluppi u tibdiliet fosthom, l-introduzzjoni tal-munita Ewro, il-ftuħ tal- fruntieri ta' pajjiżna bħala parti miż-żona Schengen, it-tmiem ta' restrizzjonijiet fuq ħaddiema barranin li jiġu jaħdmu f 'Malta u tibdil ieħor. Kien hemm ukoll il-kriżi finanzjarja li faqqgħet fl-2008 u l-falliment finanzjarju totali ta' pajjiżi bħal Greċja li spiċċat ingħatat għajnuna ta' biljuni ta' Ewro. ILLUM staqsa erba' domandi lill-erba' persunaġġi fil-qasam tan- negozju dwar l-għaxar snin li ilna membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea. Dawn huma Hermann Mallia - Direttur tal-kumpanija Famalco, Maria Bugeja – Direttriċi tal-Isptar Saint James, Ron Mifsud – Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Impressions u Joe Tanti – Kap Eżekuttiv ta' Malta Business Bureau. M : Għadna kif iċċelebrajna 10 snin mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kif tħares lura lejn id-deċenju li għadda? Hermann Mallia: Mill- perspettiva ta' negozju nemmen li issa għandna opportunitajiet indaqs daqs sħabna n-negozjanti Ewropej. Però, għalkemm għaddew 10 snin, għad hemm setturi fin-negozju li ma laħqux il-livelli Ewropej u dan minħabba prokrastinazzjoni żejda mil- lat amministrattiv. Joe Tanti: Studju riċenti mill-MBB wera li l-maġġoranza tal-intrapriżi Maltin jiddeskrivu l-esperjenza fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala waħda pożittiva. Fil-fatt, f 'dawn l-aħħar għaxar snin minn mindu saret membru, Malta rduppjat l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Id-dħul tal- Ewro wkoll ikkontribwixxa b'mod pożittiv lejn l-ekonomija lokali. Maria Bugeja: Jiena nista' nitkellem kemm bħala omm u kemm bħala persuna fin-negozju. Onestament nemmen li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien ta' benefiċċju għalina lkoll minn kull aspett. Bħala omm ta' tifla ta' sitt snin illum inħossni kunfidenti li binti għandha quddiema għażla wiesgħa t'opportunitajiet. Dawn l-opportunitajiet qegħdin hemm kemm għaż-żgħażagħ u kemm għal persuni maturi u sta għalihom li jagħżlu dak li jridu. Għalkemm diġà kien hemm ċerta opportunitajiet qabel ma dħalna membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, dawn żdiedu ferm bid-dħul tagħna bħala membri sħaħ. Il-moviment liberu għen biex żgħażagħ qed jimirħu barra minn xtutna u dan qed iwessa' d-dimensjoni ta' kultura u integrità soċjali kif ukoll diversi opportunitajiet oħra. Mil- lat ta' negozju, l-Unjoni Ewropea llum toffrilna suq wiesa' u mingħajr restrizzjonijiet. Jibqa' l-fatt però li ċ-ċokon ta' pajjiżna għandu l-isfidi tiegħu. Dan iċ-ċokon xorta ma żammx lura lill-intraprendituri Maltin milli japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ikomplu jiżviluppaw il-proġetti tan- negozju tagħhom kemm f 'Malta kif ukoll barra. Illum m'għadniex tikka fuq il- mappa tal-Ewropa u bħala ċittadina Ewropea nħoss li għamilna qabża ta' kwalità pożittiva. Ron Mifsud: Għalkemm qabel dħalna kellna ż-żewġ partiti politiċi kontra xulxin, wara r-riżultat tar-referedum kien kemm konsensus li d-deċiżjoni tal-poplu tiġi rrispettata u b'hekk sirna parti mill-Unjoni Ewropea. Il-fatt li llum, għaxar snin wara, għandna l-istess żewġ partiti jikkonfrontaw lil xulxin waqt l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew bl- istess impenn ta' elezzjoni lokali, minnu nnifsu juri l-importanza li sirna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea. Illum li għaddew għaxar snin, tħares madwarek u tara b'għajnejk l-iżvilupp li qed isir b'għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea. Hemm ukoll it-tkabbir tan-negozji li żviluppaw u kibru permezz ta' għajnuna li ħadu permezz ta' diversi inċentivi kif ukoll l-introduzzjoni ta' drittijiet ċivili li saħħew id-drittijiet tagħna ċ-ċittadini. M : X'seta' sar aħjar? Hermann Mallia: Jien minn dejjem kont favur suq ħieles, kemm għall-konsumatur kif ukoll għalina bħala negozjanti. Suq ħieles jgħinna biex nibqgħu attenti għal dak li qed jiġri madwarna. Nemmen ukoll li l-amministrazzjoni għandha terħi ċerta impożizzjonijiet fuq in-negozjanti filwaqt li żżomm l-irwol ta' regolatur. Dan il-proċess jista' jkun ferm ta' benefiċċju għal konsumaturi filwaqt li għalina n-negozjanti jagħtina motivazzjoni biex inkunu aktar innovattivi fis-servizzi li noffru. Joe Tanti: Fuq bażi lokali, naħseb li n-negozji Maltin mhux qegħdin jisfruttaw biżżejjed is- sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm bżonn li nagħrfu iktar l-opportunitajiet Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Hermann Mallia - Direttur tal-Kumpanija Famalco Joe Tanti - Kap Eżekuttiv tal-Malta Business Bureau