Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 5 €800,000 f 'kuntratti u direct orders lil eks impjegat tal-PN KARL Borg, eks impjegat tal-Partit Nazzjonalista ngħata b'kemm jiswew €800,000 f 'kuntratti ta' xogħol minn gvernijiet differenti Nazzjonalisti, fil-maġġor parti tagħhom permezz ta' direct orders. Borg ingħata dawn id- direct orders permezz tal-kumpanija tiegħu Karl Borg Events. L-istess Borg sal-aħħar elezzjoni ġenerali kien jieħu hsieb l-organizzazzjoni tal- attivitajiet tal-massa tal-PN. Minn sitt Ministeri partikolari, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Borg tħallas iktar minn €300,000 f 'kuntratti ta' xogħol. Minn dawn il-Ministeri biss Karl Borg ingħata minn tal-inqas 49 direct order. Mill-Ministeru għall- Għawdex, taħt Giovanna Debono, Karl Borg tħallas viċin l-€10,000 li lkoll kienu direct orders. Mill- Ministeru għall-Ekonomija dak iż-żmien taħt Tonio Fenech, Karl Borg tħallas aktar minn €14,300. Il- Ministeru tas-Saħħa taħt Joe Cassar ħallas lil Karl Borg mat-€22,500 f 'direct orders. Mill-Ministeru tat-Turiżmu taħt Mario De Marco ħa aktar minn €34,000 bil- maġġorparti jkunu direct orders, filwaqt li mill- Ministeru għad-Djalogu u l-Familja li fi tmiem l-aħħar leġislatura kien taħt Chris Said, Karl Borg tħallas aktar minn €9,500. Minn Transport Malta biss bejn l-2010 u l-2013 Karl Borg tħallas aktar minn €211,000. €150,000 minnhom thallsu għal kiri ta' toilets fejn s il-ħlasijiet saru kollha permezz ta' direct orders. Dak iż-żmien Transport Malta kienet taqa' taħt Austin Gatt. Fil-ġimgħat li għaddew ILLUM żvela kif Karl Borg matul l-aħħar leġiżlatura ngħata wkoll €40,000 mingħand il-Grand Harbour Regenaration Corporation, €55,000 mill-Ministeru tal-Finanzi, €245,000 oħra f 'direct orders mis- segretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u €134,000 bil- maġġorparti direct orders mill-Ministeru tal- Edukazzjoni taħt Dolores Cristina. Dan ifisser li taħt it- tmexxija ta' gvernijiet Nazzjonalisti dan l-eks impjegat tal-Partit Nazzjonalista daħħal mat- €800,000, fil-maġġorparti tagħhom permezz ta' direct orders. "It-trans mhumiex ċittadini tat-tieni klassi" – Helena Dalli PERSUNI trans mhumiex ċittadini tat-tieni klassi. Dan sostnietu l-Ministru Helena Dalli waqt li kienet qed tindirizza l-ħames Kunsill Ewropew dwar it-transgender li qed isir fl- Ungerija. Dalli tkellmet dwar l-avvanz li qed tagħmel Malta fir- rikonoxximent tad-drittijiet tal-minoranzi fosthom ta' persuni LGBTI u saħqet li persuni trans m'għandhomx jitqiesu bħala ċittadini tat- tieni klassi. Semmiet ukoll il-pass li għamel pajjiżna x-xahar li għadda meta l-Parlament approva l-liġi dwar l-Unjoni Ċivili li tirrikonoxxi d-drittijiet u l-obbligi għal koppji tal-istess sess fuq l-istess livell bħaż-żwieġ ċivili. Il-Ministru spjegat kif fl-istess ħin, il-Parlament approva wkoll li tkun emendata l-Kostituzzjoni biex toffri protezzjoni kontra kull tip ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru. Dalli qalet li l-pass li jmiss se jkun il-liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru filwaqt li enfasizzat li persuni trans m'għandhomx jitqiesu bħala ċittadini tat- tieni klassi u m'għandux ikun hemm preġudizzji minħabba fatturi li jagħmluna diversi minn xulxin. Żiedet li l-Gvern Malti huwa kommess li jassigura li persuni trans jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet kollha tagħhom mingħajr ebda biża', vjolenza jew fastidju. Il-Ministru Dalli temmet tgħid li bir-riformi leġiżlattivi li se tkun qed tagħmel, Malta tista' sservi ta' mudell pożittiv għal persuni trans fil-bqija tal-Ewopa. Il-qasam tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi għada f 'Reporter ILQASAM tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi se jkunu t-tema diskussa waqt il-programm Reporter li jixxandar live għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Beppe Fech Adami. Id-diskussjoni se tkun qed tiffoka fuq l-ekonomija u l-investiment li qed isir f 'pajjiżna u kemm dan qed ikun ta' inċentiv biex jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda. Balzan jistaqsi wkoll dwar ir-rwol tal-Malta Enterprise u x'inhi l-ħidma li qed issir barra minn Malta sabiex jiġi attirat iktar investiment lejn pajjiżna. Jistaqsi wkoll x'għajnuna qed jingħataw intrapriżi żgħar bħala inċentiv biex ikabbru l-operat tagħhom u li finalment jistgħu anke joħolqu aktar impjiegi. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il- programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. Il-Ministru Helen Dalli Ritratt: Ray Attard Reporter jixxandar għada fis-6.55pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014