Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 04 ta' Mejju 2014 | illum 7 Il-Kabinett ta' Muscat jiswa €20.1 miljun fis-sena F'KONFERENZA tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħodu quddiem il-Berġa ta' Kastilja, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami saħaq li l-Kabinett ta' Muscat qed jiswa €20.1 miljun fis-sena, jew aħjar €8.5 miljun iktar mill-kabinett preċedenti taħt Gvern Nazzjonalista. Fenech Adami qal li b'kollox, il-Gvern Laburista f 'din il- leġislatura se jkun qed jiswa €40 miljun iktar minn dik preċedenti. Stqarr ukoll li l-Partit Laburista tela' bl-għajta li se jkun gvern li jnaqqas il-ħela u jagħmel iżjed xogħol b'inqas flus iżda, żied jgħid Fenech Adami, Joseph Muscat kiser il-wegħda tiegħu biex juża flusu bilgħaqal u minflok qed jaġevola lil tal-qalba. Il-Viċi Kap Nazzjonalista saħaq li b'iktar minn €8 miljun żejda li qed joħroġ il- Gvern fis-sena, jista' jimpjega 444 għalliem, jew 532 infermier jew 570 LSA. Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Kevin Plumpton u Norman Vella. Intant fi stqarrija tal-Partit Laburista ntqal li l-istess nies li qed jitkellmu fuq il-Kabinett, kabinett li qed iwettaq il-bidla li l-poplu tant ried fl-aħħar elezzjoni, ħadu 'l fuq minn €1miljun f 'konsulenzi li l-maġġoranza minnhom kienu b'direct order. Huma wkoll l-istess nies li ħallew Enemalta falluta, li ħallew il-Wasteserv għal riħha, l-istess nies li llum għadhom fil-Partit Nazzjonalista, saħaq il-Partit Laburista. Is-silenzju tal-Gvern dwar l-Air Malta F'KONFERENZA tal- aħbarijiet ilbieraħ waranofsinhar f 'Ħal Safi, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew Stefano Mallia tkellem dwar il-pjan ta' ristrutturar maqbul mill- Kummissjoni Ewropea u li kellu numru ta' miri stipulati kif ukoll pakkett ta' għajnuna mill-istat. Mallia saħaq li l-impjegati tal-Air Malta għandhom dritt ikunu jafu x'qed jiġri fil-post tax-xogħol tagħhom u kif qed titmexxa l-linja tal-ajru. Żied jgħid li l- laqgħat bejn il-management u l-impjegati li kienu jsiru qabel twaqqfu ħesrem. Mallia staqsa wkoll jekk sarx rapport lill- Kummissjoni Ewropea dwar l-andament tar-ristrutturar kif ukoll staqsa għaliex qed isiru diversi trasferimenti u ċaqliq tal-ħaddiema bla bżonn. Temm jgħid li l-linja nazzjonali tal-ajru hi kruċjali għat-turiżmu b'mod partikulari u għall- ekonomija b'mod ġenerali u li jekk jiġri xi ħaġa lill- Air Malta tkun affettwata l-ekonomija. Fil-konferenza stampa tkellem ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu Robert Arrigo, Arrigo qal li l-Partit Laburista fil-Gvern qed jistinka biex jirbaħ il-voti u mhux biex iħaddem ir- roadmap dwar l-Air Malta, li inċidentalment, ma teżistix. Arrigo esprima s-solidarjetà tiegħu ma' diversi ħaddiema li twaqqfilhom il-kuntratt tax-xogħol filwaqt li appella lill-gvern biex iwaqqaf l-inċertezza dwar il-futur tal- Air Malta. Arrigo temm l-intervent tiegħu billi rrefera għal numru ta' mistoqsijiet parlamentari li saru minnu stess dwar l-Air Malta – liema mistoqsijiet baqgħu mhux imwieġba jew inkella ngħataw tweġibiet vagi li minnhom infushom joħolqu d-dubji. Għawdex jista' jerġa' jagħti sinjal b'saħħtu ħafna "META tkellimt li f 'Għawdex hemm ix-xewqa għal bidla, ħadd ma kien emmini, għax kienu jgħidu li l-Għawdxin ma jinbidlux, iżda l-Għawdxin iħarsu 'l quddiem, u llum il-fiduċja li kont urejt jiena fihom, urewha lura u wrewha bil- kbir. Persważ li Għawdex jista' jerġa' jagħti sinjal b'saħħtu ħafna fl-24 ta' Mejju li ġej." Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika fix-Xagħra, Għawdex ilbieraħ filgħaxija. Muscat spjega li l-politika għal Għawdex kienet, għadha u tibqa' dik ta' xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Il-Mexxej Laburista elenka kif bir-raġun kollu allura qed jaħbu l-kelliema tagħhom għall-Għawdex, għax il- kritika żgur ma tistax tiġi mill-istess partit li falla fil- ħolqien tax-xogħol. Il-Mexxej Laburista qal li fil-bidu tal-leġislatura l-gvern beda jaħdem fuq il-Yacht Marina u l-Cruiseliner terminal, u bħal ma raħħas il-kontijiet f 'din l-ewwel sena, f 'din il-leġislattura se jkun kemm it-twettiq ta' proġett li minnu ser jieklu bosta familji. Meta tkellem dwar ir- roħs fil-petrol, Muscat qal li wieħed irid isaqsi lil ħaddiema, lis-self employed, il-bdiewa, lis-sajjieda biex jara jekk dan ir-roħs jgħamillhomx differenza fil-ħajja tagħhom. Żied jgħid li din hi d-differenza bejn min hu maqtugħ mir-realtà tal-poplu u min jifhem il- bżonnijiet tan-nies. Il-Prim Ministru ammetta li l-gvern mhux perfett iżda saħaq li l-gvern żied ix-xogħol, kabbar l-ekonomija, raħħas il-kontijiet u qed jara kif jista' jkompli jtejjeb il-ħajja lil kull persuna f 'kull qasam tal-ħajja. Bil-flus li qed joħroġ żejda l-Gvern jista' jimpjega 444 għalliem jew 532 infermier jew 570 LSA - Simon Busuttil Għalkemm mhux perfett dan il-Gvern żied ix-xogħol, kabbar l-ekonomija, raħħas il-kontijiet u qed jara kif se jtejjeb il-ħajja ta' kulħadd - Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014