Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 15 Bħala MEP kif tista' tikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-problema tal-immigrazzjoni? F'din it-tema n-numru ta' MEPs ma jibqax importanti għax kemm bħala lobbying u kemm bħala mistoqsijiet parlamentari, MEP jista' jsemma leħnu, bħalma nstemgħet waħda mill-ewwel interventi tiegħi. Kien hemm min sejħilha naħqa ta' ħmar imma nstemgħet għax wara t-traġedja ta' Lampedusa l-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar iddeċidiet li tiċċaqlaq; irranġaw ir-regoli tal-Frontex u introduċew il-Eurosur. Hemm bżonn ukoll li l-biljuni li tinvesti l-Unjoni Ewropea f 'dan il-kontinent ikunu użati sew, li jiġġeneraw l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol. Irridu nagħtu futur lil dawn in-nies f 'dawn il-pajjiżi biex ma jkollhomx raġunijiet biex jitilqu minn pajjiżhom u jirriskjaw ħajjithom. Fuq kollox, nemmen li r-regoli ta' Dublin II iridu jinbidlu għax mhumiex adekwati għal Malta minkejja li sfortunatament il-gvern preċedenti kien aċċetta dawn ir- regoli… …Imma t-tibdil għad-Dublin II żgur mhux se jsir fiż-żmien qasir, biex ma ngħidx impossibli, minħabba l-oppożizzjoni tal-pajjiżi l-oħra. Vera, ir-reżistenza hi kbira imma allura x'nagħmlu, naċċettaw li diffiċli u ma nagħmlu xejn? Irridu ninsistu avolja mhux ħa tkun faċli li l-pajjiżi l-oħra jaċċettaw problema li m'għandhomx. Imma mbagħad insaqsi, fejn hu l-ispirtu ta' solidarjetà li fuqha hi mibnija l-Unjoni Ewropea? Il-Partit Nazzjonalista qed jiffoka li b'din l-elezzjoni jġib it-tielet siġġu filwaqt li l-PL qed jiffoka fuq maġġoranza ta' voti. X'ikun riżultat tajjeb għal Partit Laburista f 'termini ta' voti, meta tikkunsidra li s-sena l-oħra kellu maġġoranza ta' 36 elf? Il-partit li jkun fil-gvern dejjem se jitlef il-voti. Wara 25 sena ta' gvern Nazzjonalista kien hemm numru sostanzjali ta' każijiet ta' diskriminazzjoni li mhux faċli ssolvihom f 'sena biss. In-nies li pretendew dan se jfissru voti ta' protesta. F'termini ta' siġġijiet, ovvjament nispera li nżommu r-raba' siġġu imma kif inhi mqassma l-kwota fuq sitt siġġijiet, jien infurmata li hi normali li kull partit se jkollu tliet siġġijiet, inutli nisperaw għal mod ieħor… …Kemm taffettwa l-ħidma tad- delegazzjoni Laburista jekk - kif maħsub - jintilef ir-raba' siġġu? Titlef, għax is-Soċjalisti Ewropej jkunu tilfu siġġu minn naħa ta' Malta. Ma ninsewx li l-S&D u l-EPP huma l-akbar żewġ partiti fil-Parlament Ewropew f 'taqtigħa kontinwa fuq min se jirbaħ l-aktar siġġijiet. Taħseb li Marlene Mizzi tappella aktar għal floating voters aktar milli għall-għeruq tal-Partit? Fl-2009 kont ġibt kważi 18-il elf vot tal-ewwel preferenza. Iva, naħseb jien aktar nappella għal moderati u għal floater, jafu li jien mhux persuna estrema la fuq naħa u qas fuq oħra. Però nsemmi wkoll li fl-aħħar ġimgħat fil-laqgħat li kelli mal-għeruq tal-partit dejjem kelli akkoljenza tajba ħafna, kienet xi ħaġa meraviljuża għalija. Iva nimmira li nappella għal votanti minn kull sfera tal-ħajja irrispettivament mit- twemmin politiku. Inkun korrett jekk ngħid li d-dibattitu fuq iċ-ċittadinanza kien l-aktar perjodu diffiċli għalik matul l-aħħar sena bħala MEP? La ngħidlu diffiċli u lanqas ta' sfida għax kont naf eżatt x'irrid. Li kien żgur kien perjodu ta' dieqa, meta tara tnejn mill-kollegi Maltin tiegħek taparsi jattakkaw skema imma fir-realtà jkunu qed jattakkaw lil Partit Laburista fil-gvern, tħammeġ ir-reputazzjoni ta' Malta fil-proċess. Il-vittma f 'dan kollu kien pajjiżna. L-għada li tkellimt kien irnexxieli nikkonvinċi lil partit tas-Soċjalisti biex almenu nagħmlu emenda biex fil-vot jitneħħa l-isem ta' Malta u niffukaw fuq ir-reżoluzzjoni. Meta ż-żewġ kollegi Nazzjonalisti vvutaw kontra kelli l-konferma dwar l-għanijiet ulterjuri tagħhom. Tinkwieta li jerġa' jiġrilek bħal dak li ġara fl-elezzjoni ta' 5 snin ilu? Iva ninkwieta, ħames snin ilu batejt minħabba l-alfabett għax is-sistema tal-wirt tal-voti tiffavorixxi lil min ikun fuq nett tal-lista, min kunjomu jkun bl-ewwel ittri tal-alfabett. B'Mizzi qiegħda fin-nofs tal-lista, iva dik tiżvantaġġjani. Naħseb l-elettorat mhux intiż biżżejjed kemm l-ewwel preferenza hi importanti. Fl-aħħar jiem tqajjem il-punt li Malta mhix rappreżentata biżżejjed fil-kumitati tal-Parlament Ewropew, l-aktar stadju importanti biex tinfluwenza l-liġijiet. Int kif għażilt il-kumitati li qed tipparteċipa fihom bħalissa? Ma kontx jien li għażilt x'kumitati nipparteċipa fihom, għax peress li tlajt b'elezzjoni każwali dħalt fiż- żarbun ta' Edward Scicluna u ħadt il-kumitati tiegħu. Kont fortunata li huma l-istess kumitati li jien intiża fihom, bħal dawk fuq l-ekonomija, l-ambjent, is-saħħa u l-benesseri tal- annimali. Peress li hemm ħafna aktar kumitati minn kemm qegħdin MEPs, Malta ma tistax tkun rappreżentata f 'kollha iżda bħala MEPs għandna l-faċilità li mmorru fil-grupp politiku tagħna u ninfurmaw ruħna bl-aħħar żviluppi. Ikun hemm diskussjonijiet biex taraw kif tistgħu titqassmu l-aħjar bħala delegazzjoni? Din ma nistax nirrispondiha għax dħalt biss is-sena l-oħra, għall- aħħar xhur tal-leġislatura. Imma nimmagina li hekk għandu jsir, mhux biss bejn id-delegazzjoni Laburista biss imma idealment bejn is-sitta li aħna. Din il-ġimgħa Simon Busuttil għalaq sena fit-tmexxija tal-PN. Taħseb li ġab il-bidla meħtieġa u mixtieqa min-Nazzjonalisti? Personalment kelli aspettattivi differenti, fit-tmexxija tiegħu ma rajtx dik il-qabża fil-kwalità li nistenna mingħand persuna li kien ilu għaxar snin fil-Parlament Ewropew. Il-mod kif jaħseb u jirraġuna hu ta' politiku li qatt ma telaq minn Malta, li hi pjuttost diżappuntanti għax hemm bżonn ta' oppożizzjoni b'saħħitha. Simon Busuttil ma ġabx il-partit b'saħħtu daqskemm ġieli kien il-PN fil-passat. Kien hemm xi ħaġa partikolari li dejqitek f 'din il-kampanja elettorali? Ma naħsibx li hemm xi ħaġa partikolari; m'iniex esperta tal- kampanji elettorali, din hija biss it-tieni elezzjoni li qed nikkontesta, imma f 'kampanja bħal din taffaċċja affarijiet li tistenna minn kampanja bħal din. L-ewwel MEP mara u l-biża' mill-alfabett "Naħseb ċ- ċirkustanzi li kellu quddiemu Cyrus Engerer ħa l-aħjar deċiżjoni, l-aktar għażla onorabbli li seta' jieħu" "Naħseb jien aktar nappella għal moderati u għal floater, jafu li jien mhux persuna estrema la fuq naħa u qas fuq oħra"