Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Malta lura d-dar fit-23 post ISSERATA tant mistennija minn ħafna Maltin tal- Eurovision Song Contest 2014 ippreżentat taħlita ta' mużika, spettaklu, żfin kif ukoll sorpriżi sbieħ. Is- serata fetħet bi sfilata tas-26 pajjiż finalist bil-bnadar rispettivi tagħhom. Hu stmat li miljuni ta' telespettaturi madwar l-Ewropa u pajjiżi oħra segwew is-serata li kienet ikkaratterizata minn palk enormi mill-isbaħ, mgħammar b'teknoloġija awdjoviżiva li tpaxxi l-għajn. Din is-sena l-festival kien imtella' f 'Kopenhagen fid- Danimarka, minħabba li s-sena l-oħra kien il-pajjiż li klassifika fl-ewwel post. Emmeli de Forrest, li lbieraħ intemm ir-renju tagħha, kantat id-diska li rebbħitha dan il-festival, Only Teardrops. L-Awstrija kien l-iktar pajjiż li qajjem għagħa din is-sena hekk kif ġie rappreżentat minn Conchita Wurst. Raġel, liebes ta' mara, bil-leħja. B'influwenza qawwija mis- superstar Cher, Conchita kienet minn dejjem waħda mill-favoriti din is-sena u qajmet kontroversja sħiħa. Wurst, li għandha 26 sena kienet imwielda bl-isem ta' Tom Neuwirth. Għall-bidu kien hemm taqtigħa ħarxa bejn l-Olanda u l-Awstrija iżda fl-aħħar ħames pajjiżi l-Awstrija kisbet distakk qawwi tant li l-preżentaturi ħabbru r-rebbieħa qabel kienu vvutaw il-pajjiżi kollha. Bħal ma jiġri kull sena l-Eurovision iġib miegħu għadd ta' sorpriżi jew forsi stramberiji. Ma teħodhiex bi kbira meta jkollok 37 pajjiż jikkompetu kontra xulxin u kulħadd jipprova jara kif se jimpressjona. Pereżempju xi ngħidu għad- diska tal-Polonja, waħda miż-żeffiena ntefgħet b'lasta f 'idha taparsi tħallat il-butir waqt li tigdem xoffitha u tehmeż fil-kamera. Oħra taħsel il-ħwejjeġ waqt li trassas sidirha ma' xulxin u turina x'għandha. Ma stajtx ma tinnotax l-ibbujar kontinwu kull darba li r-Russja daħlet fix-xena, b'mod speċjali matul il-votazzjoni. Dan bla dubju ġej minħabba t-taqlib li hemm fil-pajjiż li qed joħloq tensjoni fil-kontinent Ewropew. Apparti mill- fatt li r-Russja kienet ukoll fl-aħbarijiet internazzjonali dwar il-mod kif titratta l-komunità LGBTI, u f 'festival bħal dan, din il-komunità tappoġġjah bi ħġarha. Fil-ħin tal-votazzjoni lmaħna lil kantanta ċkejkna Maltija Gaia Cauchi. Gaia, li f 'Novembru li għadda rebħet il-Junior Eurovision fl- Ukrajna kantat tletin sekonda mid-diska tagħha The Start. Il-voti tal-Maltin qrathom il-mudella u attriċi, Valentina Rossi. Tajna punt lill-Greċja, żewġ punti lin-Norveġja, tlieta lill-Isvizzera, erbgħa lir- Renju Unit, ħamsa lir-Russja, sitta lill-Armenja, sebgħa lill- Isvezja, tmienja lir-Rumanija, għaxra lill-Awstrija u tnax lill-pajjiż ġar tagħna, l-Italja. Malta ħadet punt mill- Albanija u l-Italja, tlieta mill-Irlanda u l-Finlandja, erba' punti minn San Marino, ħamsa mill-Olanda u l-Ażerbajġan u 10 punti mir- Renju Unit. Firelight, bid-diska Coming Home, jispiċċaw fit-23 post +PTFQI.64$"5Æ4JNPO#64655*- TVM - 6.55pm It-Tnejn 12 ta' Mejju Ripetizzjoni iktar tard fuq TVM2 -10.15pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014