Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 39 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-kowċ li kiteb l-Istorja ta' Swieqi United ninsab f 'kuntatt kontinwu magħhom biex nakkwista dak il-plejer li jista' jkun meqjus bħala dak li jagħmel id- differenza. Ħafna minn dawn il-plejers jaraw lil Malta bħala t-tarġa ideali biex jintegraw ruħhom fil-futbol Ewropew, u klabb bħal Swieqi huwa ideali għalihom biex dawn ikomplu jiżviluppaw it-talent tagħhom. Il-futbol Malti marid? Personalment nemmen li hija l-opinjoni pubblika li qed toħloq l-impressjoni li l-futbol Malti huwa marid. Ovvjament, il-fatt li fl-istess ħin li jintlagħab il-futbol Malti jkun hemm logħbiet mill-futbol barrani, ma jgħinx biex jiżdiedu l-attendenzi. Fl-istess waqt, il-mentalità li teżisti fil- futbol lokali mhijiex waħda ideali biex ilaħħqu mal-iżvilupp li qed jagħmlu pajjiżi oħra. Għaldaqstant nemmen li l-ewwel tibdil li għandu jseħħ għandu jkun fin-nurseries, ħalli b'hekk it-tfal tal-lum jiżviluppaw fid-dinja tal-futbol b'mentalità pożittiva biex ngħollu l-livell tal-logħba Maltija. Kulħadd jiftakar meta f 'ħafna toroq madwar il-pajjiż kont tara ċorma tfal jiġru wara ballun, pajjiżna pproduċa numru ta' plejers b'livell straordinarju. Iżda meta bdejna ninvestu fl-infrastruttura, il-plejers tagħna ġew aktar imfissda u kawża t'hekk twarrbet il-mentalità tas- sagrifiċċju. Nemmen li llum il-ġurnata hija aktar diffiċli minħabba l-iżvilupp fit-teknoloġija, iżda l-logħba tal-ballun, għal min verament iħobbha, hija passjoni li xejn ma joħdilha postha. Teżisti korruzzjoni fil-futbol tat-tielet diviżjoni jew din hija iktar lampanti f 'diviżjonijiet superjuri bħal mhija d-Diviżjoni Premier? Personalment qatt ma ltqajt ma' każ ta' korruzzjoni, però l-istorja turina li fil-passat kien hemm każijiet ta' korruzzjoni f 'kull diviżjoni. Kull forma ta' korruzzjoni hija ħażina u hawnhekk xtaqt nuri l-apprezzament tiegħi lejn l-inizjattiva li ħadet il-Malta Football Association biex tiġġieled dan il- fenomenu li laqat mhux biss lill-futbol Malti iżda lil-futbol madwar id-dinja. Hija ġlieda diffiċli però jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed lejn l-istess naħa, nistgħu nibdew negħlbuha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek, bħala kowċ tas-Swieqi? L-għan ewlieni se jkun dak li nkompli nibni fuq is-suċċess miksub f 'dan l-istaġun. Din għalija se tkun it-tieni esperjenza tiegħi mmexxi tim fit-Tieni Diviżjoni u fuq livell personali se nagħmel ħilti biex inkabbar il-profil tiegħi bħala kowċ, fl-istess waqt ninsab lest biex inkompli nwassal is-servizz tiegħi lejn dan il-klabb. U l-futur ta' Swieqi United... Ovvjament hemm stennija kbira għad-debutt ta' dan il-klabb fit- Tieni Diviżjoni. Bħala klabb li rebaħ promozzjoni, l-ewwel għan se jkun dak li nżommu postna f 'dan il-kampjonat. Iżda personalment nemmen li dan huwa l-comfort zone u għaldaqstant għandu jkollna għan wieħed - dak li l-iskwadra tkun ippreparata biex tkun f 'pożizzjoni li tikseb il-punti f 'kull logħba tal-kampjonat. Għad naraw lil Debrincat jikkowċja barra minn Malta fil-futur fosthom f 'diviżjonijiet żgħar fl-Italja? Nemmen li din hija x-xewqa ta' ħafna kowċis lokali. Fortunatament jiena ninsab f 'kuntatt ma' diversi individwi li huma involuti fil-futbol Taljan u nemmen li fiż-żmien opportun, din il-ħolma personali tista' sseħħ fir-realtà għalkemm naf li mhijiex waħda faċli. Però jiena bniedem li dejjem infittex sfidi li permezz tagħhom inkompli niżviluppa l-ħiliet tiegħi. Però tajjeb li nistqarr li jiena nħobb nimxi pass pass, u għaldaqstant, qabel pass daqshekk importanti, nemmen li huwa ideali li wieħed jistabilixxi lilu nnifsu f 'pajjiżna b'possibiltà ta' esperjenza fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Finalment jekk tixtieq għaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni li għamlu dan is-suċċess wieħed possibbli għal Swieqi United. L-ewwel u qabel kollox nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lejn binti, Mireille, li hija l-ispirazzjoni ta' ħajti. It-tieni nirringrazzja lill-ġenituri u lill-familja tiegħi, lis-sieħba tiegħi, kif ukoll lil dawk kollha involuti fil-klabb ta' Swieqi United, kemm bħala kumitat, coaching staff, plejers u partitarji, għas- sehem tagħhom. Twieled -4 ta' Frar 1980 f'Ħ'Attard Kien l-ewwel kowċ -istorja ta' Swieqi United Se jkun qed jirritorna t-Tieni Diviżjoni bħala kowċ ta' Swieqi United wara li l- passat kien diġà kkowċja lil Żurrieq għal nofs staġun Għamel nofs staġun kowċ tat-tim tal-kbar ta' Għaxaq t-Tielet Divizjoni Għamel staġun wieħed bħala Head Kowċ tan-nursery ta' Għaxaq Roberto Debrincat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014