Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

38 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bħal maġġoranza tas-subien, il-futbol kien l-ewwel sport li bdejt insegwi minn età relattivament żgħira. Missieri huwa partitarju kbir tal-klabb Taljan ta' Juventus u sa minn meta kont tifel żgħir, kull nhar ta' Ħadd kont insegwi l-gowls tal-Kampjonat Taljan f '90 minuta. Kull ftit ħin liberu li kien ikolli dejjem kont nispiċċa niġri wara ballun, li f 'dak iż-żmien kont inqisu bħala l-akbar ħabib tiegħi. Jiena nemmen li l-futbol huwa passjoni li titwieled miegħek u li sena wara sena, tkompli tikber għalkemm meta nkunu tfal ikollna ħafna ħolm biex nimitaw lill- idoli tagħna. Int kont tikkowċja n-nursery ta' Għaxaq. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Jiena għamilt staġun bħala l-Head Coach tan-nursery ta' Għaxaq. Filwaqt li fil-passat ikkowċjajt xi kategoriji f 'diversi nurseries, din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi bħala Head Coach. Kienet esperjenza li bħall-oħrajn li kelli tgħallimt minnha għalkemm forsi personalment nippreferi l-inkarigu ta' kowċ tal-ewwel tim. Però kollox ma' kollox kienet esperjenza li fiha stajt nerġa' nġedded il-passjoni li kelli meta kont tifel lejn il-logħba tal-ballun hekk kif tara tfal ta' tlieta u erba' snin jibdew l-ewwel passi tagħhom lejn dan l-isport tant sabiħ. U x'differenza tara bejn il-futbol tat-tfal għal dak tal-kbar? M'hemmx dubju li l-futbol tat-tfal huwa iktar nadif. Id-differenza hija waħda - it-tfal juru passjoni ferm akbar minn dawk li juru plejers tal-ewwel tim. Bħalma għidt qabel, it-tfal jibdew ifasslu l-ħolm tagħhom u għaldaqstant, il-futbol huwa għodda biex huma jibdew il- passi tagħhom ħalli dan il-ħolm isir realtà. Fir-rigward tal-kbar, minħabba l-esiġenzi tal-ħajja, f 'diversi każi l-futbol ma jibqax prijorità bħalma jkun fit-tfulija. Dan ma jfissirx li min jibqa' jilgħab il-futbol ma jkollux fih passjoni, iżda l-maturità twassal biex wieħed jiffaċċja r-realtà li f 'pajjiżna, il-futbol mhuwiex wieħed professjonali u għaldaqstant ikollok tiffoka fuq il-karriera u l-futbol jibqa' biss bħala passatemp. X'fissret għalik personali kif ukoll għal Swieqi United bħala tim din il- promozzjoni? Li tikseb promozzjoni huwa mument ta' sodisfazzjon kbir. Tkun ilek xhur sħaħ taħdem biex tilħaq dan it- tragward, fejn bħal kull esperjenza oħra fil-ħajja, ikollok mumenti negattivi li jwassluk sa tarf l-irdum iżda biex tasal trid tkun kapaċi tqum lura fuq saqajk. Ovvjament mill-aspett personali, din hija l-ewwel promozzjoni li ksibt fil- karriera tiegħi bhala kowċ u nassigurak li kien mument ta' ferħ kbir. Rigward Swieqi United, din hija promozzjoni storika hekk kif hija l-ewwel waħda li kiseb il-klabb fl-istorja tiegħi. Il-fatt li wara ħames snin, Swieqi United kisbu promozzjoni hija tarġa importanti fl-eżistenza ta' dan il-klabb, u bla dubju dan is-suċċess se jibqa' mnaqqax fl- istorja tiegħu. X'taħseb li kien is-sigriet li wassal għal dan is-suċċess? Kull suċċess fih il-pedamenti tiegħu u personalment nemmen li kienu diversi l-fatturi li waslu għal din il-promozzjoni. L-ewwel u qabel kollox kien il-mod kif jiena, flimkien ma' Mario Mifsud, l-assistent tiegħi, ħdimna b'sinerġija tul l-istaġun kollu flimkien mal-plejers u l-kumitat. It- tieni nemmen li aħna għamilna sajf sħiħ naħdmu bla heda biex infasslu skwadra kompetittiva fl-istess waqt li enfasizzajna fuq il-bżonn li din l-iskwadra jkollha mentalità rebbieħa. It-tielet punt kien li aħna, bħala coaching staff, għamilna dak kollu possibbli biex inżommu l-iskwadra magħquda matul l-istaġun kollu fejn sħaqna fuq futbol pożittiv u fuq kollox sens ta' motivazzjoni. Taħseb li dan it-tim huwa b'saħħtu biżżejjed biex iżomm postu fit-tieni diviżjoni jew hemm bżonn ta' xi rtokki? Jiena nemmen li l-iskwadra li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi hija waħda b'saħħitha, xhieda ta' dan huwa l-fatt li aħna u Sirens għamilna perjodu twil b'vantaġġ ta' xejn anqas minn 12-il punt fuq it-tielet tim fil-klassifika. Ovvjament il-livell fil-Kampjonat tat- Tieni Diviżjoni huwa wieħed superjuri u għaldaqstant nemmen li bl-iskwadra li rebħet il-promozzjoni għandna bażi soda fuq xiex nibnu għal din l-esperjenza fit-Tieni Diviżjoni. U fil-fatt se tagħmlu xi akkwisti ġodda? Kull tim iwettaq xi akkwisti. Aħna qed nimmiraw li nsaħħu xi pożizzjonijiet fejn forsi m'għandniex għażliet konkreti. Però dawn għadhom fi stadju primarju hekk kif aħna qed nelaboraw fuq aktar minn għażla waħda. X'kollaborazzjoni u għajuna ssib mill- kumitat ta' Swieqi? Il-membri li jiffurmaw parti mill- kumitat ta' dan il-klabb huma individwi li jaħdmu bla heda biex jaraw lil dan il-klabb jimxi 'l quddiem. B'mod speċjali nsemmi lill-President, Dr Justin Fenech, lis-Segretarju, Dr Michael Calleja, u lil Robert Dingli, li kontinwament issibhom għaddejjin b'ħidma kontinwa. Personalment inħossni ferm komdu naħdem ma' dawn in-nies, anki minħabba l-mentalità pożittiva li għandhom u kien proprju għalhekk li wara nuqqas ta' sentejn, erġajt ingħaqadt ma' Swieqi United. U mill-kunsill lokali tas-Swieqi? Dr Justin Fenech huwa l-Viċi-Sindku tal-lokal u għaldaqstant dan huwa fattur importanti biex il-Kunsill Lokali jagħti l-għajnuna tiegħu lil dan il-klabb. Taħseb li l-plejers ħassew it- transizzjoni mingħand Roland Sollars għal għandek u x'responsabbiltà tħoss għall-fatt li ħadt it-tmun tat-tim minn dan il-kowċ? Kull kowċ għandu l-mentalità u l-filosofija tiegħu. Jiena nemmen li meta kowċ jieħu post kowċ ieħor, huwa importanti li jibgħat messaġġi pożittivi biex b'hekk l-ewwel impressjoni tħalli impatt fuq l-iskwadra. Fattur pożittiv kien li kemm jiena u kemm Roland Sollars nippreferu futbol pożittiv, u għaldaqstant il-plejers kellhom kontinwazzjoni. Bħala responsabbiltà huwa irrelevanti liema kowċ ikun hemm qablek. Meta tokkupa l-kariga ta' kowċ inti qed tassumi r-responsabbiltà ta' kaptan tal-vapur u għaldaqstant trid tkun kapaċi li tmexxi lil dan il-vapur lejn l-aqwa destinazzjoni possibbli. Int kont l-ewwel kowċ ta' Swieqi United ħames snin ilu. Kif rajt lil dan it-tim jinbidel matul is-snin? Meta jiena ngħaqadt ma' dan il- klabb fis-sena 2009, prattikament ma kien hemm xejn. Il-kumitat kienu individwi li qatt ma kienu involuti fi klabb tal-futbol fl-istess waqt li la kien hemm skwadra u lanqas struttura. Staġun wara staġun dan il-klabb beda jiżviluppa biex illum, ħames snin wara, il-kumitat eżekuttiv huwa wieħed li għandu struttura soda filwaqt li kompla jiżviluppa bl-introduzzjoni tat-tim ta' taħt id-19-il sena kif ukoll b'akkademja għat-tfal. Anki l-fatt li l-klabb ingħata grawnd li fih jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu huwa punt ferm pożittiv. Fi ftit kliem, nemmen li Swieqi United, minn klabb li ma kellu l-ebda struttura, żviluppa f 'wieħed bi struttura professjonali li ftit klabbs f 'Malta għandhom. Il-fatt li għandek xi kuntatti barra minn Malta għen bis-sħiħ biex takkwistaw plejers ta' barranin ta' klassi. Tikkonferma dan? F'dan l-istaġun kellna x-xorti li jkollna żewġ plejers barranin li fl-opinjoni kienu l-aħjar tnejn tal-kampjonat. Nikkonferma li jiena għandi kuntatti ma' diversi aġenti barranin fejn jiena SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Roberto Debrincat – kowċ ta' Swieqi United li għamel l-istorja ta' dan il-klabb li matul din is-sena ċċelebra l-5 sena anniversarju mit- twaqqif tiegħu, hekk kif kien l-ewwel kowċ -istorja ta' dan it-tim kif ukoll l-ewwel kowċ li kiseb promozzjoni storika mit-Tielet Diviżjoni għat-Tieni Diviżjoni tal-futbol lokali Il-kowċ li kiteb l-Istorja ta' Swieqi United "Dan hu suċċess li se jibqa' mnaqqax fl-istorja ta' Swieqi United" "Mumenti negattivi jwassluk sa tarf l-irdum iżda biex tasal trid tkun kapaċi tqum lura fuq saqajk"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014