Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 37 SPORTSillum Fil-quċċata tal-karriera tagħha M'HEMMX dubju li t-triatleta ewlenija f 'Malta, Danica Bonello Spiteri tinsab fil-quċċata tal- karriera tagħha f 'dak li għandu x'jaqsam ma' duathlon u triathlon. Hija għadha kif rebħet il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon fil-kategorija tan-nisa waqt li iktar kmieni matul din is-sena ħadet sehem fit-tellieqa tal-Kalkara kif ukoll fid- duathlon ta' Ħad-Dingli li servew ta' preparazzjoni xierqa għal din id-Duathlon li Bonello Spiteri rebħet ftit tal-jiem ilu. L-istaġun tat-triathlon f 'Malta għadu kif fetaħ, u din is-sena bdiet b'tellieqa differenti, b'korsa ġdida u eċitanti fil-Kalkara. Ir- raġuni ta' dan it-tibdil kien li f 'Lulju li ġej hemm il- logħob tal-'Commonwealth' f 'Glasgow, u t-tim nazzjonali kellhom jikkompetu fuq korsa li tixbah lil dik ta' Glasgow. Dan sar fl-aħħar ta' Marzu, fejn avolja kien hemm tensjoni kbira qabel it-tellieqa, Danica Bonello Spiteri kienet determinata li tagħmel l-almu tagħha biex tipprova tirbaħ din it- tellieqa. L-istaġun li għadda kien diffiċli ħafna għaliha għal diversi raġunijiet – kemm ta' saħħa kif ukoll l-impenji ta' xogħol u studju. Iżda matul din ix-xitwa l-affarijiet dehru ħafna aħjar, u t-taħriġ tagħha ħa xejra differenti. Irnexxielha taħdem iktar fit-tliet dixxiplini tal-għawm, rota u ġiri, fejn ħadmet ħafna fuq id-dgħufijiet tagħha, għax kienet taf li jekk jirnexxielha ttejjibhom, setgħet tkun iktar kompetittiva fit-tlielaq. It-tellieqa tal-Kalkara bdiet b'għawma ta' 1500 metru fejn ħarġet l-ewwel mill- baħar segwita viċin mit-tieni atleta. Ħarġet malajr ħafna mit-tranżizzjoni għal fuq ir-rota, u bdiet tħalli distakk minn hemmhekk. Kienet ċerta li se jkollha tiġġieled sal-aħħar fit-tellieqa, iżda ma kien hemm xejn minn dan, għax id-distakk kompla jikber. Hija u taqdef fuq ir-rota, qagħdet attenta ħafna fit-tidwir, tlajja u nżul tat-tellieqa, għax kienet taf kemm huma importanti biex ma titlifx ħin. Irnexxielha tiftaħ vantaġġ ta' 4 minuti fuq ir-rota, iżda kompliet iżzid id-distakk fil-ġirja, fejn ħassitha b'saħħitha. Kien min għaliha li rebħet it- tellieqa, iżda wara saret taf li bi żball kienet qabżet waħda mid-dawriet tar-rota, allura spiċċat ġiet skwalifikata. Iddispjaċiha b'din l-aħbar, iżda fl-istess ħin ferħet għax deher fiċ-ċar li l-forma tagħha matul din is-sena kienet l-aqwa li qatt kienet. It-tieni tellieqa tal-istaġun kienet id-duathlon ta' Ħad- Dingli. Mill-ewwel 200 metru ħadet il-vantaġġ u ma ħarsitx lura. Ġriet l-ewwel 5 km f 'ħin ta' 18-il minuta u 25 sekonda – diġà kienet kuntenta b'dan, għax dak il-ħin kien l-itjeb ħin tagħha fuq dik id-distanza. Kompliet iżżid il-vantaġġ fuq ir-rota, u saħansitra anki fl-aħħar ġirja biex tirbaħ din id-duathlon ukoll. L-appuntament li kien imiss għal Danica Bonello Spiteri kien il-Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon li fih is-sena l-oħra kellha diversi problemi u marret ħażin ħafna. Din is-sena ġriet komda fl-ewwel ġirja ta' 8.5 km f 'ħin ferm tajjeb ta' 33 minuta. Ħarġet fuq ir-rota u għall-ewwel nofs tat-38.5 km ħassitha tajba. Fit-tieni nofs tar-rota ma tantx ħassitha tajba peress li kellha problemi ta' bugħawwieġ f 'sieq minnhom u naqset il-pass tagħha mhux ħażin. B'xorti tajba, xorta rnexxielha takkwista ftit iktar sekondi fuq ir-rota, biex kellha kważi 90 sekonda vantaġġ. Kienet taf li minn hemm 'il quddiem, kellha l-Kampjonat tad-Duathlon f 'idejha, u ma kellhiex tiġġieled fl-aħħar ġirja ta' 4.2 km. Wara saret taf li kisret ir- rekord tal-korsa b'5 minuti! L-istaġun ta' Danica Bonello Spiteri kompla bi triathlon fl-Ingilterra bejn l-Universitajiet, fejn hemm livell għoli ħafna, għax jikkompetu atleti li jtellqu fuq livell internazzjonali (Kategorija elite). Komparat mal-atleti Ingliżi, it-triatleta ewlenija f 'Malta tbati ftit fl-għawm, iżda xorta rnexxielha tgħum taħt il- 11-il minuta għad-distanza ta' 750 metru. Fuq ir-rota qadfet ħafna u qabżet diversi atleti, u kompliet ittejjeb il-pożizzjoni tagħha billi spiċċat it-triathlon b'ġirja eċċellenti ta' 18-il minuta u 43 sekonda fuq distanza ta' 5 km. Daħlet fil-11-il post minn 177 atleta, u t-tim tagħha ġie fit-tielet post. Dawn it-tlielaq fil-bidu tal-istaġun urew biċ-ċar li l-ħidma tat-taħriġ tagħha matul ix-xitwa qed irendi riżultati tajba għax Danica qiegħda ttellaq b'ħinijet li qatt m'għamlet qabel f 'ħajjitha. L-għan maġġuri tagħha ta' din is-sena hu li tkun preżenti fi Glasgow fl-iSkozja, fil-Logħob tal-Commonwealth, tirrapreżenta lil Malta, b'unur kbir. Hi tinsab ċerta li se tkun tellieqa diffiċli ħafna għaliha fejn m'hemm l-ebda ċans għall-iżbalji. Ilha dawn l-aħħar 3 snin taħdem biex tipprepara ruħha għal dawn il-Logħob tal-Commonwealth u issa fadal l-aħħar ftit ġimgħat ta' preparazzjoni u tlielaq qabel ma ssir l-għażla finali tal- atleti li se jirrapreżentaw lil pajjiżna fl-istess logħob. Hija tinsab motivata li tkompli t-taħriġ tagħha ħalli tasal hemm bl-aħjar forma ta' ħajjitha. Apparti l-Logħob tal-'Commonwealth' hemm il-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon f 'Ġunju, f 'Kitzbuhl, l-Awstrija fejn qed tittama li tirbaħ midalja għax il-korsa hija tajba għaliha. Fl-aħħar t'Awwissu, se jsiru l-Kampjonati Mondjali tat-Triathlon f 'Edmonton, il-Kanada, fejn tixtieq tkun preżenti u tkun mal- ewwel 10 atleti, iżda peress li hi ma tibbenefikax minn sponsorships jew scholarships, dan jista' jkun diffiċli li tasal lejn il-Kanada. Il-bqija tal-istaġun għal Bonello Spiteri jikkonsisti minn diversi tlielaq l-Ingilterra jew Malta, bil- Kampjonat Nazzjonali tat- Triathlon jagħlaq l-istaġun f 'Ottubru li ġej. Tajjeb ngħidu li għalkemm Bonello Spiteri hija involuta f 'dawn il-kompetizzjonijiet tad-duathlon u t-triathlon fejn dejjem iġġib riżultati mill-aqwa, hija wkoll tabiba u tinsab fl-aħħar sena tagħha fl-istudju ta' speċjalizzazzjoni fil-mediċina tal-isport u l-eżercizzju fl-Ingilterra. B'hekk għandha ħajjitha mimlija ferm, madankollu f 'kummenti li għaddiet lil dan il-ġurnal hija saħqet li fejn hemm ir-rieda fil-ħajja tasal biex tagħmel kollox waqt li huwa ferm importanti li wieħed ikollu sett ta' prijoritajiet f 'ħajtu. Danica Bonello Spiteri tiċċelebra wara r-rebħ tal-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014