Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 39

30 illum Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Hamilton jikseb ir-raba' pole position minn ħamsa ISSEWWIEQ Brittaniku Lewis Hamilton li matul din is-sena waqqaf għal kollox id-dominju assolut ta' Sebastian Vettel u huwa favorit nett li jirbaħ it-titlu mondjali tal-Formula 1 fi tmiem l-istaġun rebaħ il-pole position ta' Spanja biex b'hekk kiseb ir-raba' pole position minn ħamsa matul dan l-istaġun li qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa għalih. Il-Mercedes iddominaw is-sessjonijiet ta' kwalifikazzjoni fosthom il-pole position fiċ-ċirkwit ta' Barcelona. Hamilton, li qed ifittex ir-raba' rebħa konsekuttiva tiegħu matul dan l-istaġun kien kważi żewġ deċimi ta' sekonda iktar veloċi minn sieħbu fuq Mercedes Nico Rosberg u iktar minn sekonda veloċi mis-sewwieq fuq Red Bull Daniel Ricciardo li llum se jkun qed jibda fit-tielet post. Is-sewwieq tal-Williams Valtteri Bottas u dak fuq Lotus Romain Grosjean impressjonaw bis-sħiħ fejn se jkunu qed jibdew mir-raba' u l-ħames post rispettivament illum fil-Grand Prix ta' Spanja. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa llum: Riżultati Lewis Hamilton Mercedes 1. Nico Rosberg Mercedes 2. Daniel Ricciardo Red Bull Racing-Renault 3. Valtteri Bottas Williams-Mercedes 4. Romain Grosjean Lotus-Renault 5. Kimi Räikkönen Ferrari 6. Fernando Alonso Ferrari 7. Jenson Button McLaren-Mercedes 8. Felipe Massa Williams-Mercedes 9. Sebastian Vettel Red Bull Racing-Renault 10. Nico Hulkenberg Force India-Mercedes 11. Sergio Perez Force India-Mercedes 12. Daniil Kvyat STR-Renault 13. Esteban Gutierrez Sauber-Ferrari 14. Kevin Magnussen McLaren-Mercedes 15. Jean-Eric Vergne STR-Renault 16. Adrian Sutil Sauber-Ferrari 17. Max Chilton Marussia-Ferrari 18. Jules Bianchi Marussia-Ferrari 19. Marcus Ericsson Caterham-Renault 20. Kamui Kobayashi Caterham-Renault 21. Pastor Maldonado Lotus-Renault 22. Staġun mill-aqwa għal Lewis Hamilton l-Formula 1 Tnax-il sewwieqa taż-żwiemel f 'kampjonat fil-Marsa TNAXIL parteċipant se jieħdu sehem fil- kampjonat internazzjonali għal sewwieqa nisa li se jsir fil-korsa tal-Marsa nhar il-Ġimgħa filgħaxija. In-nisa se jsuqu żewġ tiġrijiet waħda Copper u oħra Silver. Il-polza biex ikunu jafu xi żwiemel se jsuqu titla' nhar it-Tnejn. Din l-attività qed tiġi wkoll abbinata ma' kawża nobbli sabiex tixxerred aktar informazzjoni dwar il- kanċer tas-sider u għalhekk se jkun hemm ukoll il- parteċipazzjoni ta' Europa Donna Malta. Mistiedna speċjali se jkun hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport l-Onor. Chris Agius kif ukoll iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall- Isport l-Onor. Luciano Busuttil. Se jkun hemm ukoll l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti l-E.T. Gina K. Abercrombie-Winstanley kif ukoll l-Ambaxxatriċi tal-Olanda l-E.T. Rita Dulci Rahman. Din hija t-tielet darba li dan l-avveniment internazzjonali se jsir Malta. It-tnax il-parteċipant mara li se jieħdu sehem l-kampjonat internazzjonali Cospicua jirbħu n-Knockout tal-Masters Football LEWWEL staġun uffiċjali tal-Masters Football Malta ġie fit-tmiem tiegħu bil-finali tal-kompetizzjoni tan-Knock Out li ġiet mirbuħa mill- Cospicua Rangers li ħasdu għal kollox liċ-champions Valletta FC b'rebħa ta' 6-5 wara li ġie mogħti l-ħin barrani. Fil-bidu kollox deher li Valletta kienu se jirreġistraw rebħa faċli, meta ħadu vantaġġ ta' 3-0, iżda Cospicua żammew kalmi u b'determinazzjoni u logħob koordinat irkupraw biex sfurzaw il-ħin barrani u anki rebħu 6-5. Għal Cospicua kellu partita tajba ħafna Kamil Edgeli li skorja tlieta, bil-gowls l-oħra jiġu skurjati minn Claudio Scerri, Herbert Spiteri u Vincent Camilleri. Għal Valletta, skorja tlieta Alex Busuttil, li kien spiċċa l-aqwa skorer fil-kampjonat, Jeremy Agius u Michael Mangion. It- trofew ġiet ippreżentata mill- President tal-Masters Football Malta, is-sur Mario Meli. Il-plejers ta' Cospicua Rangers jiċċelebraw wara li rebħu n-Knockout tal- Masters Football

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014